Sottomissjoni ta' dossiers CLH
-
Appoġġ
- Nibdew
- Gwida
- Metodi ta' ttestjar u alternattivi
- Webinars
-
Għodod għal Preżentazzjoni ta' Faxxiklu
- Manuals
-
REACH-IT
- Il-proċess tar-reġistrazzjoni
- PPORD
- Notifika ta' sustanzi f'oġġetti
- Preżentazzjoni ta' notifika ta' utent downstream ta' użijiet awtorizzati
- Preżentazzjoni ta' rapport ta' utent downstream għal użijiet mhux appoġġjati
- Preżentazzjoni ta' rapport ta' utent downstream għal differenzi fil-klassifikazzjoni
- Kif tissottometti u taġġorna n-notifikazzjoni C&L tiegħek
- Talba għal isem kimiku alternattiv f'taħlitiet
- IUCLID
- CHESAR
- SPC
- R4BP 3
- ePIC
- Is-Servizzi tal-Cloud tal-ECHA
- Interact Portal
- EUSES
- System-to-system submission service
- Ħelpdesks nazzjonali
- Eżempji prattiċi ta' xenarji ta' espożizzjoni
- Sostituzzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi
- Eżempji prattiċi ta’ rapporti dwar is-sigurtà kimika
- Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs)
- Rakkomandazzjonijiet lir-reġistranti
-
Fażijiet ta’ reġistrazzjoni
- 1. L-obbligi ta' reġistrazzjoni tiegħek
- 2. Kif tfittex il-koreġistranti tiegħek
- 3. Organizza ruħek mal-koreġistranti tiegħek
-
4. Valutazzjoni tal-periklu u r-riskju
- Rekwiżiti tal-informazzjoni: Tonna sa 10 tonni fis-sena
- Rekwiżiti tal-informazzjoni 10 tonni sa 100 tonna fis-sena
- Rekwiżiti ta’ informazzjoni: 100 tunnellata sa 1000 tunnellata fis-sena
- Rekwiżiti ta’ informazzjoni: 1000 tunnellata jew aktar fis-sena
- Adattamenti fir-rekwiżiti standard tal-informazzjoni
- Kif tevita ttestjar mhux meħtieġ fuq l-annimali
- Strateġija biex tiġbor id-data tiegħek
- 5. Kif toħloq id-dossier tar-reġistrazzjoni tiegħek
- 6. Kif tissottometti d-dossier tar-reġistrazzjoni tiegħek
- 7. Kif torganizza lilek innifsek għall-aġġornamenti tad-dossiers
-
L-identifikazzjoni ta' sustanza
- Għalfejn huwa importanti li tidentifikaha b'mod korrett?
- X'inhi sustanza?
- X'mhijiex sustanza?
- Kif tikkaratterizza u tidentifika s-sustanza tiegħek
- Erba' stadji għall-identifikazzjoni b'suċċess ta' sustanza
- Appoġġ speċifiku għas-settur għall-identifikazzjoni tas-sustanza
- Kif tibdel l-identifikatur tas-sustanza tiegħek
- Restrizzjoni
-
Awtorizzazzjoni
- Identifikazzjoni ta' Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna
-
Kif tapplika għal awtorizzazzjoni
- Inti affettwat mill-awtorizzazzjoni
- Żviluppa strateġija ta' applikazzjoni
- Ibda pprepara l-applikazzjoni tiegħek
- Innotifika lill-ECHA u itlob Sessjoni ta' Informazzjoni Qabel is-Sottomissjoni
- Iffinalizza l-applikazzjoni tiegħek
- Issottometti l-applikazzjoni tiegħek
- Ipparteċipa matul l-iżvilupp tal-opinjoni
- Wettaq l-obbligi tiegħek
- Issottometti rapport ta’ rieżami jekk għad għandek bżonn tuża s-sustanza
- Staqsi lill-ECHA dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni
- Analiżi soċjo-ekonomika f'REACH
- Sottomissjoni ta' dossiers CLH
- Klassifikazzjoni ta' taħlita
- L-irtirar tar-Renju Unit mill-UE
- ECHA accounts and EU Login
- Kontroll tal-kompletezza teknika
- Questions and answers
- ECHA CHEM
Sottomissjoni ta' dossiers CLH
Min jista’ jissottometti intenzjonijiet u dossiers CLH?
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jipproponu:
- klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati (CLH) ġodda,
- reviżjoni ta’ CLH eżistenti għal kwalunkwe sustanza fl-ambitu tar-Regolament CLP (Artikolu 37(1)) jew
- CLH għal sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
Il-manifatturi, l-importaturi jew l-utenti downstream jistgħu jipproponu CLH għal dawk is-sustanzi:
- li mhumiex sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
- sakemm ma jkunx hemm entrata eżistenti fil-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament CLP dwar din is-sustanza b’rabta mal-klassi ta’ periklu jew id-differenzazzjoni koperta mill-proposta (Artikolu 37(2)).
Importanti: Il-manifatturi, l-importaturi jew l-utenti downstream għandu jkollhom kont REACH-IT biex jissottomettu intenzjoni jew dossier CLH.
Qabel ma tipprepara dossier CLH, jekk jogħġbok, iċċekkja r-Reġistru tal-Intenzjonijiet. Fih lista tas-sustanzi li għalihom l-Aġenzija diġà rċeviet intenzjoni għal sottomissjoni ta’ dossier CLH.
Ikun aħjar li ma jiġix sottomess dossier CLH għall-istess sustanza minn żewġ partijiet jew aktar. Kwalunkwe persuna li għandha informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza tista’ tiġbed l-attenzjoni tal-parti li qed tissottometti dossier CLH matul l-istadji bikrija tal-proċess jew tipprovdi din l-informazzjoni matul il-konsultazzjoni pubblika.
Is-sustanzi li bħalissa għaddejjin minn konsultazzjoni pubblika jinstabu fil-paġna tal-“Konsultazzjonijiet dwar Klassifikazzjoni u Tikkettar Armonizzati”.
L-Intenzjoni CLH tintbagħat permezz ta’ formola web speċifika, li tintuża wkoll għas-sottomissjoni ta’ dossiers CLH u dokumenti ta’ Rispons għall-Kummenti. Wara s-sottomissjoni tal-intenzjoni CLH, min se jissottometti dossier jista’ jikkuntattja lill-ECHA fuq classification (at) echa.europa.eu jekk ikollu bżonn appoġġ jew jekk ikun jinħtieġ li jiġu diskussi dettalji mid-dossier.
Id-dossier CLH fih dossier tekniku bil-format IUCLID u rapport CLH mehmuż. Aktar dettalji dwar il-kontenut tad-dossier tekniku u r-rapport CLH jinstabu fil-Gwida dwar it-tħejjija ta’ dossiers CLH u fil-mudell tal-format għar-rapport CLH. Dawk id-dokumenti jagħtu stampa ġenerali ta’ x’wieħed għandu jikkunsidra u kif tipprepara dossier CLH.
Ir-rapport CLH jenħtieġ li jinkludi biżżejjed informazzjoni biex jikkostitwixxi dokument awtonomu, li se jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-ECHA matul il-konsultazzjoni pubblika. Ma jenħtieġx jinkludi, però, informazzjoni kunfidenzjali.
Il-kontenut tad-dossier CLH
Id-dossier CLH jenħtieġ li jinkludi:
- l-identità tas-sustanza,
- is-CLH propost (inklużi limiti ta’ konċentrazzjoni jew fatturi multiplikanti speċifiċi, jekk xieraq),
- ġustifikazzjoni xjentifika għall-proposta,
- u sommarji ddettaljati tal-istudji rilevanti.
Id-dossier għandu jinkludi wkoll ġustifikazzjoni għaliex tinħtieġ azzjoni fil-livell tal-UE fil-każ li qed jiġu proposti klassijiet ta’ periklu minbarra l-karċinoġeniċità, il-mutaġeniċità, it-tossiċità riproduttiva (CMR) u s-sensitizzazzjoni respiratorja, sakemm is-sustanza tkun ma tkunx sustanza attiva fi prodotti bijoċidali jew għall-protezzjoni tal-pjanti.
Ir-rapport CLH jenħtieġ li jkun bil-format ipprovdut mill-ECHA. Barra r-rapport CLH, wieħed jista’ wkoll jipprepara Anness għar-rapport CLH, li jista’ jiġi kkompilat minn abbozzi ta’ rapporti ta’ valutazzjoni (DARs), rapporti ta’ awtoritajiet kompetenti (CARs) u/jew sorsi oħra.
Dan l-anness jintuża għall-preżentazzjoni ta’ referenzi għal studji, sommarji ddettaljati ta’ studji u riżultati
Id-dossier CLH jenħtieġ li jitħejja bl-aħħar verżjoni tal-IUCLID u jiġi sottomess lill-ECHA permezz tal-formola onlajn speċifika. Il-manifatturi, l-importaturi jew l-utenti downstream għandu jkollhom kont REACH-IT qabel ma jissottomettu dossier, peress li ċerti kaxxi fil-formola web jirrikjedu informazzjoni mill-kont REACH-IT. Id-dokumenti ta’ gwida elenkati f’din il-paġna jipprovdu aktar informazzjoni dwar it-tħejjija ta’ dossiers CLH.
Għandhom jitħallsu tariffi?
Meta jiġi propost CLH taʼ sustanza minn manifattur, importatur jew utent downstream għal klassijiet ta’ periklu minbarra CMR jew is-sensitizzazzjoni respiratorja, għandu jkun akkompanjat minn pagament ta’ tariffa.
It-tariffi jiddependu mid-daqs tal-kumpanija. L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jibbenefikaw minn tariffa mnaqqsa. Id-dettalji dwar it-tariffi jingħataw fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 440/2010 (Regolament dwar il-Ħlasijiet).
Istruzzjonijiet pass bʼpass għall-valutazzjoni tal-kategorija ta’ daqs tal-kumpanija huma disponibbli fuq is-sit web tal-ECHA fil-paġna “Ħlasijiet tal-SME taħt REACH u CLP”.
- Introductory Guidance on the CLP Regulation [PDF] [EN]
- Guidance on the Application of the CLP Criteria [PDF] [EN]
- Guidance on the preparation of dossiers for harmonised classification and labelling [PDF] [EN]
- Guidance on labelling and packaging in accordance with the CLP Regulation [PDF] [EN]
- CLH report format
- Impurities and (degree of) purity in CLP and in the CLH process [PDF][EN]
- Practical guide: How to submit a CLH dossier [PDF][EN]
Related links
- Registry of CLH intentions until outcome
- Commission Regulation (EU) No 440/2010 (Fee Regulation) [PDF]
- Harmonised classification and labelling current consultations
- SME fees under REACH and CLP
-
Webinar: How to submit a harmonised classification and labelling dossier – part I and part II