Adattament għall-klima fl-iblietL-ibliet huma kontributuri ewlenin għat-tibdil fil-klima, li jiġġeneraw emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, eż. il-ġenerazzjoni tal-enerġija, u l-vetturi. Fl-istess waqt, l-ibliet huma vulnerabbli ħafna għall-impatti tat-tibdil fil-klima: is-sħana, l-għargħar, l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfiet jistgħu jaffettwaw is-saħħa, l-infrastruttura, l-ekonomiji lokali, u l-kwalità tal-ħajja tal-abitanti tal-ibliet. Azzjoni klimatika effettiva tiżgura mhux biss ir-reżiljenza għall-impatti tal-klima iżda wkoll benefiċċji importanti għaż-żoni urbani f’termini tal-kwalità tal-ħajja, is-saħħa pubblika mtejba, l-iffrankar tal-ispejjeż kif ukoll il-ħolqien tal-impjiegi.Akkwist pubbliku innovattiv u responsabbli fl-iblietL-akkwist pubbliku hu għodda b’saħħitha li l-ibliet jistgħu jużaw biex jindirizzaw l-objettivi soċjali u ambjentali u biex jagħmlu aktar b’anqas.Ekonomija ċirkolari fl-iblietTranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari se tikkontribwixxi fl-isforzi biex tiġi żviluppata ekonomija sostenibbli, b’livell baxx ta’ karbonju, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva. Dan se jippermetti li l-prodotti, il-materjali u r-riżorsi jinżammu għall-itwal żmien possibbli fl-ekonomija u b’hekk titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart. L-ibliet jipprovdu l-kuntest ideali għall-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari bis-saħħa tal-qrubija tagħhom għall-abitanti, il-provvedituri ta’ servizzi u n-negozji tagħhom.Energy transition in citiesUrban areas are the places in which the greatest progress can be made on transition towards a system using a majority of renewable energy sources.Faqar urbanIl-faqar għandu impatt enormi fuq l-ibliet. L-UE għandha l-għan li tnaqqas il-faqar u ttejjeb l-inklużjoni tan-nies fil-faqar. Housing fl-iblietIl-housing hi infrastruttura ewlenija għat-tkabbir ekonomiku tal-ibliet u l-benesseri taċ-ċittadini tagħhom.Impjiegi u ħiliet fl-ekonomija lokaliL-ibliet għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien u l-appoġġ tal-kundizzjonijiet it-tajba għall-investimenti li jwasslu għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar Inklużjoni ta’ migranti u refuġjati fl-iblietL-ibliet huma ħafna drabi l-punt prinċipali ta’ dħul għall-migranti u r-refuġjati fl-UE.Kultura fl-iblietDan jgħin lill-ibliet jirriġeneraw lilhom infushom, itejbu l-potenzjal kreattiv u innovattiv tagħhom, jiżviluppaw forom ġodda u aktar sostenibbli ta’ turiżmu.Kwalità tal-arja fl-iblietL-ibliet għandhom rwol ewlieni fit-titjib tal-kwalità tal-arja permezz tat-tfassil, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali.Mobbiltà urbanaIt-trasport urban għandu rwol ewlieni fil-kisba tal-kompetittività ekonomika, il-koeżjoni soċjali u t-tkabbir sostenibbli.Tranżizzjoni diġitali fl-iblietL-ibliet għandhom l-opportunità li jużaw it-teknoloġija diġitali u d-data miftuħa biex jipprovdu servizzi pubbliċi aħjar liċ-ċittadini u joħolqu opportunitajiet ta’ negozju.Użu sostenibbli tal-art u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fl-ibliet L-użu effiċjenti u sostenibbli tal-art jgħin ukoll biex jinħolqu bliet inklużivi Ewropej għal kulħadd.
Adattament għall-klima fl-iblietL-ibliet huma kontributuri ewlenin għat-tibdil fil-klima, li jiġġeneraw emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, eż. il-ġenerazzjoni tal-enerġija, u l-vetturi. Fl-istess waqt, l-ibliet huma vulnerabbli ħafna għall-impatti tat-tibdil fil-klima: is-sħana, l-għargħar, l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfiet jistgħu jaffettwaw is-saħħa, l-infrastruttura, l-ekonomiji lokali, u l-kwalità tal-ħajja tal-abitanti tal-ibliet. Azzjoni klimatika effettiva tiżgura mhux biss ir-reżiljenza għall-impatti tal-klima iżda wkoll benefiċċji importanti għaż-żoni urbani f’termini tal-kwalità tal-ħajja, is-saħħa pubblika mtejba, l-iffrankar tal-ispejjeż kif ukoll il-ħolqien tal-impjiegi.
Akkwist pubbliku innovattiv u responsabbli fl-iblietL-akkwist pubbliku hu għodda b’saħħitha li l-ibliet jistgħu jużaw biex jindirizzaw l-objettivi soċjali u ambjentali u biex jagħmlu aktar b’anqas.
Ekonomija ċirkolari fl-iblietTranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari se tikkontribwixxi fl-isforzi biex tiġi żviluppata ekonomija sostenibbli, b’livell baxx ta’ karbonju, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva. Dan se jippermetti li l-prodotti, il-materjali u r-riżorsi jinżammu għall-itwal żmien possibbli fl-ekonomija u b’hekk titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart. L-ibliet jipprovdu l-kuntest ideali għall-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari bis-saħħa tal-qrubija tagħhom għall-abitanti, il-provvedituri ta’ servizzi u n-negozji tagħhom.
Energy transition in citiesUrban areas are the places in which the greatest progress can be made on transition towards a system using a majority of renewable energy sources.
Faqar urbanIl-faqar għandu impatt enormi fuq l-ibliet. L-UE għandha l-għan li tnaqqas il-faqar u ttejjeb l-inklużjoni tan-nies fil-faqar.
Housing fl-iblietIl-housing hi infrastruttura ewlenija għat-tkabbir ekonomiku tal-ibliet u l-benesseri taċ-ċittadini tagħhom.
Impjiegi u ħiliet fl-ekonomija lokaliL-ibliet għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien u l-appoġġ tal-kundizzjonijiet it-tajba għall-investimenti li jwasslu għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar
Inklużjoni ta’ migranti u refuġjati fl-iblietL-ibliet huma ħafna drabi l-punt prinċipali ta’ dħul għall-migranti u r-refuġjati fl-UE.
Kultura fl-iblietDan jgħin lill-ibliet jirriġeneraw lilhom infushom, itejbu l-potenzjal kreattiv u innovattiv tagħhom, jiżviluppaw forom ġodda u aktar sostenibbli ta’ turiżmu.
Kwalità tal-arja fl-iblietL-ibliet għandhom rwol ewlieni fit-titjib tal-kwalità tal-arja permezz tat-tfassil, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali.
Mobbiltà urbanaIt-trasport urban għandu rwol ewlieni fil-kisba tal-kompetittività ekonomika, il-koeżjoni soċjali u t-tkabbir sostenibbli.
Tranżizzjoni diġitali fl-iblietL-ibliet għandhom l-opportunità li jużaw it-teknoloġija diġitali u d-data miftuħa biex jipprovdu servizzi pubbliċi aħjar liċ-ċittadini u joħolqu opportunitajiet ta’ negozju.
Użu sostenibbli tal-art u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fl-ibliet L-użu effiċjenti u sostenibbli tal-art jgħin ukoll biex jinħolqu bliet inklużivi Ewropej għal kulħadd.