Creating your registration dossier

Wara li tkun ġbart l-informazzjoni kollha dwar is-sustanza tiegħek biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ REACH, trid tiddokumenta s-sejbiet tiegħek f’dossier ta’ reġistrazzjoni.

Il-fajl li inti tissottometti lill-ECHA biex tirreġistra s-sustanza tiegħek jissejjaħ dossier. Dossier huwa kopja li tinqara biss tas-sett tad-data tas-sustanza tiegħek, ikkumplimentat b’informazzjoni dwar it-tip ta’ reġistrazzjoni tiegħek.

Jistgħu jitħejjew żewġ tipi ta’ dossiers skont ir-rwol tiegħek fis-sottomissjoni konġunta:

1) Id-dossier tar-reġistrant prinċipali, li jinkludi l-identità tas-sustanza koperta fis-sottomissjoni konġunta, l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-sustanza kif ukoll l-informazzjoni speċifika għall-kumpanija tar-reġistrant prinċipali.

Għad-dossier tar-reġistrant prinċipali tista’ tuża:

  1. IUCLID Cloud 
    Jekk inti konsulent li taħdem għal reġistrant jew jekk inti nnifsek reġistrant li ma tagħmilx użu frekwenti tal-IUCLID jew għandek biss ftit sustanzi x’tiġġestixxi.
  2. Applikazzjoni IUCLID
    Jekk tiġġestixxi ammonti kbar ta’ data.

2) Dossiers tal-membri, fejn ir-reġistranti l-oħrajn kollha jinkludu l-informazzjoni speċifika għall-kumpanija tagħhom, bħad-dettalji ta’ kuntatt, l-identifikazzjoni eżatta tas-sustanza, il-volumi prodotti jew importati u l-użi tas-sustanza kimika mill-klijenti tagħhom.

Għad-dossier tal-membri tista’ tuża:

  1. Dossier li jinħoloq direttament f’REACH-IT
    Jekk inti membru ta’ sottomissjoni konġunta u taqbel mal-informazzjoni kollha sottomessa f’ismek mir-reġistrant prinċipali.
  2. IUCLID Cloud 
    Jekk inti konsulent li taħdem għal reġistrant jew jekk inti nnifsek reġistrant li ma tagħmilx użu frekwenti tal-IUCLID jew għandek biss ftit sustanzi x’tiġġestixxi.
  3. Applikazzjoni IUCLID
    Għall-każijiet l-oħrajn kollha.