Mur għall-kontenut ewlieni

Kunflitt ta’ interess

Kif il-Kummissjoni tindirizza r-riskju ta’ kunflitti ta’ interess u r-regoli li jirregolawh.

Il-Kummissjoni tieħu l-evitar ta’ riskji ta’ kunflitti ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE b’serjetà kbira. Sitwazzjonijiet li jinvolvu kunflitti ta’ interess (inklużi dawk perċepiti) jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin. Huwa ta’ importanza kbira li jew jiġu evitati jew jiġu ġestiti kif xieraq meta jseħħu. Dan huwa kruċjali għaż-żamma tar-reputazzjoni u l-imparzjalità tas-settur pubbliku u ta’ dawk li jieħdu deċiżjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-fondi tal-UE, u l-kredibbiltà tal-prinċipji tal-istat tad-dritt bħala valur fundamentali tal-UE. L-implimentazzjoni ta’ politiki u regoli dettaljati dwar l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti u l-kunflitti ta’ interess perċepiti hija parti essenzjali mill-governanza tajba u l-ġestjoni finanzjarja tajba.

X’inhuma r-regoli dwar l-evitar tal-kunflitti ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE?

Ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-UE EU Financial Regulationli daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2018, kompliet ittejjeb il-miżuri eżistenti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Eżempju ewlieni huwa t-tisħiħ tar-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess (l-Artikolu 61 tar-RF 2018). Dawn issa – minbarra l-ġestjoni diretta u indiretta – huma estiżi b’mod espliċitu għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għal kwalunkwe persuna li timplimenta fondi tal-UE taħt ġestjoni kondiviża.

Il-Kummissjoni ħarġet gwida li għandha l-għan li tqajjem kuxjenza u tippromwovi interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-evitar tal-kunflitti ta’ interess. Tinkludi wkoll eżempji prattiċi, suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet li għandhom l-għan li jipprovdu lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri bi gwida u għodod biex jgħinuhom fl-evitar ta’ kunflitti ta’ interess.

Il-gwida hija parti mill-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tkompli ssaħħaħ il-miżuri bl-għan li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE. Din tenfasizza wkoll il-komplementarjetà mar-Regolament dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE li skontu n-nuqqas tal-awtoritajiet pubbliċi milli jiżguraw in-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess jista’ jkun indikattiv ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, kif ukoll b’monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza u aktar sforzi ta’ konformità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE taħt ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża.

  • 7 APRIL 2021
Gwida dwar l-evitar tal-kunflitti ta’ interess u l-ġestjoni tagħhom skont ir-Regolament Finanzjarju