Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Kondizzjonijiet Il-premjijiet jingħataw direttament mill-Kummissjoni, normalment lil dawk li jaħdmu fuq proġetti li jippromwovu l-iżvilupp tas-soċjetà. Ix-xjenzati u r-riċerkaturi huma kandidati tajbin għal dan it-tip ta’ inċentiv finanzjarju. Ir-rebbieħ ta’ kompetizzjoni se jirċievi flus kontanti, kopertura pubbliċitarja jew promozzjoni bħala kumpens. Il-premjijiet jingħataw skont il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament indaqs. Ma jistgħux jingħataw direttament mingħajr kompetizzjoni. Ir-regoli ta’ kompetizzjoni jispeċifikaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà id-data finali għar-reġistrazzjoni tal-applikanti, jekk meħtieġ, u għas-sottomissjonijiet tal-applikazzjonijiet il-kriterji ta’ esklużjoni il-kriterji għall-għoti l-ammont tal-premju jew tal-premjijiet l-arranġamenti għall-ħlas tal-premjijiet lir-rebbieħa wara l-għoti tagħhom L-applikanti jiġu informati kemm jista’ jkun malajr dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum kalendarju wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni ta’ għoti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Nippromwovu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali L-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha l-ambizzjoni li tagħmel il-Patt Ekoloġiku esperjenza tanġibbli kulturali, iffukata fuq il-bniedem u pożittiva. Kulħadd għandu jkun jista’ jħoss, jara u jesperjenza t-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali u l-mod kif din ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħna. Aqra aktar dwar ir-rebbieħa tal-Premju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tal-2022. Nippromwovu l-innovazzjoni Ħafna drabi, il-premjijiet huma għotjiet lir-rebbieħa ta’ konkorsi minn Orizzont, il-programm emblematiku tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni. Il-premjijiet Orizzont joffru premju fi flus kontanti lil dawk li jissodisfaw sfida ddefinita bl-iżjed mod effettiv. L-għan hu li tiġi stimulata l-innovazzjoni u li jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi li huma importanti għaċ-ċittadini Ewropej. Eżempji ta’ premjijiet tal-UE u premjijiet fi flus kontanti għal soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi tas-soċjetà il-Premju tal-UE għall-Innovaturi Nisa hu premju fi flus li jingħata kull sena lil nisa Ewropej li waqqfu kumpanija ta’ suċċess li tat eżempju ta’ innovazzjoni tas-suq. Dan jiġġudika lill-kontestanti dwar l-innovazzjoni, l-impatt u l-ispirazzjoni rivoluzzjonarji. Il-Premju Orizzont tal-EIC għandu l-għan li jsolvi sfida kbira li qed tiffaċċja s-soċjetà, mingħajr ma jagħti dettalji dwar kif dan għandu jinkiseb jew min għandu jiksbu. Dawn il-premjijiet huma miftuħa għal kull min jaħseb b’mod kreattiv bejn is-setturi u d-dixxiplini kollha. Il-premju jingħata lil dawk li jissodisfaw bl-aħjar mod l-isfida. il-Premju Orizzont Impatt jirrikonoxxi u jiċċelebra proġetti eċċezzjonali li pprovdew valur lis-soċjetà Niċċelebraw il-kultura tal-Ewropa Sabiex tiżdied il-viżibbiltà tas-setturi kulturali u awdjoviżivi tal-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja premjijiet u inizjattivi taħt il-programm Ewropa Kreattiva. Hu mfassla biex jippremja l-kisbiet, joħroġ fid-dieher l-eċċellenza, u jżid l-għarfien tal-kultura u l-wirt tal-Ewropa, kif juru l-eżempji ta’ hawn taħt. Il-Premju għat-Talent Żagħżugħ fl-Arkitettura (YTAA), li ilu jingħata kull sena mill-2016, inħoloq biex jenfasizza proġetti eċċellenti tal-istudenti fl-arkitettura, l-ippjanar urban u l-arkitettura tal-pajsaġġ mill-Ewropa kollha u minn għażla ta’ pajjiżi oħrajn. Il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura hu inizjattiva annwali biex jiġu rikonoxxuti l-aħjar awturi emerġenti fl-Ewropa. Riċevituri tal-premjijiet Il-biċċa l-kbira tar-rebbieħa tal-premjijiet huma żgħażagħ/studenti, professjonisti u korpi pubbliċi. Xi eżempji ta’ rebbieħa tal-passat jinkludu: student universitarju li jaħdem fit-tiswir tal-politika tal-kompetizzjoni fl-era tad-diġitalizzazzjoni produttur żagħżugħ tal-films li ddisinja poster għal festival ċinematografiku Ewropew ġurnalist li juri ġurnaliżmu eċċellenti li jkopri l-migrazzjoni għalliem li jesplora l-aħjar prattiki fit-tagħlim dwar l-UE perit li ggradwa reċentement li jikkompeti għal premju tat-talent żagħżugħ fl-arkitettura kumpanija li tiddisinja ċentru ta’ inkubazzjoni jew l-aħjar prattiki fl-ambjent awtorità lokali li taħdem fuq il-Ġimgħa Ewropea tal-Mobbiltà rappreżentant fi Stat Membru tal-UE li jippromwovi jew joħloq mill-ġdid skema ta’ premjijiet f’pajjiżu individwi jew gruppi li ddedikaw ħajjithom għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-ħsieb (Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb)