Partijiet Interessati
Partijiet Interessati
L-organizzazzjonijiet u l-individwi kollha interessati jew affettwati mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi huma l-partijiet ikkonċernati tagħna u huma mistiedna jipparteċipaw fix-xogħol tagħna.
Aħna impenjati favur il-ftuħ u t-trasparenza u djalogu bidirezzjonali regolari mal-partijiet ikkonċernati tagħna huwa parti importanti minn dan.
Involvi ruħek magħna
- Aħbarijiet: Żomm ruħek aġġornat - abbona għall-aħbarijiet tagħna.
- Avvenimenti: Ingħaqad mal-avvenimenti, il-workshops u l-webinars mingħajr ħlas tagħna.
- Konsultazzjonijiet: Semma leħnek fil-konsultazzjonijiet tagħna.
- Informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi: Żur il-bażi tad-data tagħna dwar is-sustanzi kimiċi.
- Għodda għall-koordinazzjoni ta’ attivitajiet pubbliċi: Segwi attivitajiet speċifiċi għas-sustanzi ppjanati, li għaddejjin u li tlestew.
- Għodda ta’ riċerka tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi: Skopri liema leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi għandha impatt fuqek u ikseb appoġġ.
- Segwi sustanza: Irċievi twissija meta l-istatus regolatorju ta’ sustanza jinbidel.
- Midja soċjali: Ikkonnettja magħna fuq Twitter, LinkedIn, Facebook u YouTube.
- Pjattaformi ta’ diskussjoni: Agħmel skambju magħna fuq il-pjattaformi ta’ diskussjoni tagħna fuq LinkedIn.
Organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati akkreditati
Aħna naħdmu f’kooperazzjoni ma’ għadd ta’ organizzazzjonijiet umbrella minn oqsma u setturi differenti, li kollha kemm huma jaħdmu fil-livell tal-UE u li jirrappreżentaw il-qasam tal-kompetenza tagħhom. Dawn l-organizzazzjoni tal-partijiet ikkonċernati akkreditati (ASOs) jikkontribwixxu bl-għarfien tagħhom u jgħinuna nilħqu udjenzi usa’. Jekk hemm suġġett speċifiku li tixtieq tiddiskuti, dejjem tista’ tikkuntattja l-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-qasam ta’ interess tiegħek.

Kif issir parti konċernata akkreditata
Jekk inti tirrappreżenta l-qasam ta’ kompetenza tiegħek fil-livell tal-UE u interessat f’kooperazzjoni aktar mill-qrib magħna, inti mistieden tapplika għal status ta’ parti kkonċernata akkreditata.

Kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati akkreditati
Ħidma mal-Organizzazzjonijiet tal-Partijiet Ikkonċernati Akkreditati tikkontribwixxi għal fluss ta’ informazzjoni effiċjenti kemm mill-qasam għall-Aġenzija kif ukoll viċe versa.

Partijiet ikkonċernati akkreditati tal-ECHA
Din hija l-lista tal-partijiet ikkonċernati akkreditati attwali.

Appoġġ mill-partijiet ikkonċernati akkreditati
Din il-paġna toffri links għal għodod, informazzjoni u gwida li huma disponibbli pubblikament u mingħajr ħlas.