Mur għall-kontenut ewlieni
Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Dan il-video qiegħed jieħu sehem fil-kompetizzjoni ImagineEU. Il-kompetizzjoni stiednet lill-adoloxxenti biex jesprimu l-ideat tagħhom għat-titjib tal-ħajja fil-komunità tagħhom jew f’pajjiżhom. Huma għamlu videos qosra li jispjegaw x’jaħsbu li jeħtieġ li jinbidel u kif dan jista’ jsir. Il-kompetizzjoni tibni fuq il-kunċett tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (European Citizens’ Initiative, ECI), għodda importanti ta’ demokrazija parteċipattiva fl-UE, li tippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem attiv fit-tfassil tal-politika tal-UE.  

Grilji għall-iffiltrar tal-iskart: idea modesta għal dinja ħielsa mit-tniġġis

Ħolqa għall-video

Sommarju tal-video

Il-proġett tagħna nibet minn riċerka għal proġett ta’ Erasmus+ dwar il-bżonn li nippreżervaw l-ilma. It-tpinġija hi idea kreattiva u innovattiva, bħall-grilji għall-iffiltrar tal-iskart tagħna. Fil-video tagħna, raġel jarmi l-fdal ta’ sigarett fit-triq, u b’hekk jikkontamina l-ilma bit-tossini li fih. Jaħseb li b’daqshekk ma ġara xejn, iżda jisfa vittma diretta tan-nuqqas ta’ attenzjoni tiegħu. Is-sistema tagħna tippermetti l-iffiltrar tal-parti l-kbira tal-iskart fis-superfiċje, u b’hekk tikkontribwixxi għal Ewropa ħielsa mit-tniġġis.

Ilsien tal-video: Il-Franċiż
Traduzzjoni tat-traskrizzjoni (mill-Ingliż)

Informazzjoni dwar l-istudenti

Isem l-istudenti:

  • Marc-Aurèle BERTHOUD-PARIGI
  • Elisa ROUX
  • Chine MAZZELLA
  • Paoline CHAUSSABEL
  • Paloma SIVET

Informazzjoni dwar l-iskola

Skola rrappreżentata: Lycée Paul Langevin
Pajjiż: Franza
Isem l-għalliem(a): Crystel Lerey

Kompetenza/i tal-UE magħżula

Kompetenza/i tal-UE: Ambjent, Saħħa Pubblika, Riċerka u innovazzjoni