Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Azzjonijiet Sħubija tal-LvantIs-Sħubija tal-Lvant għandha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u s-6 ġirien tal-Lvant tagħha: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna. Viċinat tan-NofsinharIl-kooperazzjoni mal-Viċinat tan-Nofsinhar tinkludi 10 pajjiżi sħab: l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina*, is-Sirja u t-Tuneżija. Kooperazzjoni mal-pajjiżi tul il-fruntieri esterni tal-UEIl-Kooperazzjoni Transfruntiera tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli tul il-fruntieri esterni tal-UE, tgħin biex jitnaqqsu d-differenzi fl-istandards tal-għajxien u tindirizza sfidi komuni. Kooperazzjoni mal-viċinat kolluBiex jikkumplementaw il-programmi ta’ kooperazzjoni bilaterali u reġjonali, ġew stabbiliti wkoll programmi ta’ kooperazzjoni fil-viċinat kollu, peress li xi attivitajiet ta’ għajnuna jistgħu jiġu mmaniġġjati b’mod aktar effiċjenti u flessibbli fil-livell interreġjonali. Objettivi tistabbilizza l-pajjiżi ġirien permezz tal-iżvilupp ekonomiku, l-impjegabbiltà u ż-żgħażagħ, il-konnettività tat-trasport u tal-enerġija, il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà tippromwovi l-interessi ewlenin tal-UE tal-governanza tajba, tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem tiffaċilita l-kooperazzjoni fil-livell reġjonali: is-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran Kuntest Il-politika Ewropea tal-viċinat toffri qafas għal sħubijiet aktar effettivi u b'saħħithom mal-ġirien tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE, ibbażata fuq interessi u azzjoni komuni miż-żewġ naħat. L-UE tippromwovi l-istabbiltà u trawwem il-kooperazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati billi tipprovdi l-appoġġ finanzjarju permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat. Dokumenti 9 JANNAR 2018Review of the European neighbourhood policy Relatati Dipartimenti: Viċinat Ewropew u Negozjati għat-Tkabbir; Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) Links relatati Politika Ewropea tal-Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir
Sħubija tal-LvantIs-Sħubija tal-Lvant għandha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u s-6 ġirien tal-Lvant tagħha: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna.
Viċinat tan-NofsinharIl-kooperazzjoni mal-Viċinat tan-Nofsinhar tinkludi 10 pajjiżi sħab: l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina*, is-Sirja u t-Tuneżija.
Kooperazzjoni mal-pajjiżi tul il-fruntieri esterni tal-UEIl-Kooperazzjoni Transfruntiera tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli tul il-fruntieri esterni tal-UE, tgħin biex jitnaqqsu d-differenzi fl-istandards tal-għajxien u tindirizza sfidi komuni.
Kooperazzjoni mal-viċinat kolluBiex jikkumplementaw il-programmi ta’ kooperazzjoni bilaterali u reġjonali, ġew stabbiliti wkoll programmi ta’ kooperazzjoni fil-viċinat kollu, peress li xi attivitajiet ta’ għajnuna jistgħu jiġu mmaniġġjati b’mod aktar effiċjenti u flessibbli fil-livell interreġjonali.