Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Rekwiżiti tekniċi u tal-IT għall-ittestjar online mal-kuntrattur il-ġdid tal-EPSO

L-EPSO qed jerġa’ jibda s-sessjonijiet tal-ittestjar ma’ kuntrattur ġdid tat-testijiet. Hawn taħt se ssib lista ta’ rekwiżiti tekniċi u tal-IT importanti biex tiżgura l-aħjar esperjenza tal-ittestjar possibbli mal-kuntrattur il-ġdid.

L-informazzjoni inkluża f’din il-paġna għandha l-għan li tinforma lill-pubbliku ġenerali u lil dawk kollha interessati li japplikaw għall-proċeduri ta’ selezzjoni mmexxija mill-EPSO. Informazzjoni u struzzjonijiet aktar dettaljati huma kondiviżi mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet tal-EPSO u l-proċeduri tal-għażla tal-CAST permezz tal-Profil tal-EPSO tagħhom u permezz ta’ messaġġi bl-email immirati.

L-EPSO mhuwiex f’pożizzjoni li jibdel dawn ir-rekwiżiti li huma marbutin direttament mal-karatteristiċi intrinsiċi tal-applikazzjoni għall-ittestjar magħmulin disponibbli mill-kuntrattur tat-testjjiet.