Ċentru tal-wirjiet Experience EuropePerspettiva unika dwar l-Ewropa Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Dwar Experience Europe Experience Europe hi l-wirja permanenti fi Brussell fejn tista’ ssir taf dwar il-ħidma ewlenija, il-prijoritajiet u l-politiki tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-valuri tal-UE f’ambjent divertenti u interattiv. Tinsab fir-roundabout Schuman, fil-qalba taż-żona Ewropea fi Brussell u hi miftuħa sebat ijiem fil-ġimgħa.Permezz ta’ stazzjonijiet ta’ komunikazzjoni b’temi differenti, se jkollok l-opportunità li:tiltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni f’ambjent virtwalitivvjaġġa lejn postijiet fejn il-Kummissjoni hi attiva permezz ta’ esperjenza ta’ realtà virtwali immersivatagħmel żjara virtwali tal-binja ikonika tal-Berlaymontissegwi l-Kummissjoni Ewropea fuq il-media soċjalitieħu sehem fil-logħob u ttejjeb l-għarfien tiegħek dwar l-UE fi “Play Europe”ittemm iż-żjara tiegħek bi tbissima u ritratt ta’ tifkiraExperience Europe tilqa’ lil kulħadd biex igawdi minn din l-esperjenza unika.Id-dħul bla ħlas. Gallarija tar-ritratti Experience Europe exhibition centre “INSIDE EUROPE” communication stationExperience Europe exhibition centre “FORUM” communication stationExperience Europe exhibition centre “SMILE EUROPE” communication stationExperience Europe exhibition centre “360 EUROPE” communication station Experience Europe exhibition centre “WE ARE EUROPE” communication stationExperience Europe exhibition centre “FOLLOW EUROPE” communication stationExperience Europe exhibition centre “PLAY EUROPE” communication stationExperience Europe exhibition centre “WE ARE EUROPE” communication stationExperience Europe exhibition centre “MEET THE PRESIDENT” communication stationExperience Europe exhibition centre The Fresco mural with photos of EU citizensExperience Europe exhibition centre 27 in 1 - a sculpture dedicated to unity in diversityOutside view of Experience EuropeOutside view of Experience EuropeExperience Europe exhibition centre “FORUM” communication stationExperience Europe exhibition centre Inside Experience EuropeExperience Europe exhibition centre “360 EUROPE” communication stationExperience Europe exhibition centre Inside Experience EuropeExperience Europe exhibition centre “PLAY EUROPE” communication stationExperience Europe exhibition centre “MEET THE PRESIDENT” communication stationAgħlaq Żur Experience Europe Mhi meħtieġa ebda reġistrazzjoni minn qabel għal viżitaturi individwali jew gruppi ta’ anqas minn 10 persuni. Gruppi ta’ 10 persuni jew aktar għandhom jibbukkjaw iż-żjara tagħhom minn qabel permezz ta’ email lil Ec-experienceeurope [dot] brusselsec [dot] europa [dot] eu jew bit-telefown (+32 2 29 65555) matul il-ħinijiet tal-ftuħ.Ibagħtilna email fuq EC-experienceeurope [dot] brusselsec [dot] europa [dot] eu jekk ma tistax iżżomm il-booking tiegħek u nkunu nistgħu niskedaw iż-żjara mill-ġdid. X’għandek tkun taf dwar iż-żjara tiegħek:Il-biċċa l-kbira tal-viżitaturi jqattgħu bejn siegħa u siegħa u nofs f’Experience Europe.Is-sanitizzaturi tal-idejn huma disponibbli f’Experience Europe. Inħeġġu lill-viżitaturi tagħna biex jiddiżinfettaw idejhom b’mod regolari.Is-superfiċji kollha, l-apparat interattiv, il-faċilitajiet u l-bini tal-wirja huma sanitizzati ta’ spiss.Innota li m’hemmx vestjarju jew lockers. Ippjana ż-żjara tiegħek IndirizzRue Archimède / Archimedesstraat 11000 BrusselsĦinijiet tal-ftuħit-Tnejn 13:00 – 18:00it-Tlieta – il-Ġimgħa 09:00 – 18:00is-Sibt – il-Ħadd 10:00 – 18:00 Experience Europe hi magħluqa f’dawn id-dati:l-1 ta’ Jannar / l-1 ta’ Mejju / l-1 ta’ Novembru / l-24, il-25 ta’ Diċembru / il-31 ta’ DiċembruMatul is-Summits tal-UE li ġejjin, Experience Europe se tkun miftuħa biss għal gruppi rreġistrati minn qabel (ara t-taqsima “Żur Experience Europe”) fid-data li ġejja:id-19 ta’ Diċembru. Kif tasal hemmNirrakkomandaw ħafna li tuża t-trasport pubbliku biex tiġi fil-bini ta’ Experience Europe. L-eqreb waqfa hi “Schuman” u tista’ tasal hemm bil-metro, bil-karozza tal-linja u bil-ferrovija. Bil-metroL-eqreb waqfa hi “Schuman” bil-linji 1 u 5. B’tal-linjaIl-linji 12, 21, 36, 56, 56, 60, 79 jieqfu qrib iċ-ċentru ta’ Experience Europe.Bil-ferrovijaL-istazzjon ferrovjarju “Bruxelles-Schuman” jinsab 350m ’il bogħod miċ-ċentru ta’ Experience Europe. Il-Parkeġġ tar-Roti Qrib Experience EuropeGħall-viżitaturi li jaslu bir-rota, hemm diversi għażliet konvenjenti ta’ parkeġġ madwar ir-roundabout Schuman u qrib l-istazzjon tal-metro Schuman. Ir-racks tar-roti huma disponibbli wkoll tul Rue de la Loi/Wetstraat u Boulevard Charlemagne/Karel de Grotelaan. FaċilitajietIl-Wi-Fi hu disponibbliAċċessibbiltàExperience Europe hi aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti. Opra tal-arti - Magħqudin fid-diversità X’tirrappreżenta din l-iskultura?L-iskultura tirrappreżenta allegorija ta’ trasparenza u futur sabiħ. Hi opra tal-arti tal-perit Belġjan Marcos Alvarez, li ma tagħmilx ħsara lill-klima, li tikkonsisti minn 27 tubu kubiku ta’ mirja differenti u 97 tubu magħmula mid-Dacryl, reżina akrilika 99% riċiklabbli, fil-forma tal-Berlaymont, li hu s-simbolu viżwali taċ-Ċentru. Kuntatt EmailEC-experienceeurope [dot] brusselsec [dot] europa [dot] euNumru tat-telefown(+32) 2 296 5555 Informazzjoni prattika EnfasizzatPubblikazzjonijiet ġenerali27 Marzu 2023Experience Europe leafletWant to know more about the European Commission? It's easy! Download the leaflet and visit Experience Europe.Lingwi oħrajn (3)Experience Europe BroschüreDu möchtest mehr über die Europäische Kommission erfahren ? Ist einfach ! Lade die Broschüre herunter und besuche Experience Europe.Deutsch(944.49 KB - PDF)IddawnlowdjaDépliant "Experience Europe" Voulez-vous en savoir plus sur la Commission européenne ? Rien de plus simple ! Téléchargez le dépliant et visitez Experience Europefrançais(909.03 KB - PDF)IddawnlowdjaExperience Europe flyerWenst u meer te weten te komen over de Europese Commissie? Download deze flyer en bezoek Experience Europe.Nederlands(910.18 KB - PDF)Iddawnlowdja Pubblikazzjonijiet ġenerali27 Marzu 2023Plan of Experience EuropeDiscover the different activities at the Experience Europe exhibition centre. 16 SETTEMBRU 2024Data protection notice for visitors to the European CommissionLingwi oħrajn (3)Deutsch(238.43 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(245.28 KB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(234.58 KB - PDF)Iddawnlowdja
X’għandek tkun taf dwar iż-żjara tiegħek:Il-biċċa l-kbira tal-viżitaturi jqattgħu bejn siegħa u siegħa u nofs f’Experience Europe.Is-sanitizzaturi tal-idejn huma disponibbli f’Experience Europe. Inħeġġu lill-viżitaturi tagħna biex jiddiżinfettaw idejhom b’mod regolari.Is-superfiċji kollha, l-apparat interattiv, il-faċilitajiet u l-bini tal-wirja huma sanitizzati ta’ spiss.Innota li m’hemmx vestjarju jew lockers.
IndirizzRue Archimède / Archimedesstraat 11000 BrusselsĦinijiet tal-ftuħit-Tnejn 13:00 – 18:00it-Tlieta – il-Ġimgħa 09:00 – 18:00is-Sibt – il-Ħadd 10:00 – 18:00
Experience Europe hi magħluqa f’dawn id-dati:l-1 ta’ Jannar / l-1 ta’ Mejju / l-1 ta’ Novembru / l-24, il-25 ta’ Diċembru / il-31 ta’ Diċembru
Matul is-Summits tal-UE li ġejjin, Experience Europe se tkun miftuħa biss għal gruppi rreġistrati minn qabel (ara t-taqsima “Żur Experience Europe”) fid-data li ġejja:id-19 ta’ Diċembru.
Kif tasal hemmNirrakkomandaw ħafna li tuża t-trasport pubbliku biex tiġi fil-bini ta’ Experience Europe. L-eqreb waqfa hi “Schuman” u tista’ tasal hemm bil-metro, bil-karozza tal-linja u bil-ferrovija.
Il-Parkeġġ tar-Roti Qrib Experience EuropeGħall-viżitaturi li jaslu bir-rota, hemm diversi għażliet konvenjenti ta’ parkeġġ madwar ir-roundabout Schuman u qrib l-istazzjon tal-metro Schuman. Ir-racks tar-roti huma disponibbli wkoll tul Rue de la Loi/Wetstraat u Boulevard Charlemagne/Karel de Grotelaan.
X’tirrappreżenta din l-iskultura?L-iskultura tirrappreżenta allegorija ta’ trasparenza u futur sabiħ. Hi opra tal-arti tal-perit Belġjan Marcos Alvarez, li ma tagħmilx ħsara lill-klima, li tikkonsisti minn 27 tubu kubiku ta’ mirja differenti u 97 tubu magħmula mid-Dacryl, reżina akrilika 99% riċiklabbli, fil-forma tal-Berlaymont, li hu s-simbolu viżwali taċ-Ċentru.