Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

L-istudju barra l-pajjiż

L-Erasmus+ jgħin fl-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ studenti u kandidati għad-dottorat.

Dawn iseħħu

  • fil-pajjiżi li huma parti sħiħa mill-programm Erasmus+
  • lejn u minn pajjiżi assoċjati mal-Erasmus+

Għaliex għandek tagħżel li tistudja barra minn pajjiżek

  • tejjeb il-ħiliet ta’ komunikazzjoni, lingwistiċi u interkulturali tiegħek
  • ikseb ħiliet personali apprezzati ħafna mill-impjegaturi
  • ikkombina ma’ traineeship barra mill-pajjiż biex tikseb esperjenza ta’ xogħol

Spjegazzjoni ta’ malajr

Individwi mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein, mill-Maċedonja ta’ Fuq, min-Norveġja, mis-Serbja jew mit-Turkijajistgħu jipparteċipaw fil-biċċa l-kbira tal-opportunitajiet peress li dawn il-pajjiżi mhux tal-UE huma assoċċjati mal-programm Erasmus+.

Għal individwi minn pajjiżi oħra li mhumiex fl-UE hemm xi opportunitajiet, pereżempju Lawrji Master Konġunti tal-Erasmus Mundus jew id-dimensjoni internazzjonali tal-iskambju tal-istudenti u tal-istaff (jekk l-università tiegħek tieħu sehem) u tal-iskemi ta’ skambju taż-żgħażagħ.

Int se jkollok bżonn tiċċekkja l-paġni ta’ opportunità għal aktar informazzjoni, billi l-eliġibilità tvarja bejn l-opportunitajiet.

Hemm 2 tipi ta’ pajjiżi fejn l-Erasmus+ huwa attiv.

L-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Dawn jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-programm Erasmus+. Dawn jinkludu l-pajjiżi kollha tal-UE, il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), il-pajjiżi kandidati tal-UE u oħrajn. Qabel kienu jissejħu Pajjiżi tal-Programm.

Il-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm

Dawn jistgħu jieħdu sehem f’ċerti azzjonijiet tal-Erasmus+. Hemm ħafna minn dawn, li jkopru d-dinja kollha. Qabel kienu jissejħu Pajjiżi Sħab.

Ara l-lista sħiħa tal-pajjiżi eliġibbli

Dawn id-deskrizzjonijiet jiddeterminaw il-pajjiżi li fihom jistgħu jseħħu l-attivitajiet ta’ Erasmus+, u liema tip ta’ attivitajiet huma possibbli.

Stati Membri tal-UE u pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Dawn jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-programm Erasmus+. Dawn jinkludu l-pajjiżi kollha tal-UE, il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), il-pajjiżi kandidati tal-UE u oħrajn.

Pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm

Dawn jistgħu jieħdu sehem f’ċerti azzjonijiet tal-Erasmus+. Hemm ħafna minn dawn, li jkopru d-dinja kollha.

Jekk qed tapplika għal Erasmus+ għal rasek, kun af li f'dan is-sit m'intix se ssib formola ta' applikazzjoni ċentrali.

Dan għaliex l-opportunitajiet spiss jiġu organizzati u ġestiti mill-iskola jew mill-istituzzjoni tiegħek.

Jekk int student, tista’

L-organizzazzjonijiet li qed japplikaw għas-sejħiet għall-finanzjament jistgħu jaqraw il-gwida għall-organizzazzjonijiet dwar kif japplikaw.

Kif tapplika

Ma hemm l-ebda formola ta’ applikazzjoni ċentrali biex tistudja barra mill-pajjiż mal-Erasmus+.

Tista’ tikkuntattja lill-uffiċċju internazzjonali jew lill-uffiċċju tal-Erasmus+ tal-università jew tal-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja tiegħek biex tibda l-proċess.

L-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja tiegħek li tibgħat hija obbligata tagħżel l-applikanti b’mod ġust u trasparenti.

Min jista’ japplika

  • studenti fil-livelli ta’ ċiklu qasir, ta’ Baċellerat u ta’ Masters
  • kandidati għad-dottorat

li huma

  • reġistrati f’istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja li tipparteċipa fil-programm Erasmus+ (niżżel lista ta’ dawn l-istituzzjonijiet)
  • reġistrati fi studji li jwasslu għal lawrja rikonoxxuta jew għal kwalifika ta’ livell terzjarju.

Il-perjodu ta’ studju tiegħek barra l-pajjiż irid ikun

  • rilevanti għall-ħtiġijiet tiegħek ta’ tagħlim u żvilupp personali relatati mal-lawrji
  • parti mill-programm ta’ studju li qed issegwi

Tul ta' żmien

  • mobbiltà għal perjodu twil: minimu ta’ xahrejn sa massimu ta’ 12-il xahar barra l-pajjiż (inklużi mobbiltajiet imħallta b’komponent virtwali)
  • mobbiltà għal perjodu qasir: bejn 5 ijiem u 30 jum barra l-pajjiż (dawn iridu jinkludu mobbiltajiet imħallta)
  • tul ta’ żmien massimu totali: 12-il xahar f’ċiklu ta’ studju wieħed. Huwa possibbli li jsir aktar minn skambju wieħed f’dak il-limitu.

Jekk jogħġbok innota li l-kandidati tad-dottorat biss jistgħu jagħmlu mobbiltà għal żmien qasir mingħajr komponent virtwali.

Għal korsijiet ta' "ċiklu wieħed" bħall-mediċina u l-arkittetura, tista' tmur barra l-pajjiż mal-Erasmus+ għal perjodu ta’ mhux aktar minn 24 xahar.

"Ċiklu" jirreferi għal-livell ta' studju kif definit mill-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK).

Spejjeż u appoġġ finanzjarju

Il-ftehimiet ta’ għotja jiġu ffirmati mill-istituzzjoni li tibgħat jew li tirċievi. Huma japplikaw għall-finanzjament f’isem l-istudenti tagħhom.

Jekk tiġi aċċettat għal għotja, se tiffirma ftehim ta’ għotja għall-parteċipanti magħhom.

L-ammont huwa kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien ta’ kuljum tiegħek.

Id-dettalji ta’ din l-għotja jiddependu fuq ħafna kundizzjonijiet differenti, inklużi

  • id-differenzi fl-għoli tal-ħajja bejn pajjiżek u l-pajjiż tad-destinazzjoni
  • in-numru ta’ studenti li japplikaw għal għotja
  • id-distanza bejn il-pajjiżi u d-disponibbiltà ta’ għotjiet oħra

Bħala student tal-Erasmus+, int eżentat mit-tariffi tat-tagħlim, tar-reġistrazzjoni, tal-eżamijiet, u t-tariffi għall-aċċess għal-laboratorji jew il-libreriji fl-istituzzjoni riċeventi. Xorta jistgħu japplikaw tariffi żgħar tal-assigurazzjoni jew għas-sħubija mal-unjoni tal-istudenti.

Appoġġ ieħor

Hemm ukoll appoġġ extra għall-istudenti li jkunu sejrin fuq traineeship, studenti b’inqas opportunitajiet jew dawk mill-pajjiżi jew reġjuni tal-programm ultraperiferiċi.

Tista' tkun eleġibbli wkoll għal għotjiet addizzjonali mill-istituzzjoni tiegħek, mill-gvern jew minn sorsi oħrajn. 

Żur il-gwida ta' Finanzjament Ewropew jew il-Portali tal-Istudju.

Studenti b’diżabbiltajiet fiżiċi, mentali jew kundizzjonijiet relatati mas-saħħa

Iċċekkja mal-koordinatur tal-Erasmus+ fl-istituzzjoni li tibgħat biex tara jekk tistax tapplika għal finanzjament addizzjonali.

Aqra dwar l-appoġġ għall-inklużjoni

Apprendiment tal-lingwi

L-aċċess għall-Appoġġ Lingwistiku Online tal-Erasmus+ jista’ jgħinek titgħallem il-lingwa użata għall-istudji tiegħek.

Rikonoxximent tal-istudji tiegħek

Qabel il-perjodu ta’ studju tiegħek barra minn pajjiżek, se tiffirma “ftehim ta’ tagħlim għall-istudji” mal-istituzzjonijiet li jibagħtuk u li jilqgħuk. 

Dan

  • jiddefinixxi kif l-attivitajiet tiegħek barra l-pajjiż se jiġu rikonoxxuti
  • jiżgura li t-tħejjijiet ikunu ċari għall-partijiet kollha
  • jistabbilixxi d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tad-diversi partijiet

Se tirċievi wkoll il-Karta tal-Istudenti tal-Erasmus+ li tispjega d-drittijiet u l-obbligi tiegħek.

Wara l-perjodu ta’ studju tiegħek barra l-pajjiż

  • l-istituzzjoni li tilqgħek għandha tagħti lilek u lill-istituzzjoni li tibgħat traskrizzjoni tar-rekords li tikkonferma li lestejt il-mobbiltà u r-riżultati li ksibt
  • l-istituzzjoni li tibgħat tiegħek trid tirrikonoxxi l-krediti (bl-użu tal-krediti ECTS jew sistema ekwivalenti) u tqishom mal-krediti l-oħra lejn il-lawrja tiegħek, mingħajr aktar rekwiżiti
  • il-perjodu ta’ mobbiltà tiegħek għandu jiġi rreġistrat fis-Suppliment tad-Diploma, skont fejn tkun ibbażata l-istituzzjoni tiegħek

Rekwiżiti għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja parteċipanti

L-istituzzjoni li tibgħat u l-istituzzjoni li tirċievi għandu jkollhom ftehim interistituzzjonali.

Iż-żewġ istituzzjonijiet irid ikollhom ukoll il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (jekk ikunu fi Stati Membri tal-UE jew f’pajjiżi terzi assoċjati mal-programm Erasmus+). L-istituzzjonijiet mill-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm Erasmus+ jimpenjaw ruħhom li jimxu mal-prinċipju tal-Karta meta jiffirmaw il-ftehimiet interistituzzjonali.

Last updated: