Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi
Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 6
Meta u kif għandek twettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data?
Japplika għax-Xenarju tal-każ 2, ħlief fir-rigward tal-użu tas-servizz ta’ skambju ta’ files tal-Kummissjoni
Bħala rappreżentant, jeħtieġlek twettaq Valutazzjoni tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data (DPIA) kull meta l-ipproċessar x’aktarx li jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi. Fost l-oħrajn, dan hu notevolment meħtieġ fil-każ tal-ipproċessar ta’ data sensittiva fuq skala kbira.
Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) stabbilixxa Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data (DPIA). Għandek tiċċekkja wkoll jekk l-Awtorità tal-Protezzjoni tad-Data nazzjonali kompetenti tiegħek ħarġitx aktar gwida dwar meta u kif twettaq DPIAs.
Id-DPIA għandha titwettaq qabel l-ipproċessar u għandha titqies bħala għodda ħajja, mhux sempliċement bħala eżerċizzju ta’ darba. Meta jkun hemm riskji residwi li ma jkunux jistgħu jittaffew bil-miżuri stabbiliti, l-Awtorità nazzjonali kompetenti għall-Protezzjoni tad-Data trid tiġi kkonsultata qabel il-bidu tal-ipproċessar.
JEKK JOGĦĠBOK INNOTA:
M’għandekx għalfejn twettaq DPIA fir-rigward tal-ipproċessar taħt kontroll konġunt mal-Kummissjoni, peress li tali pproċessar hu diġà kopert mid-DPIA mwettqa mill-Kummissjoni (ara Xenarju tal-Każ 1).
Referenzi:
- L-Artikolu 35 tal-GDPR.
- L-Artikolu 36 tal-EUDPR.
- Il-Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data