Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges
Deskrizzjoni tal-programm
Għanijiet ewlenin
Il-programm għandu l-għan li jrawwem it-tkabbir ekonomiku f’Malta u li jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-miri ta’ Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.
Il-programm se jiffoka fuq 8 prijoritajiet ewlenin:
- it-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoloġika
- it-tisħiħ tal-aċċess għal, u l-użu u l-kwalità tal-ICT
- it-tisħiħ tal-kompetittività tal-SMEs
- l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju
- il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi
- il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-tneħħija tal-ostakli fl-infrastruttura tan-netwerks prinċipali
- il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u d-diskriminazzjoni
- l-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali
Il-prijoritajiet tal-finanzjamenti
Ir-riżorsi tal-FEŻR se jkunu investiti f’dan li ġej:
- it-tibdil fil-klima (18,5 %)
- il-protezzjoni tal-wirt naturali u kulturali (18 %)
- l-infrastruttura tar-riċerka u attivitajiet relatati (16 %)
- l-iżvilupp tan-negozju (14 %)
- l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija (11 %)
- l-infrastruttura tal-edukazzjoni u s-saħħa (14 %).
- l-iżvilupp urban sostenibbli (5 %)
Ir-riżorsi tal-Fond ta’ Koeżjoni se jkunu allokati għall-infrastruttura għall-ġestjoni tal-iskart u l-ilma (65 %) u s-sistemi tat-TEN-T u ta’ trasport sostenibbli (35 %).
Il-programm jipprevedi li 6,1 % tar-riżorsi tal-FEŻR se jkunu implimentati permezz ta’ strumenti finanzjarji, li, flimkien mal-kontribuzzjoni ta’ Malta għall-Inizjattiva SME, itella' l-kontribuzzjoni ta’ Malta għall-istrumenti finanzjarji għal 9,2 % tal-allokazzjoni totali tal-FEŻR, tliet darbiet l-allokazzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji li saru fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti.
Riżultati mistennija
- l-irduppjar tal-infiq tas-settur privat fir-R&Ż, li jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira tal-2020 ta’ 2 % tal-PDG investit fir-R&Ż,
- żieda ta’ 20 % fil-valur miżjud annwali tal-SMEs
- żieda ta’ ħames darbiet fil-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli fotovoltajka installata sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 10 % tal-enerġija rinnovabbli sal-2020
- tneħħija ta’ 6 500 persuna mir-riskju tal-faqar
- l-irduppjar tal-perċentwal ta’ skart riċiklatt u t-tnaqqis relatat ta’ aktar minn 40 % tal-volum tal-iskart li jmur fil-miżbla
Fondi
Cohesion Fund (CF): 204.992.109,00 €
Regional Development Fund (ERDF): 350.516.282,00 €
Il-prijoritajiet tematiċi
View the dataIt-tagħrif finanzjarju
Baġit totali tal-PO: 672.921.971,00 €
Kontribuzzjoni totali tal-UE: 555.508.391,00 €
View the data