Segretarju/Assistent amministrattiv
Deskrizzjoni tal-impjieg
Is-Segretarji u l-Assistenti Amministrattivi jwettqu varjetà ta’ kompiti inkluż l-għoti ta' appoġġ awtonomu lil persuna jew aktar fi ħdan unità jew dipartiment; iħejju l-files; jorganizzaw u jikkoordinaw l-attivitajiet tad-dipartiment; iħejju, jipproċessaw, jiffinalizzaw u jivverifikaw id-dokumenti; isibu l-informazzjoni, jikkumpilawha u jxerrduha, biex insemmu biss xi wħud.
L-Assistenti tar-Riżorsi Umani jwettqu dmirijiet relatati mal-ġestjoni tal-politika tal-persunal f’oqsma bħar-reklutaġġ, il-karrieri, it-taħriġ u l-opportunitajiet indaqs.
Kwalifiki ewlenin
Għandu jkollok ħakma tajba ta’ mill-anqas żewġ lingwi tal-UE u edukazzjoni sekondarja jew taħriġ professjonali, segwit b'minn tal-anqas ftit snin ta’ esperjenza professjonali. Biex tapplika għall-pożizzjonijiet aktar għolja jkollok bżonn ukoll diversi snin ta’ esperjenza professjonali. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.
Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.
Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.