Rwol tal-Kummissjoni Ewropea Il-Kummissjoni Ewropea hi l-entità eżekuttiva tal-Unjoni Ewropea. Ir-rwoli ewlenin tagħha jinkludu:li tipproponi liġijiet u programmi ġoddali tissorvelja l-implimentazzjoni tagħhomli timmaniġġja l-baġit tal-UEIl-Kummissjoni tiżgura wkoll li l-politiki u l-liġijiet tal-UE jiġu applikati b’mod korrett fl-Istati Membri kollha, tinnegozja ftehimiet internazzjonali f’isem l-UE, u talloka l-finanzjament. Barra minn hekk, hi tirrappreżenta l-interessi tal-UE fix-xena globali, filwaqt li tiżgura approċċ ikkoordinat fost il-pajjiżi tal-UE. Strateġija u politikaKif issawwar l-istrateġija u l-politiki tal-UEDritt tal‑UnjoniKif tipproponi liġijiet ġodda u timplimentahomBaġit u finanzjamentKif tipproponi u timplimenta l-baġit u l-finanzjament tal-UERelazzjonijiet internazzjonali Kif tfassal il-politika tal-iżvilupp, tinnegozja l-ftehimiet u twassal l-għajnuna madwar id-dinja Kif inhi organizzata l-Kummissjoni Ewropea Tmexxija politikaKulleġġ ta’ 27 Kummissarju, immexxi mill-President tal-Kummissjoni, jiddirieġi l-ħidma tal-Kummissjoni. Il-Kummissarji jaħdmu fuq prijoritajiet politiċi speċifiċi li huma stabbiliti mill-President tal-Kummissjoni.Aqra l-istorja viżiva tagħna: Kif jiġu eletti u maħtura l-mexxejja tal-UE Il-President von der LeyenIl-Kummissarji Dipartimenti u aġenziji eżekuttiviIl-Kummissjoni hi organizzata:F’dipartimenti ta’ politika, magħrufin bħala Direttorati Ġenerali, responsabbli għal oqsma ta’ politika differenti. Huma jiżviluppaw, jimplimentaw u jimmaniġġjaw il-politika, il-liġi u l-programmi ta' finanzjament tal-UE.Barra minn hekk, id-dipartimenti ta' servizz jittrattaw kwistjonijiet amministrattivi partikulari.L-aġenziji eżekuttivi jimmaniġġjaw programmi stabbiliti mill-Kummissjoni.Lista ta’ dipartimenti u aġenziji eżekuttiviUffiċċji tal-KummissjoniIl-Kummissjoni Ewropea hi preżenti f’kull Stat Membru b’mill-anqas uffiċċju ta’ rappreżentanza wieħed inkarigat mill-komunikazzjoni u l-informazzjoni fil-livell lokali.L-uffiċċji barra l-UE, magħrufin bħala Delegazzjonijiet tal-UE, huma mmaniġġjati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Huma jgħinu kemm fil-promozzjoni tal-interessi u tal-politiki tal-UE kif ukoll iwettqu varjetà ta' programmi ta' assistenza. Standards u prinċipji tas-servizzi Ċerti prinċipji jiggwidaw lill-Kummissjoni f'xogħolha: it-trasparenza, l-imġiba etika, l-opportunitajiet indaqs, il-multilingwiżmu, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali u l-impatt ambjentali. Trasparenza Konsultazzjonijiet, reġistri tat-trasparenza, aċċess għad-dokumenti, u benefiċjarji tal-finanzjament tal-UEEtika u amministrazzjoni tajbaPrinċipji u regoli li jirregolaw il-kondotta tal-Kummissarji u l-istaff tal-KummissjoniUżu ta' lingwiL-użu tal-lingwi fl-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku u l-interazzjoni miegħuImmodernizzar tal-KummissjoniL-istrateġija tal-Kummissjoni dwar ir-riżorsi umaniDiġitalizzazzjoni tal-KummissjoniPjan għat-trasformazzjoni diġitali tal-KummissjoniEkoloġizzazzjoni tal-KummissjoniPjan tal-Kummissjoni biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2030 Il-Kummissjoni bħala impjegatur Il-Kummissjoni taħdem kontinwament biex toffri lill-istaff tagħha post tax-xogħol u karrieri moderni, u biex tattira u żżomm l-aħjar talent fil-pajjiżi kollha tal-UE. In-nies li jaħdmu fil-Kummissjoni Ewropea jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa u jeħtieġ li jkollhom prestazzjoni fl-ogħla livell fl-interess tal-Ewropej kollha. Taħdem għall-KummissjoniKarrieri varjati u li jissodisfawk f’ambjent vibranti, multilingwi u multikulturaliStaffĊifri ewlenin dwar l-istaff tal-Kummissjoni Links relatatiInvolvi ruħekModi kif ninvolvu ruħna fil-ħidma tagħna, mill-parteċipazzjoni fit-tfassil tal-politika għall-applikazzjoni għall-finanzjament tal-UEŻur il-Kummissjoni Ewropea Żjarat individwali u fi gruppi fil-Kummissjoni u fl-uffiċċji tagħhaIkkuntattjana Għandek mistoqsijiet għall-Kummissjoni jew dwarha? Din hija l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħna
Il-Kummissjoni Ewropea hi l-entità eżekuttiva tal-Unjoni Ewropea. Ir-rwoli ewlenin tagħha jinkludu:li tipproponi liġijiet u programmi ġoddali tissorvelja l-implimentazzjoni tagħhomli timmaniġġja l-baġit tal-UEIl-Kummissjoni tiżgura wkoll li l-politiki u l-liġijiet tal-UE jiġu applikati b’mod korrett fl-Istati Membri kollha, tinnegozja ftehimiet internazzjonali f’isem l-UE, u talloka l-finanzjament. Barra minn hekk, hi tirrappreżenta l-interessi tal-UE fix-xena globali, filwaqt li tiżgura approċċ ikkoordinat fost il-pajjiżi tal-UE.
Relazzjonijiet internazzjonali Kif tfassal il-politika tal-iżvilupp, tinnegozja l-ftehimiet u twassal l-għajnuna madwar id-dinja
Trasparenza Konsultazzjonijiet, reġistri tat-trasparenza, aċċess għad-dokumenti, u benefiċjarji tal-finanzjament tal-UE
Etika u amministrazzjoni tajbaPrinċipji u regoli li jirregolaw il-kondotta tal-Kummissarji u l-istaff tal-Kummissjoni
Taħdem għall-KummissjoniKarrieri varjati u li jissodisfawk f’ambjent vibranti, multilingwi u multikulturali
Involvi ruħekModi kif ninvolvu ruħna fil-ħidma tagħna, mill-parteċipazzjoni fit-tfassil tal-politika għall-applikazzjoni għall-finanzjament tal-UE
Ikkuntattjana Għandek mistoqsijiet għall-Kummissjoni jew dwarha? Din hija l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħna