Mur għall-kontenut ewlieni

Nibnu r-reżiljenza tas-soċjetà kontra d-diżinformazzjoni

Ħarsa ġenerali

Fix-xenarju kumpless diġitali u tal-media tal-lum, hu kruċjali li ċ-ċittadini jkunu konxji mir-riskji tad-diżinformazzjoni u jkunu mgħammrin tajjeb biex jidentifikaw informazzjoni falza jew qarrieqa u jwaqqfu t-tixrid tagħha.

L-Unjoni Ewropea hi impenjata li tiżgura li s-soċjetajiet tagħna jibqgħu reżiljenti fid-dawl ta’ dawn l-isfidi emerġenti. 

Biex twettaq dan, il-Kummissjoni Ewropea żviluppat firxa ta’ għodod u inizjattivi mfasslin biex jippromwovu l-ħsieb kritiku u jagħtu s-setgħa lill-individwi u lill-komunitajiet biex jirrikonoxxu, jirreżistu u jirrispondu għad-diżinformazzjoni b’mod effettiv.

Inqajmu sensibilizzazzjoni dwar id-diżinformazzjoni

Is-sensibilazzazzjoni hi kruċjali għall-approċċ tal-UE biex tenfasizza informazzjoni falza jew qarrieqa u l-metodi użati biex tinxtered online.

Biex tgħin liċ-ċittadini jirrikonoxxu d-diżinformazzjoni u jifhmu r-riskji tat-tixrid ulterjuri tagħha, il-Kummissjoni qed taħdem flimkien mas-sħab tagħha biex tilħaq udjenza wiesgħa permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni differenti.

Sensibilizzazzjoni qabel l-elezzjonijiet tal-UE tal-2024

Nipprovdu pariri biex nipproteġu ċ-ċittadini mid-diżinformazzjoni

Il-Kummissjoni, flimkien mas-sħab tagħha, għamlet disponibbli wkoll xi suġġerimenti u riżorsi addizzjonali biex tgħin liċ-ċittadini jevitaw li jaqgħu għad-diżinformazzjoni u jxerrduha b’mod mhux intenzjonat.

Inżidu l-litteriżmu fil-media

Riżorsi fil-qasam tal-litteriżmu fil-media u diġitali

Il-Kummissjoni għamlet wkoll disponibbli riżorsi biex jappoġġjaw lill-Istati Membri, lill-edukaturi u lill-organizzazzjonijiet biex jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni.

An animated graphic depicting four people looking at mobile phones, with the text "How to spot and fight disinformation".

B’dan is-sett ta’ għodod, l-għalliema tal-iskejjel sekondarji jistgħu jgħinu lill-istudenti tagħhom biex jidentifikaw id-diżinformazzjoni meta jkunu qed jibbrawżjaw online