Il-Kummissjoni tivvaluta u tevalwa l-politiki u l-fondi kollha tagħha, inklużi fil-qasam tal-impjiegi, il-ħiliet, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni. Din il-ħidma ssegwi l-prinċipji u l-linji gwida għal Regolamentazzjoni aħjar.
Valutazzjoni ta’ inizjattivi ġodda
Għal inizjattivi ġodda, il-Kummissjoni tivvaluta l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi mistennija.
Din il-valutazzjoni tinkludi b’mod partikolari l-impatti fuq l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali, il-ħiliet u s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (ara l-Kapitolu 3 tas-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar).
Ir-rappreżentanti tal-management u tax-xogħol – is-sħab soċjali – għandhom rwol partikolari fil-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt. Dawn jiġu kkonsultati dwar kwalunkwe inizjattiva soċjali Ewropea ġdida relatata mal-leġiżlazzjoni tal-politika soċjali permezz ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni obbligatorja f’żewġ stadji.
Evalwazzjoni tal-politiki u l-fondi diġà fis-seħħ
Għall-politiki u l-fondi diġà fis-seħħ, il-Kummissjoni tevalwa sa liema punt l-intervent tal-UE kien ta’ suċċess u tipproponi titjib fejn meħtieġ (ara l-Kapitolu 6 tas-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar).
Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll gwida u appoġġ lill-Istati Membri għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni fil-livell nazzjonali tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE+) u tal-Fond Ewropew għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD).
Din tiżgura li d-data tkun konsistenti u komparabbli, u tgħin lill-Istati Membri jwettqu analiżi, data ta’ monitoraġġ u evalwazzjonijiet ta’ kwalità.
Semma' leħnek!
Id-DĠ EMPL jixtieq jisma’ l-fehmiet tiegħek dwar il-politiki, il-fondi u l-inizjattivi tiegħu li qed jiġu żviluppati bħalissa. Jekk jogħġbok aqsam il-fehmiet tiegħek fuq il-portal “Semma’ leħnek”.
Għal iktar informazzjoni
L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt kollha tal-Kummissjoni fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni huma disponibbli fit-taqsima tad-dokumenti relatati hawn taħt.
L-istudji kollha kkuntrattati mill-Kummissjoni biex jappoġġjaw dawn l-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt huma disponibbli fil-katalogu tal-pubblikazzjonijiet.
Evaluation of policies and funds already in place
For policies and funds already in place, the Commission evaluates to which extent the EU intervention was successful and proposes improvements where necessary (see Chapter 6 of the Better Regulation Toolbox).
The Commission also provides guidance and support to Member States for the national-level monitoring and evaluation of the European Social Fund (ESF+) and the European Fund for the Most Deprived (FEAD).
This ensures that data are consistent and comparable, and helps Member States to deliver quality analysis, monitoring data and evaluations.
Have your say!
DG EMPL would like to hear your views on its policies, funds, and initiatives currently in development. Please share your views on the ‘Have your say’ portal.
For more information
All Commission’s evaluations and impact assessments in the field of employment, social affairs and inclusion are available below.
All studies contracted out by the Commission to support these evaluations and impact assessments can be searched in the publications catalogue.