Mur għall-kontenut ewlieni
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 21 Novembru 2023
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

Il-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-pajjiżi tal-UE u tirrevedi l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tal-2024

People walking down a pedestrian street in Cologne
Getty image: credit - picture alliance

 

Il-Kummissjoni nediet iċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew tal-2024. Is-Semestru Ewropew huwa eżerċizzju annwali li jgħin biex jiġu identifikati l-isfidi ekonomiċi u soċjali fl-UE, u r-reazzjonijiet ta’ politika biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal tagħhom — għall-benefiċċju tagħna lkoll. Din is-sena, l-UE qed tiffaċċja għadd ta’ sfidi importanti, bħall-inflazzjoni għolja u l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, li jeħtieġ li nindirizzaw biex intejbu l-kompetittività tal-UE. 

Għall-2024, il-Kummissjoni qed tirrakkomanda li jitneħħew l-ostakli għall-investimenti privati u pubbliċi, jiġi appoġġjat ambjent tan-negozju favorevoli, u jiġu żviluppati l-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.  
 
Il-Kummissjoni ħarġet ukoll l-opinjonijiet tagħha dwar l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tal-Istati Membri għall-2024. Hija ssib li l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tal-Awstrija, tal-Ġermanja, tal-Italja, tal-Lussemburgu, tal-Latvja, ta’ Malta, tan-Netherlands, tal-Portugall u tas-Slovakkja mhumiex kompletament konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-UE u li hemm ir-riskju li dawk tal-Belġju, tal-Finlandja, ta’ Franza u tal-Kroazja mhumiex konformi wkoll. 
 
Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tipprovdi pariri ta’ politika mfassla apposta lill-pajjiżi taż-żona tal-euro. Din is-sena l-enfasi tinsab fuq ir-reazzjonijiet ta’ politika għall-isfidi tal-inflazzjoni għolja u l-kompetittività.  
Barra minn hekk, rapport ġdid tas-Semestru dwar l-impjiegi jikkonferma li s-suq tax-xogħol tal-UE huwa reżiljenti, bir-rata ta’ impjieg li kienet ta’ 75.4% fit-tieni kwart tal-2023. In-nuqqas imdaqqas ta’ ħaddiema u ħiliet qed joħloq ostakli għat-tkabbir ekonomiku. Jekk ma jiġux indirizzati b’mod adegwat, dawn jirriskjaw li jfixklu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. 
 
Mill-introduzzjoni tiegħu fl-2011, is-Semestru Ewropew sar essenzjali biex jiġu vvalutati l-isfidi fiskali, ekonomiċi u tal-politika tal-impjiegi tal-pajjiżi tal-UE. Quddiem ħafna xokkijiet f’dawn l-aħħar snin, l-ekonomija tagħna wriet reżiljenza notevoli peress li aġixxejna b’mod koordinat u rapidu. Hemm ħafna riskji fuq l-orizzont bħall-kriżi tal-Lvant Nofsani u l-gwerra ta’ aggressjoni fl-Ukrajna.  Iżda bir-reazzjonijiet ta’ politika korretti, l-ekonomiji tal-Istati Membri għandhom jirpiljaw fl-2024 f’konformità ma’ tbassir ekonomiku reċenti. 

Għal iktar informazzjoni

Is-Semestru Ewropew 

Is-Semestru Ewropew f’pajjiżek 

Ekonomija għas-servizz tan-nies 

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin fis-Semestru Ewropew għas-sena li ġejja biex issaħħaħ il-kompetittività tal-UE  

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-Pakkett tal-Ħarifa tas-Semestru Ewropew għall-2024 

Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2023 

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
21 Novembru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni