Mur għall-kontenut ewlieni

Ħrib mill-Ukrajna: Aċċess għall-akkomodazzjoni u l-housing

Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren | українська | bir-Russu | русский

Informazzjoni dwar l-akkomodazzjoni u l-housing

  • House

    Qed tiġi pprovduta akkomodazzjoni immedjata mill-awtoritajiet jew mill-organizzazzjonijiet tal-karità. Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja toffri d-dritt għal akkomodazzjoni u housing xierqa u għalhekk jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli fit-terminu medju li jikkombinaw is-sistema ta’ akkoljenza pubblika ma’ offerti ta’ akkomodazzjoni privata.

Il-Kummissjoni:

  • se tkompli tappoġġja lill-Istati Membri biex iżidu l-kapaċità ta’ akkoljenza tagħhom
  • se tniedi inizjattiva ġdida “Djar Sikuri” biex tħaddan u tappoġġja inizjattivi meħudin fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali u f’kooperazzjoni mas-settur privat.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jgħin biex jipprovdi housing soċjali għall-familji u l-individwi fil-komunità, u jkopri x-xiri u r-rinnovazzjoni ta’ akkomodazzjoni xierqa. 

Il-Fond Soċjali Ewropew jista’ jappoġġja wkoll investimenti f’akkomodazzjoni bbażata fil-komunità, speċjalment għal dawk bi bżonnijiet speċjali, diżabbiltajiet, tfal u anzjani.