Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 17

Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi

 

Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 17

Liema awtorità superviżorja nazzjonali għandek tikkuntattja għal kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar ta’ data personali? 

Min-natura tiegħu, il-proċess tal-ġbir ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’mill-anqas seba’ Stati Membri hu transfruntier u diversi awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data (DPA) jistgħu jkunu kompetenti.

Għall-atturi kollha kkonċernati, hu aktar faċli li jkollhom x’jaqsmu ma’ DPA waħda biss, dan jista’ jsir taħt il-kunċett ta’ “awtorità superviżorja ewlenija” jew “LSA taħt il-GDPR. Id-DPA ewlenija hi definita bħala l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni jew tal-istabbiliment uniku tal-kontrollur.

Madankollu, il-firmatarji jistgħu jressqu lment quddiem l-LSA jew mad-DPA tal-Istat Membru fejn normalment jirrisjedu, il-post tax-xogħol tagħhom jew il-post tal-ksur allegat jekk iqisu li d-data tagħhom hi pproċessata b’mod illegali.

Riferenzi:

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?