Iċ-chart interattiva ta’ hawn taħt tippreżenta l-informazzjoni dwar l-infiq u d-dħul taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027. Barra minn hekk, iċ-chart interattiva turi wkoll l-infiq taħt in-NextGenerationEU, li jitwassal permezz tal-baġit bħala dħul assenjat estern minn self iddedikat. Id-data hi disponibbli biex tiġi ddawlowdjata fil-qiegħ tal-paġna (anke għall-baġits fit-tul preċedenti). Għal aktar informazzjoni dwar il-QFP, ara hawnhekk. Għal data relatata mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, ara ċ-Chart interattiva: infiq u dħul 2014-2020 L-ammonti huma għal skopijiet ta’ preżentazzjoni biss. Kwalunkwe referenza formali għall-informazzjoni baġitarja għandha tkun għal dokumenti u rapporti uffiċjali tal-baġit. Kif jintuża Ikklikkja waħda mit-tliet tabs ("Overview", "Spending" u "Revenue") biex taqleb bejn il-viżwalizzazzjonijiet. Tista’ tuża l-filtri (eż. is-sena, il-pajjiż) biex tagħżel valur wieħed jew aktar biex jintwera. L-għażla attwali tiegħek tidher fl-istrixxa blu: ikklikkjaha biex timmodifikaha, jew fuq “x” biex tneħħiha. Jista’ jkun li mhux l-opzjonijiet kollha jkunu disponibbli għax jiddependi mill-għażla attwali tiegħek: jekk ma jkunx possibbli li jintgħażel valur, dan jidher fi sfond griż skur. L-għażla attwali tista’ tiġi ddawlowdjata billi tikklikkja l-buttuna "Download the selected data” fiċ-chart. Iddawnlowdja 31 LULJU 2023EU spending and revenue - Data 2000-2022 Id-data għas-snin ta’ qabel l-2000 hi disponibbli mir-Rapport Finanzjarju tal-2008 Benefiċċji tas-sħubija fl-UE Il-baġit tal-UE mhux logħba ta’ somma żero. Kulħadd jirbaħ mis-sħubija fl-UE, u jgawdi minn ivvjaġġar mingħajr fruntieri, telefonati affordabbli minn barra l-pajjiż u rispons koordinat tal-UE għall-pandemija tal-coronavirus u l-konsegwenzi tagħha. L-Istati Membri kollha tal-UE jibbenefikaw flimkien billi jagħmlu parti mis-suq uniku, mill-indirizzar tal-isfidi tal-migrazzjoni u mill-ġlieda kontra t-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, kif ukoll minn toroq aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u trattament mediku avvanzat. L-allokazzjoni tan-nefqa lill-Istati Membri hi min-natura tagħha imperfetta, peress li ma tirriflettix il-vantaġġi tal-parteċipazzjoni fil-proġett Ewropew kondiviż tagħna jew il-valur miżjud tal-baġit tal-UE. Il-benefiċċji tal-kontabilità li qed jidhru hawn fuq ikopru biss sehem żgħir mill-vantaġġi ġenerali tas-sħubija fl-UE. In-nefqa li tidher li tmur biss għand Stat Membru tista’ tagħti l-benefiċċji lil kollha jew uħud minnhom minħabba riperkussjonijiet qawwija tan-nefqa tal-UE, jew tindirizza ġid pubbliku Ewropew li jeħtieġ finanzjament kondiviż. Ara wkoll il-Benefiċċji tal-baġit tal-UE Links relatati Ċifri tal-baġit annwali 2021-2027