Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Looking for the 2025 funding list?

If you already know which call your organisation wants to apply for, go straight to the list of calls for proposals.

Go to the funding list

Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni

Dwar l-opportunità

Is-Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni huma mfassla biex jippromwovu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' networks Ewropej fil-qasam tal-isport. Huma għandhom l-għan li jgħinu lill-organizzazzjonijiet sportivi biex

  • iżidu fil-kwalità tax-xogħol, fl-attivitajiet u fil-prattiki tal-organizzazzjonijiet u tal-istituzzjonijiet involuti
  • jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet biex jaħdmu b’mod tranżnazzjonali u fis-setturi kollha
  • jindirizzaw il-ħtiġijiet komuni fil-qasam tal-isport
  • jippermettu t-trasformazzjoni u l-bidla (fil-livell individwali, organizzattiv jew settorjali)

Din l-opportunità tista’ tinkludi attivitajiet bħal

  • in-networking fost il-partijiet ikkonċernati ewlenin
  • l-iżvilupp, l-identifikazzjoni, il-promozzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki
  • il-preparazzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ moduli u għodod edukattivi u ta’ taħriġ
  • iż-żieda fil-ħiliet tal-multiplikaturi
  • l-iżvilupp tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni komparattiva tal-indikaturi
  • iż-żieda fl-għarfien mill-pubbliku tal-valur miżjud tal-isport u tal-attività fiżika
  • il-promozzjoni ta' sinerġiji bejn l-isport, is-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ
  • it-titjib tal-bażi ta' evidenza għall-isport
  • l-organizzazzjoni ta' konferenzi, seminars, avvenimenti u laqgħat

Ir-riżultati għandhom ikunu riutilizzabbli, trasferibbli, jista’ jinbena fuqhom u, jekk possibbli, ikopru dixxiplini multipli. Il-proġetti se jkunu mistennija li jaqsmu r-riżultati tagħhom mil-livelli lokali għal dawk transnazzjonali.

Min jista’ japplika?

Sħubija ta’ Kooperazzjoni tinkludi mill-inqas 3 organizzazzjonijiet differenti minn 3 Pajjiżi tal-Programm differenti.

Applikanti

Kwalunkwe organizzazzjoni parteċipanti stabbilita f’Pajjiż tal-Programm tista’ tapplika għal Sħubija ta’ Kooperazzjoni. Din l-organizzazzjoni tapplika f’isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha involuti fil-proġett.

Parteċipanti oħrajn

Tista’ tipparteċipa kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata, stabbilita f’Pajjiż tal-Programm jew fi kwalunkwe Pajjiż Sieħeb tad-dinja.

L-organizzazzjonijiet stabbiliti fil-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jew jipparteċipaw bħala l-koordinatur tal-proġett jew bħala organizzazzjoni bi sħab.

L-organizzazzjonijiet fil-Pajjiżi Sħab ma jistgħux jipparteċipaw bħala koordinaturi tal-proġetti iżda jistgħu jkunu parti minn proġett (il-Gwida tal-Programm tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi).

Tipi ta’ organizzazzjonijiet

Irrispettivament mill-qasam affettwat mill-proġett, is-Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni huma miftuħa għal kwalunkwe tip ta’ organizzazzjoni attiva fi kwalunkwe qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ, l-isport jew setturi soċjoekonomiċi oħra. L-organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet f’oqsma oħra (eż. awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, ċentri ta’ rikonoxximent u validazzjoni, kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet kummerċjali, ċentri ta’ gwida, organizzazzjonijiet kulturali u sportivi) jistgħu jieħdu sehem ukoll.

Skont il-prijorità u l-għanijiet indirizzati mill-proġett, is-Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni għandhom jinvolvu l-iktar firxa adegwata u differenti ta’ sħab biex jibbenefikaw mill-esperjenzi, il-profili u l-għarfien espert speċifiku differenti tagħhom u biex jipproduċi riżultati rilevanti u ta’ kwalità għolja tal-proġett.

Kif tapplika

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jagħmlu dan permezz tal-portal tal-offerti u tal-finanzjament tal-UE.

Kull sena ssir Sejħa għall-Proposti waħda. Fl-2021, l-iskadenza biex jintbagħtu l-proġetti kienet is-17 ta’ Ġunju 2021 (17:00 CEST).

Politiki relatati

Is-Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni huma konnessi mal-prijoritajiet ġenerali tal-programm Erasmus+ kif ukoll ma’ 4 prijoritajiet speċifiċi għall-isport.

Prijoritajiet orizzontali fl-Erasmus+

  • l-inklużjoni u d-diversità fl-isport
  • l-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima
  • l-indirizzar tat-trasformazzjoni diġitali permezz tal-iżvilupp tal-prontezza diġitali, ir-reżiljenza u l-kapaċità
  • il-valuri komuni, l-impenn ċiviku u l-parteċipazzjoni

Prijoritajiet speċifiċi għall-isport

  • l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni fl-isport u fl-attività fiżika
  • il-promozzjoni tal-integrità u tal-valuri fl-isport
  • il-promozzjoni tal-edukazzjoni fl-isport u permezz tiegħu
  • il-ġlieda kontra l-vjolenza u l-indirizzar tar-razziżmu, id-diskriminazzjoni u l-intolleranza fl-isport u l-indirizzar tar-radikalizzazzjoni vjolenti

F’sens usa’, is-Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni huma mfassla biex ikunu konformi mal-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Isport 2021–2024 (li jinqara fuq il-EUR-Lex).

Skopri aktar

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hija s-sors ewlieni ta’ informazzjoni dwar is-Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni. Fiha l-informazzjoni kollha dwar il-prijoritajiet, il-kriterji tal-għoti, ir-regoli dwar il-finanzjament u aktar.

Related calls

Last updated: