Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Strateġiji u politiki Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari Il-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari jikkonsisti fi Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni konkret u ambizzjuż, b’miżuri li jkopru ċ-ċiklu kollu: mill-produzzjoni u l-konsum sal-immaniġġjar tal-iskart u s-suq tal-materja prima sekondarja. Fi ħdan is-sħubija tal-Aġenda Urbana għall-UE dwar l-ekonomija ċirkolari, l-ibliet, il-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea jfittxu li jidentifikaw soluzzjonijiet innovattivi biex jistimulaw l-użu mill-ġdid, it-tiswija, ir-rinnovazzjoni u r-riċiklaġġ ta’ materjali u prodotti eżistenti. Opportunitajiet u pariri ta’ finanzjament Programmi u opportunitajiet ta’ finanzjament Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment Azzjonijiet Innovattivi Urbani (UIA) Għal aktar informazzjoni u opportunitajiet ta’ finanzjament oħrajn, jekk jogħġbok żur il-paġna ta’ finanzjament iddedikata tagħna. Parir u assistenza teknika URBIS Urbis hi pjattaforma ddedikata ġdida ta’ konsulenza dwar l-investiment urban fi ħdan iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti. Hi twaqqfet biex tipprovdi appoġġ ta’ konsulenza lill-awtoritajiet urbani biex iħaffu, jaċċelleraw u jisfruttaw il-proġetti, il-programmi u l-pjattaformi ta’ investiment urban. Assistenza Konġunta ta’ Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej (JASPERS) JASPERS hi l-“Assistenza Konġunta għall-Appoġġ ta’ Proġetti fir-Reġjuni Ewropej”, mingħajr ħlas għall-awtoritajiet lokali u l-promuturi, li tagħti pariri lill-ibliet u r-reġjuni dwar l-ippjanar strateġiku f’firxa wiesgħa ta’ setturi. Hi tappoġġja t-tħejjija ta’ proġetti f’oqsma li jibbenefikaw mill-fondi tal-UE u b’hekk jilħqu l-istandards meħtieġa kollha. fi-Compass fi-Compass hi pjattaforma għal servizzi ta’ konsulenza dwar strumenti finanzjarji u hi mfassla biex tappoġġja l-awtoritajiet ta’ mmaniġġjar tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), il-provvedituri ta’ mikrofinanzjament tal-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u partijiet interessati oħrajn, billi tipprovdi għarfien prattiku u għodod ta’ tagħlim dwar l-istrumenti finanzjarji. Referenzi Gwida għall-Prinċipjant għall-Finanzjament mill-UE Aċċess għall-fondi tal-politika reġjonali Networking Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari Premijiet Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa (EGCA) European Green Leaf (EGL) Kapitali Ewropea tal-Innovazzjoni Leġiżlazzjoni tal-UE Il-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni Ewropea jinkludi l-proposti leġiżlattivi riveduti dwar l-iskart biex tiġi stimulata t-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija ċirkolari li se ssaħħaħ il-kompetittività globali, trawwem it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u toħloq impjiegi ġodda. L-azzjonijiet proposti se jikkontribwixxu biex “jingħalaq iċ-ċirku” taċ-ċikli tal-ħajja tal-prodotti billi jiżdiedu r-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid, u b'hekk iwasslu benefiċċji konsiderevoli kemm għall-ambjent kif ukoll għall-ekonomija. Dawn huma d-dokumenti leġiżlattivi ewlenin relatati mal-implimentazzjoni tal-Ekonomija Ċirkolari: Id-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi Id-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi Id-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku; Id-Direttiva 2001/81/KE dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ certi inkwinanti atmosferici Il-Proposti għar-reviżjoni tad-Direttivi dwar l-Iskart bħala parti mill-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari