Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tilqa’ l-integrazzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta rivedut dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda illegali online fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali

Il-Kummissjoni u l-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali jilqgħu l-integrazzjoni tal-“Kodiċi ta’ Kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda illegali online +” rivedut fil-qafas tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA), li jħeġġeġ kodiċijiet ta’ kondotta volontarji biex jiġu indirizzati r-riskji online.

Il-Viċi President Eżekuttiv Henna Virkkunen inkarigata mis-Sovranità, is-Sigurtà u d-Demokrazija tat-Teknoloġija, qalet:

“Fl-Ewropa ma hemm l-ebda post għall-mibegħda illegali, la offline u lanqas online. Nilqa’ l-impenn tal-partijiet ikkonċernati għal Kodiċi ta’ Kondotta msaħħaħ skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Il-kooperazzjoni fost il-partijiet kollha involuti hija t-triq ’il quddiem biex jiġi żgurat spazju diġitali sikur għal kulħadd.” 

Il-Kodiċi ta' Kondotta+, li jibni fuq il-Kodiċi ta' Kondotta inizjali tal-2016 dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda illegali online ġie ffirmat minn Dailymotion, Facebook, Instagram, Jeuxvideo.com, LinkedIn, servizzi tal-konsumatur ospitati minn Microsoft, Snapchat, Rakuten Viber, TikTok, Twitch, X u YouTube.

Il-Kodiċi ta’ Kondotta+ se jsaħħaħ il-mod kif il-pjattaformi online jittrattaw il-kontenut li l-liġijiet tal-UE u dawk nazzjonali jiddefinixxu bħala diskors ta’ mibegħda illegali. Il-Kodiċi ta’ Kondotta integrat se jiffaċilita l-konformità mad-DSA u l-infurzar effettiv tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mar-riskji tat-tixrid ta’ kontenut illegali fuq is-servizzi tagħhom.

Wara din l-integrazzjoni, il-pjattaformi online li huma ddeżinjati skont id-DSA jistgħu jaderixxu mal-Kodiċi ta’ Kondotta+ biex juru l-konformità tagħhom mal-obbligu tad-DSA li jimmitigaw ir-riskju tat-tixrid ta’ kontenut illegali fuq is-servizzi tagħhom. Il-konformità mal-impenji tal-Kodiċi ta’ Kondotta+ se tkun parti mill-awditu indipendenti annwali li dawn il-pjattaformi huma soġġetti għalih skont id-DSA u li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-pjattaformi.

Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa.

Sib aktar informazzjoni dwar: