Mur għall-kontenut ewlieni

Relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew

L-Ombudsman Ewropew jista’ jirċievi u jeżamina lmenti li jikkonċernaw każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet tal-UE jew minn korpi oħrajn tal-UE. L-Ombudsman hu kompletament indipendenti u jippromwovi amministrazzjoni tajba. Fejn meħtieġ, hu jew hi jwettaq inkjesti. Il-Kummissjoni tinsab f’kuntatt ta’ kuljum mal-Ombudsman u tagħti importanza kbira lir-relazzjoni kostruttiva mal-Ombudsman, fl-interess taċ-ċittadini.

L-Ombudsman Ewropew u l-Kummissjoni

Madwar żewġ terzi tal-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew (59.7%, jiġifieri 274 inkjesta, fl-2019) jikkonċernaw lill-Kummissjoni Ewropea, bħala l-istituzzjoni bl-aktar relazzjonijiet diretti maċ-ċittadini.

Commission and other institutions

Dijagramm 1. Istituzzjonijiet ikkonċernati

Kull sena, il-Kummissjoni taqbel ma’ madwar tliet kwarti (jiġifieri 75% fl-2019 tal-proposti tal-Ombudsman Ewropew (proposti għal soluzzjoni, suġġerimenti għal titjib u rakkomandazzjonijiet).

Agreement Ombudsman

Dijagramm 2. Ftehim mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman

Fl-2019, fuq total ta’ 118-il proposta ta’ soluzzjoni, suġġerimenti għal titjib u rakkomandazzjonijiet, 71 kienu jikkonċernaw lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni wieġbet b’mod sodisfaċenti għal 53 minnhom.

  • “Proposti ta’ soluzzjoni”: Fuq total ta’ 10, 5 kienu jikkonċernaw lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni wieġbet b’mod sodisfaċenti għal 2 minnhom.
  • “Suġġerimenti għal titjib”: Fuq total ta’ 83, 53 kienu jikkonċernaw lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni wieġbet b’mod sodisfaċenti għal 48 minnhom.
  • “Rakkomandazzjonijiet”: Fuq total ta’ 25, 13 kienu jikkonċernaw lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni wieġbet b’mod sodisfaċenti għal 3 minnhom.

95% tal-każijiet jintemmu b’sejba li ma tkun saret ebda amministrazzjoni ħażina minħabba li ma kien hemm ebda każ ta’ amministrazzjoni ħażina jew minħabba li jkun inkiseb riżultat sodisfaċenti.

complaints

Dijagramm 3. Sejbiet ta’ amministrazzjoni ħażina

Tħabrek għal amministrazzjoni tajba

Il-Kummissjoni tistinka biex tiżgura amministrazzjoni tajba. L-Ombudsman, wara inkjesti diliġenti, f’maġġoranza kbira tal-każijiet jagħlaq l-inkjesti mingħajr ebda sejba ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Kummissjoni.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet fejn l-Ombudsman ma joħroġx rakkomandazzjonijiet jew proposti għal soluzzjoni jew suġġerimenti għal titjib, il-Kummissjoni takkomoda dawn il-proposti.

Madankollu, f’xi każijiet, il-Kummissjoni ma tistax issegwi l-proposti għal raġunijiet relatati mal-interess pubbliku jew għax ma taqbilx. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tispjega r-raġunijiet tagħha.

L-aħħar aħbarijiet:

Fl-aħħar rapport annwali tiegħu “Putting it Right Report”, ippubblikat f’Diċembru 2020, l-Ombudsman semma xi “każijiet stilla” relatati mal-Kummissjoni b’eżitu pożittiv.

  • L-inkjesta dwar kif il-Kummissjoni ttrattat l-allegazzjonijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’dar għall-persuni b’diżabbiltajiet fl-Ungerija kkofinanzjata mill-UE.
  • L-inkjesta dwar il-ħatra tal-ex Segretarju Ġenerali.
  • L-inkjesta dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirkupra fondi minn kumpanija li pparteċipat fi proġett iffinanzjat mill-UE fin-Namibja.
  • L-inkjesta fuq inizjattiva proprja dwar kif il-Kummissjoni timmaniġġja sitwazzjonijiet ta’ “bibien iduru” tal-membri tal-istaff tagħha.
  • L-inizjattiva strateġika dwar it-trasparenza tan-negozjati tal-BREXIT bejn il-Kummissjoni u r-Renju Unit

Il-Premju għal Amministrazzjoni Tajba tal-Ombudsman Ewropew

Il-Premju għandu l-għan li jirrikonoxxi inizjattivi, proġetti u tipi oħrajn ta’ xogħol minn dipartimenti differenti tal-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-uffiċċji u korpi oħrajn tal-UE li għandhom impatt pożittiv viżibbli u dirett fuq ħajjet in-nies fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Fl-2017 u l-2019, il-Kummissjoni Ewropea kienet ir-rebbieħ ġenerali bi proġetti fl-oqsma tas-saħħa (il-kollaborazzjoni tal-UE biex tgħin lill-pazjenti b’mard rari) u l-ambjent (it-tnaqqis tat-tniġġis tal-plastik u s-sensibilizzazzjoni dwar il-plastik b’użu uniku). Il-Kummissjoni Ewropea wkoll rebħet diversi Għotjiet f’subkategoriji differenti (4 fl-2017 u 3 fl-2019).

Aktar hawnhekk:

Referenzi legali

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea:

  • L-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiddefinixxi “dritt għal amministrazzjoni tajba”: “Kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b'mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni.”
  • L-Artikolu 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li “kull ċittadin ta' l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandu d-dritt li jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet, tal-korpi jew ta' l-aġenziji ta' l-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha.”

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

Rapporti tal-Ombudsman Ewropew:

Immaniġġjar ta’ data personali

Links relatati