Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi
Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 16
X’inhuma l-limiti ta’ żmien għaż-żamma tad-data?
Dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ:
Kemm il-grupp ta’ organizzaturi kif ukoll il-Kummissjoni għandhom jeqirdu d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kollha ffirmati għal inizjattiva partikolari (u kwalunkwe kopja) sa liema minn dawn id-dati jiġu l-ewwel:
- xahar wara li l-organizzaturi jippreżentaw l-inizjattiva lill-Kummissjoni
- 21 xahar wara l-bidu tal-perjodu ta’ ġbir.
Madankollu, jekk l-inizjattiva tiġi rtirata wara l-bidu tal-perjodu tal-ġbir, id-dikjarazzjonijiet (u kwalunkwe kopja) għandhom jinqerdu fi żmien xahar wara l-irtirar.
L-awtoritajiet nazzjonali mitlubin biex jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għandhom jeqirdu d-dikjarazzjonijiet (u kwalunkwe kopja) sa 3 xhur mit-tlestija ta’ dan il-proċess.
Eċċezzjonijiet:
- jekk int involut fi kwalunkwe proċediment legali jew amministrattiv marbut mal-inizjattiva tiegħek, tista’ żżomm id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ (u kopji) għal aktar minn dawn il-limiti ta’ żmien, fejn ikunu meħtieġa għal dawn il-proċedimenti.
- Għal inizjattivi, li l-perjodu ta’ ġbir tagħhom ġie estiż minħabba l-kriżi pandemika tal-COVID-19, il-perjodi taż-żamma tad-data huma estiżi skont dan.
Indirizzi tal-email:
Il-grupp ta’ organizzaturi u l-Kummissjoni għandhom jeqirdu r-rekords kollha tal-indirizzi tal-emails sa:
- xahar wara l-irtirar tal-inizjattiva jew
- 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir jew
- 12-il xahar wara s-sottomissjoni tal-inizjattiva lill-Kummissjoni.
Madankollu, jekk il-Kummissjoni twieġeb għal inizjattiva valida b’komunikazzjoni formali, il-perjodu ta’ żamma għall-indirizzi tal-email jispiċċa 3 snin wara li tkun ippubblikata l-komunikazzjoni.
Referenzi:
- L-Artikoli 19(5) u (8) tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej
- L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2020/1042 li jistabbilixxi miżuri temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19