Stabbiliment tal-prijoritajiet strateġiċi L-istrateġija ġenerali tal-UE hi żviluppata b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tagħha: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni Ewropea.B’mod partikolari, il-Kunsill Ewropew jipprovdi d-direzzjoni u l-għanijiet tal-UE għal perijodu ta’ 5 snin fl-Aġenda Strateġika tal-UE.Kull 5 snin, fil-bidu tat-terminu tal-Kummissjoni l-ġdida, il-President tal-Kummissjoni jiddetermina wkoll il-prijoritajiet għall-mandat li jkun ġej.Kull sena, fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Kummissjoni jippreżenta u jiddibatti mal-Parlament Ewropew il-kisbiet tal-Kummissjoni matul is-sena preċedenti u jħabbar inizjattivi ewlenin ippjanati għas-sena li ġejja. Dawn l-inizjattivi huma kondiviżi wkoll mal-President tal-Parlament Ewropew u mal-Presidenza tal-Kunsill b’rotazzjoni fl-hekk imsejħa “ittra ta’ intenzjoni”.Abbażi ta’ dan u tal-prijoritajiet ġenerali ta’ 5 snin, pjan ta’ azzjoni għas-sena kalendarja li jmiss jiġi stabbilit fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni. Dan jiddeskrivi kif il-prijoritajiet ikunu se jinbidlu f'azzjonijiet konkreti.Permezz tal-prospettiva strateġika, il-Kummissjoni tfittex ukoll li tinkorpora għarfien futur fit-tfassil tal-politika, l-ippjanar strateġiku, u t-tħejjija tagħha. Kif jittieħdu d-deċiżjonijietIt-tfassil ta’ politiki u liġijiet tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini, in-negozji u partijiet ikkonċernati oħrajn fl-UE, f’konformità mar-regoli ta’ regolamentazzjoni aħjarIl-prijoritajiet tal-KummissjoniSeba’ prijoritajiet tal-Kummissjoni matul il-mandat 2024-2029Prijoritajiet konġunti tal-istituzzjonijiet tal-UEIl-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għas-sena li ġejja maqbulin bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-KummissjoniProspettiva strateġikaIt-tisħiħ tat-tħejjija u t-tfassil ta’ politika antiċipatorja bbażata fuq l-evidenzaDokumenti ta’ strateġijaIl-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni, il-pjanijiet ta’ ġestjoni, il-pjanijiet strateġiċi u r-rapporti annwali tal-attività Ippjanar mid-dipartimenti Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jipproduċu pjanijiet strateġiċi u ta' ġestjoni li juru kif huma se jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-Kummissjoni u jistabbilixxu objettivi ċari u indikaturi għall-monitoraġġ u r-rapportar.Għal kull inizjattiva leġiżlattiva maġġuri u li tiddifennixxi l-politika, id-dipartimenti tal-Kummissjoni jippreparaw valutazzjoni tal-impatt biex janalizzaw l-effetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali ta’ kull proposta.Lista ta' inizjattivi ppjanati tal-Kummissjoni u lista tal-inizjattivi adottati tal-Kummissjoni tkun aġġornata regolarment u tintbagħat lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE biex tgħinhom jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom.Valutazzjonijiet tal-impatt Żvilupp u implimentazzjoni tal-politiki Il-politiki tal-UE huma mfasslin biex jissarrfu f’benefiċċji għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-partijiet ikkonċernati fl-UE. Għodod ta' regolamentazzjoni aħjar jiżguraw li kull politika ġdida tkun ibbażata fuq l-evidenza u l-aħjar prattiki disponibbli.Il-Kummissjoni tiżviluppa u timplimenta l-politiki tal-UE billi:tipproponi liġijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropeatgħin lill-pajjiżi tal-UE jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UEtimmaniġġja l-baġit tal-UE u talloka l-fonditiżgura li jkun hemm konformità mal-liġi tal-UE flimkien mal-Qorti tal-Ġustizzjatirrappreżenta lill-UE barra mill-Ewropa flimkien mas-servizz diplomatiku tal-UE, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni EsternaPolitiki tal-UESemma' leħnek dwar l-inizjattivi tal-KummissjoniSegwi t-tfassil tal-liġijiet Il-baġit tal-UE Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tippermetti lill-UE twettaq il-prijoritajiet ta’ politika tagħha u tinvesti fi proġetti fuq skala kbira li l-pajjiżi tal-UE ma jistgħux jiffinanzjaw waħedhom. Billi jiġbor flimkien ir-riżorsi, il-baġit tal-UE joħloq valur miżjud, isaħħaħ l-ekonomija u l-pożizzjoni ġeopolitika tal-Ewropa.Il-baġit tal-UE għaddejIl-baġit fit-tul tal-UEL-UE bħala mutwatarju – Relazzjonijiet mal-investituri Rapportar Il-Kummissjoni tippjana u tirrapporta dwar il-ħidma tagħha skont ċiklu annwali magħruf bħala ċ-ċiklu tal-ipprogrammar u l-ippjanar strateġiku. Il-Kummissjoni tippubblika regolarment rapporti li jirriżultaw minn kull ċiklu.Fl-aħħar tas-sena tal-baġit, id-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni jipproduċu rapport ta' attività annwali dwar il-prestazzjoni tagħhom fit-twettiq tal-objettivi tagħhom. Dawn ir-rapporti jinġabru f'rapport ta' sinteżi kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Mill-2016 'il quddiem, ir-rapport ta’ sinteżi hu inkluż fir-rapport annwali tal-ġestjoni u l-prestazzjoni għall-baġit tal-UE.Rapporti annwali tal-attivitàRapporti annwali dwar l-immaniġġjar u l-prestazzjoni Evalwazzjoni Il-Kummissjoni tevalwa kontinwament jekk il-politiki tal-UE jkunux issodisfaw il-ħtiġijiet tan-negozji u ċ-ċittadini Ewropej. L-evalwazzjonijiet jivvalutaw politika għall-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE. L-evalwazzjonijiet huma komunikati lill-pubbliku permezz ta' pjanijiet direzzjonali ta' evalwazzjoni.Evalwazzjoni tal-politiki Links relatati Irwol tal-Kummissjoni fil-liġi tal-UEIrwol tal-Kummissjoni fil-baġit u l-finanzjamentIrwol tal-Kummissjoni fir-relazzjonijiet internazzjonaliPrijoritajiet 2019-2024
Kif jittieħdu d-deċiżjonijietIt-tfassil ta’ politiki u liġijiet tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini, in-negozji u partijiet ikkonċernati oħrajn fl-UE, f’konformità mar-regoli ta’ regolamentazzjoni aħjar
Prijoritajiet konġunti tal-istituzzjonijiet tal-UEIl-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għas-sena li ġejja maqbulin bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
Prospettiva strateġikaIt-tisħiħ tat-tħejjija u t-tfassil ta’ politika antiċipatorja bbażata fuq l-evidenza
Dokumenti ta’ strateġijaIl-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni, il-pjanijiet ta’ ġestjoni, il-pjanijiet strateġiċi u r-rapporti annwali tal-attività