Sfond L-UE kkundannat b’mod inekwivoku, bl-aktar mod qawwi possibbli, l-attakki terroristiċi vjolenti u indiskriminati fl-Iżrael li saru fis-7 ta’ Ottubru 2023 mill-Ħamas. Hi esprimiet is-solidarjetà tagħha mal-Iżrael u enfasizzat id-dritt tal-Iżrael li jiddefendi lilu nnifsu skont id-dritt umanitarju u dak internazzjonali.Hi tenniet ukoll l-importanza li tiġi żgurata l-protezzjoni taċ-ċivili kollha f’kull ħin skont id-dritt umanitarju internazzjonali.Wara dawn l-attakki, is-sitwazzjoni umanitarja tal-Palestinjani fl-Istrixxa ta’ Gaża ddeterjorat drastikament minħabba l-intensifikazzjoni kontinwa tal-ostilitajiet u l-operazzjoni militari Iżraeljana konsegwenti, flimkien mal-imblokk ta’ Gaża. Taħt il-lenti Il-Kummissjoni tħabbar €30 miljun addizzjonali ta’ għajnuna umanitarja lil-Libanu3 ta’ Ottubru 2024 - Hekk kif qed tkompli għaddejja l-eskalazzjoni tal-ostilitajiet bejn l-Hezbollah u l-Iżrael, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret €30 miljun oħra f’għajnuna umanitarja biex tgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn fil-Libanu. Dan iġib it-total tal-għajnuna umanitarja tal-UE lill-pajjiż għal aktar minn €104 miljun din is-sena. Dan il-pakkett ġdid ta’ għajnuna ta’ emerġenza se jipprovdi assistenza alimentari urġenti, kenn u kura tas-saħħa minbarra appoġġ essenzjali ieħor. Il-Kummissjoni qed tiffaċilita wkoll l-għoti ta’ assistenza materjali permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili lil Bejrut.Aqra aktar Aktar minn 20 sena ta’ appoġġ umanitarju u ta’ żvilupp tal-UE lill-PalestinjaniL-UE minn dejjem kienet l-akbar donatur internazzjonali għall-poplu Palestinjan. Barra minn hekk, l-UE ilha tipprovdi assistenza umanitarja lill-Palestinjani fil-bżonn mis-sena 2000. Wara l-attakki terroristiċi reċenti tal-Ħamas, l-UE:ikkwadruplat l-appoġġ umanitarju tagħha lill-Palestinjani f’Gaża għal aktar minn €103 miljun fl-2023nediet operazzjoni ta’ Pont Umanitarju bl-Ajru tal-UE biex twassal provvisti li jsalvaw il-ħajjiet għand l-organizzazzjonijiet umanitarji fuq il-post f’Gażażiedet l-għajnuna umanitarja għall-Palestinjani għall-2024Minn Ottubru 2024, bis-saħħa tal-Pont Umanitarju bl-Ajru, tal-anqas 60 titjira wasslu aktar minn 3,000 tunnellata ta’ għajnuna. L-operazzjonijiet għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-ippożizzjonar minn qabel tal-għajnuna b’appoġġ għat-twassil rapidu tal-assistenza lill-persuni fil-bżonn f’Gaża.UNICEF Permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM), l-UE tappoġġja wkoll lill-Kuritur Marittimu ta’ Ċipru b’ċentru loġistiku tal-UE f’Ċipru li jiffaċilita d-direzzjoni tal-għajnuna mill-Istati Membri lejn Gaża. Naħdmu wkoll mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex nevakwaw b’mod mediku pazjenti Palestinjani minn Gaża lejn l-Ewropa, b’approċċ ta’ Tim Ewropa. F’Lulju 2024, l-UE ħabbret appoġġ finanzjarju ta’ emerġenza fuq terminu qasir lill-Awtorità Palestinjana biex tgħin tindirizza l-ħtiġijiet finanzjarji l-aktar urġenti tagħha u tappoġġja l-aġenda ta’ riforma tagħha. B’valur ta’ €400 miljun f’għotjiet u self u soġġett għal progress fl-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ riforma, dan l-appoġġ se jwitti t-triq għal Programm Komprensiv għall-irkupru u r-reżiljenza Palestinjani. Diġà ġew żborżati €272 miljun. Appoġġ umanitarju €238 miljunta’ għajnuna umanitarja impenjata* fl-2024Aktar minn €103 miljunf’finanzjament umanitarju, b’reazzjoni għaż-żieda drammatika tal-ħtiġijiet fl-2023Aktar minn €1.1 biljunf’assistenza umanitarja bħala għajnuna biex jintlaħqu l-ħtiġijiet bażiċi tagħhom mis-sena 2000 * inkluża ż-żieda addizzjonali ta’ €45 miljun imħabbra mill-President von der Leyen f’Settembru 2024, soġġetta għall-approvazzjoni tal-Awtorità Baġitarja. Appoġġ għall-iżvilupp €2.2 biljunallokkati għall-2014-2020Kważi €1.36 biljun allokati għall-2021-2024, li minnhom aktar minn €920 miljun ġew approvati 16 OTTUBRU 2024More about the EU support to Palestinians - Factsheet Sforzi diplomatiċi fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti L-Unjoni Ewropea tibqa’ impenjata għal paċi dejjiema u sostenibbli bbażata fuq is-soluzzjoni ta’ żewġ stati permezz ta’ sforzi msaħħa mill-ġdid fil-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani.L-UE tibqa’ f’kuntatt mal-mexxejja reġjonali u tkompli bl-isforzi diplomatiċi tagħha inkluż billi:Tappella għall-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili skont id-dritt umanitarju internazzjonaliTirdoppja l-impenn umanitarju tagħha fir-reġjunTappella għal djalogu bejn l-Iżrael u l-ġirien tiegħu biex ikomplu jżommu l-istabbiltà u l-paċi fir-reġjunTfittex soluzzjoni fit-tul li ġġib il-paċi u s-sigurtà għal kulħadd. L-indirizzar ta’ kontenut terroristiku, illegali u ta’ ħsara fuq il-media soċjali Wara l-attakki terroristiċi mill-Ħamas kontra l-Iżrael, u fid-dawl ta’ kontenut illegali u ta’ ħsara li jiċċirkola fuq il-media soċjali, il-Kummissjoni tinsab f’kuntatt ma’ pjattaformi ewlenin biex tiżgura li dawn jirrispettaw l-obbligi tagħhom.L-Att dwar is-Servizzi Diġitali: jirrikjedi li l-pjattaformi online kbar ineħħu l-kontenut illegali u jieħdu miżuri biex jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà pubblika u għad-diskors ċiviku.Ir-Regolament dwar il-Kontenut Terroristiku Online: jippermetti lill-Istati Membri jibagħtu ordnijiet ta’ tneħħija għall-pjattaformi biex ineħħu kontenut terroristiku fi żmien siegħa. M’hemmx post għall-mibegħda: Ewropa magħquda kontra l-mibegħda Il-Kummissjoni qegħda wkoll iżżid l-isforzi tagħha biex tiġġieled l-antisemitiżmu u l-mibegħda anti-Musulmana fil-forom kollha tagħha, billi ssaħħaħ l-azzjoni f’varjetà ta’ politiki, inklużi s-sigurtà, il-qasam diġitali, l-edukazzjoni, il-kultura u l-isport. Dan jinkludi finanzjament addizzjonali biex jiġu protetti l-postijiet ta’ qima u se jkun appoġġjat min-nomina ta’ Rappreżentanti b’mandat espliċitu biex jiġi massimizzat il-potenzjal tal-politiki tal-UE għall-ġlieda kontra l-mibegħda. L-aktar reċenti 20 Diċembru 2024European Council Leaders discuss the EU's role in the world, with emphasis on Ukraine and the Middle East16 Diċembru 2024Statement by President von der Leyen following her meeting with King Abdullah II of Jordan, in Amman3 Ottubru 2024EU boosts humanitarian aid to Lebanon by €30 million, bringing total to over €100 million for 20245 Lulju 2024Joint statement by the High Representative/Vice-President Josep Borrell and Commissioner for Crisis Management Janez Lenarčič on military action in Khan Younis, GazaAra kollox Links relatati Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 21 u 22 ta’Marzu 2024Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 26 u 27 ta’ Ottubru 2023Il-Pont Umanitarju bl-Ajru tal-UEL-UE u l-IżraelIl-Palestina*Azzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-antisemitiżmuAzzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-mibegħda anti-Musulmana
Il-Kummissjoni tħabbar €30 miljun addizzjonali ta’ għajnuna umanitarja lil-Libanu3 ta’ Ottubru 2024 - Hekk kif qed tkompli għaddejja l-eskalazzjoni tal-ostilitajiet bejn l-Hezbollah u l-Iżrael, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret €30 miljun oħra f’għajnuna umanitarja biex tgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn fil-Libanu. Dan iġib it-total tal-għajnuna umanitarja tal-UE lill-pajjiż għal aktar minn €104 miljun din is-sena. Dan il-pakkett ġdid ta’ għajnuna ta’ emerġenza se jipprovdi assistenza alimentari urġenti, kenn u kura tas-saħħa minbarra appoġġ essenzjali ieħor. Il-Kummissjoni qed tiffaċilita wkoll l-għoti ta’ assistenza materjali permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili lil Bejrut.Aqra aktar
Wara l-attakki terroristiċi reċenti tal-Ħamas, l-UE:ikkwadruplat l-appoġġ umanitarju tagħha lill-Palestinjani f’Gaża għal aktar minn €103 miljun fl-2023nediet operazzjoni ta’ Pont Umanitarju bl-Ajru tal-UE biex twassal provvisti li jsalvaw il-ħajjiet għand l-organizzazzjonijiet umanitarji fuq il-post f’Gażażiedet l-għajnuna umanitarja għall-Palestinjani għall-2024Minn Ottubru 2024, bis-saħħa tal-Pont Umanitarju bl-Ajru, tal-anqas 60 titjira wasslu aktar minn 3,000 tunnellata ta’ għajnuna. L-operazzjonijiet għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-ippożizzjonar minn qabel tal-għajnuna b’appoġġ għat-twassil rapidu tal-assistenza lill-persuni fil-bżonn f’Gaża.UNICEF
20 Diċembru 2024European Council Leaders discuss the EU's role in the world, with emphasis on Ukraine and the Middle East
16 Diċembru 2024Statement by President von der Leyen following her meeting with King Abdullah II of Jordan, in Amman
3 Ottubru 2024EU boosts humanitarian aid to Lebanon by €30 million, bringing total to over €100 million for 2024
5 Lulju 2024Joint statement by the High Representative/Vice-President Josep Borrell and Commissioner for Crisis Management Janez Lenarčič on military action in Khan Younis, Gaza