Fit-13 ta’ Mejju, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Insalvaw il-Pjaneta billi nċaqilqu t-tassazzjoni mix-xogħol għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra”. Hi tistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-Pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55%” u s-sistema tal-ipprezzar tal-karbonju tal-UE u għar-ridistribuzzjoni ta’ parti sostanzjali mid-dħul mill-ipprezzar tal-karbonju lill-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, issaħħaħ il-Fond Soċjali għall-Klima tal-UE u tippromwovi l-istabbiliment ta’ “Klabb għall-Klima” għall-pajjiżi li jixtiequ jadottaw ipprezzar tal-karbonju aktar robust.
Din hi l-ħames inizjattiva rreġistrata fl-2024. L-organizzaturi għandhom sitt xhur biex jiftħu l-ġbir tal-firem.