Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi
Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 7
Kif għandek tipprepara rekord tal-ipproċessar tad-data?
Japplika għax-Xenarju tal-Każ 2 (ir-rappreżentant jaġixxi bħala l-uniku kontrollur tad-data), ħlief fir-rigward tal-użu tas-servizz ta’ skambju ta’ files tal-Kummissjoni.
Iż-żamma tar-rekord hi legalment meħtieġa b’mod partikolari meta tkun qed tiġi pproċessata data sensittiva.
Rekord tal-attivitajiet ta’ pproċessar hu dokument bil-miktub, li jeħtieġ li jinkludi b’mod partikolari:
- l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur tad-data, kif ukoll tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, jekk ikun hemm;
- il-kategoriji tas-suġġetti tad-data u l-kategoriji tad-data personali pproċessata;
- l-għanijiet tal-ipproċessar u r-referenzi tal-inizjattiva kkonċernata
- ir-riċevituri tad-data personali, jiġifieri, dawk li lilhom tkun ġiet żvelata jew se tiġi żvelata d-data (hawnhekk: l-awtoritajiet rilevanti biss tal-Istati Membri responsabbli għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ biss);
- id-dati u l-kanali ta’ tali trasferimenti;
- il-limiti ta’ żmien previsti għat-tħassir tad-data;
- deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà bħall-kriptaġġ, il-kapaċità ta’ restawr, l-ittestjar u l-miżuri li jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u r-reżiljenza, is-sigurtà fiżika (Ara l-Mistoqsijiet dwar is-sigurtà fil-kuntest tal-ġbir fuq karta, u s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura lill-Istati Membri għall-verifika.
JEKK JOGĦĠBOK INNOTA:
Ma għandekx għalfejn tipproduċi rekord separat li jkopri l-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa taħt kontroll konġunt mal-Kummissjoni, peress li dawn diġà huma koperti mir-rekord tal-attivitajiet ta’ pproċessar stabbilit mill-Kummissjoni (ara x-Xenarju tal-Każ 1) u l-użu tas-servizz ta’ skambju tal-files tal-Kummissjoni skont ix-Xenarju tal-każ 2). Għandek tipprovdi link għar-rekord tal-Kummissjoni fid-dokumentazzjoni/sit web tiegħek stess.
Referenzi: