Kategoriji tal-persunal tal-UE
L-UE toffri impjieg f’diversi kategoriji tal-persunal: uffiċjali permanenti, persunal kuntrattwali u temporanju, esperti nazzjonali sekondati, trainees u oħrajn.
Ikklikkja t-tabs hawn taħt biex issir taf aktar dwar id-dettalji tal-impjieg għal kull kategorija tal-persunal.
Tista’ tiċċekkja wkoll it-taqsima tagħna dwar il-Proċess ta’ selezzjoni biex issir taf aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni għal kull kategorija tal-persunal.
Ipprova t-testijiet kampjun tagħna biex tara liema ħiliet diġà għandek u x’oħrajn jista’ jkollok bżonn tiżviluppa biex tgħaddi b’suċċess mill-proċedura ta’ selezzjoni.
Tista’ wkoll issir taf aktar dwar profili tal-Karrieri mal-UE differenti u l-opportunitajiet ta’ xogħol disponibbli.
Il-membri tal-istaff permanenti huma membri tas-servizz ċivili tal-UE maħturin għal żmien indefinit. Dawn jikkostitwixxu l-forza tax-xogħol ewlenija.
Hemm tliet kategoriji għall-uffiċjali permanenti tal-UE: Amministraturi (AD), Assistenti (AST) u Segretarji/Skrivani (AST/SC).
Amministraturi
L-amministraturi jaħdmu f’diversi setturi bħall-ġustizzja, il-liġi, il-finanzi, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-affarijiet barranin, l-agrikoltura, l-ekonomija, l-IT, il-komunikazzjoni, ir-riżorsi umani, ix-xjenza, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni.
Id-dmirijiet tagħhom jinkludu l-iżvilupp tal-politika, it-twettiq ta’ analiżijiet u ta’ kompiti regolatorji, il-parteċipazzjoni f’negozjati internazzjonali, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, u l-abbozzar u l-iċċekkjar ta’ testijiet legali tal-UE.
Karriera ta’ amministratur tvarja bejn il-gradi AD 5 sa AD 16. Il-grad AD 5 hu l-grad tal-livell ta’ dħul għal gradwati universitarji; il-gradi AD 15 u AD 16 huma riżervati għad-Diretturi Ġenerali.
Is-selezzjoni u r-reklutaġġ jistgħu jkunu possibbli wkoll fi gradi AD 6 jew AD 7 fi profili aktar speċjalizzati. F’dan il-każ, il-kandidati se jkunu mistennija li jkollhom diversi snin ta’ sfond edukattiv rilevanti u l-esperjenza tax-xogħol se tkun meħtieġa għall-biċċa l-kbira tal-profili.
Il-gradi AD 9 sa AD 12 huma meħtieġa għal karigi tal-maniġment intermedju. L-esperjenza fl-immaniġġjar preċedenti hi obbligatorja għas-selezzjoni u r-reklutaġġ f’dawn il-gradi ogħla.
Assistenti
L-assistenti huma tipikament involuti fi rwol eżekuttiv jew tekniku, billi jipprovdu appoġġ f’diversi oqsma bħall-finanzi, il-komunikazzjoni, l-amministrazzjoni, ir-riċerka, l-IT jew l-implimentazzjoni tal-politika, biex insemmu biss ftit minnhom.
Karriera ta’ assistent tvarja bejn il-gradi AST 1 sa AST 11 u l-istaff normalment jidħol fil-gradi AST 1 jew AST 3.
Segretarji/Skrivani – Staff ta’ appoġġ
Is-segretarji u l-iskrivani huma ġeneralment involuti fl-immaniġġjar ta’ uffiċċju jew fl-għoti ta’ appoġġ amministrattiv fl-istituzzjonijiet tal-UE. Id-dmirijiet tagħhom jinkludu l-iffinalizzar ta’ dokumenti u files; l-appoġġ tal-attivitajiet tal-unità jew tad-dipartiment (il-laqgħat, l-ivvjaġġar uffiċjali, id-djarju); il-ġbir u t-tixrid tal-informazzjoni (l-aġġornament tal-bażijiet tad-data, il-files); it-twettiq ta’ kompiti manwali.
Karriera ta’ segretarju/skrivan tkopri l-gradi minn AST/SC 1 sa AST/SC 6. Staff ġdid normalment jidħol fil-gradi AST/SC 1 jew AST/SC 2.
Ara aktar dettalji f’din it-tabella tas-salarji (applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2024).
Skopri aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni u l-opportunitajiet ta’ impjieg disponibbli għall-istaff permanenti.
It is possible to work for the EU on a fixed-term contract basis.
Contract agents (or staff) carry out a number of manual or administrative tasks and may provide additional capacity in specialised fields where an insufficient number of officials is available.
They are generally recruited for fixed-term contracts (maximum 6 years in any EU Institution), but in some cases they can be offered contracts for an indefinite duration (in offices, agencies, delegations or representations).
Contract staff is recruited in two different ways: via the CAST Permanent procedure or via an ad hoc selection process.
In the first type of selection, the word CAST stands for Contract Agents Selection Tool while Permanent means that it is open-ended, with no application deadline.
CAST Permanent positions are available for a wide range of job profiles. In this selection, candidates apply for a profile and not for a specific job position.
EU institutions, bodies and agencies can also recruit contract staff to fill specific positions via ad hoc contract staff vacancies. In this case, for each vacancy an application deadline is set.
As contract staffing needs arise, ad hoc vacancies may be published for a wide range of profiles such as webmasters, policy officers, linguists, project coordinators, security officers, scientific engineering managers, drivers, communication specialists, researchers, to name but a few.
Learn more about application procedures for both CAST Permanent and ad hoc contact staff vacancies on our Selection process page.
In both CAST Permanent and ad hoc cases, candidates who are successful in obtaining a contract will be employed for a fixed amount of time. In some EU bodies and agencies, contracts could be extended for an indefinite duration.
All contract staff positions are divided into four function groups (career levels):
Function group (FG) | Grade | Tasks |
FG IV | 13 to 18 | Administrative, advisory, linguistic and equivalent technical tasks, performed under the supervision of officials or temporary staff. |
FG III | 8 to 12 | Executive tasks, drafting, accountancy and other equivalent technical tasks, performed under the supervision of officials or temporary staff. |
FG II | 4 to 7 | Clerical and secretarial tasks, office management and other equivalent tasks, performed under the supervision of officials or temporary staff. |
FG I | 1 to 3 | Manual and administrative support service tasks, performed under the supervision of officials or temporary staff. |
Learn more details on this salary table (applicable from 1 January 2024).
Find available job opportunities for contract staff.
L-istaff temporanju jiġi reklutat biex jimtlew pożizzjonijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE għal ammont ta’ żmien stabbilit; dan jista’ jvarja minn ftit xhur sa ftit snin.
Jistgħu jintalbu jwettqu kompiti ta’ appoġġ regolatorju, legali, xjentifiku jew finanzjarju; imexxu analiżi tal-politika u tad-data; iwettqu kompiti tal-IT, amministrattivi, ta’ riċerka, ta’ komunikazzjoni u ta’ programmazzjoni, biex insemmu biss ftit minnhom.
L-istaff temporanju jkopri pożizzjonijiet li jeħtieġu tipi differenti ta’ kwalifiki u speċjalizzazzjonijiet, li jvarjaw minn pożizzjonijiet ta’ assistent għal pożizzjonijiet ogħla ta’ amministratur.
Għall-pożizzjonijiet ta’ amministratur, l-istaff temporanju jista’ jiġi reklutat fi gradi li jvarjaw minn grad ta’ dħul AD 5 sa AD 6 jew ogħla. Bl-istess mod, il-gradi ta’ assistent jibdew f’AST 1 - AST 3 u jistgħu jkunu ogħla għal profili aktar speċjalizzati.
Ara aktar dettalji f’din it-tabella tas-salarji (applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2024).
Iċċekkja l-pożizzjonijiet miftuħa għall-istaff temporanju.
Il-programmi ta’ traineeships tal-UE joffru lill-gradwati reċenti b’opportunità li jżidu l-ħiliet professjonali tagħhom, jespandu n-network tagħhom u jtejbu l-għarfien tagħhom dwar l-UE.
It-traineeships (jew internships) joffru għarfien tajjeb ħafna dwar il-ħidma tas-servizz ċivili tal-UE u huma disponibbli f’firxa wiesgħa ta’ oqsma: il-liġi, ir-riżorsi umani, l-ambjent, il-komunikazzjoni, il-finanzi, il-protezzjoni tad-data, ir-riċerka xjentifika, il-politika barranija, il-proprjetà intellettwali, flimkien ma’ ħafna oħrajn.
Mill-Parlament Ewropew, sal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-UE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew l-aġenziji tal-UE, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji jorganizzaw traineeships tipikament għal ħames xhur.
Biex japplikaw għal traineeship, il-kandidati jrid ikollhom lawrja universitarja. Ladarba jiġu reklutati, it-trainees se jwettqu kompiti simili għal dawk tal-amministraturi ta’ grad aktar baxx.
Il-biċċa l-kbira tat-traineeships huma mħallsa, normalment madwar €1,300 fix-xahar.
Tista’ tiċċekkja wkoll xi wħud mill-opportunitajiet ta’ traineeship disponibbli, u l-programm tagħna Ambaxxaturi EU Careers għall-istudenti interessati li jippromwovu l-karrieri tal-UE fil-kampusijiet universitarji tagħhom.
L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE jirreklutawhom kull meta jkollhom bżonn staff b’ħiliet uniċi offruti mill-SNEs: għarfien espert tekniku, ta’ sigurtà, legali u finanzjarju, fost ħafna oħrajn.
Il-pożizzjonijiet tal-SNE spiss jiġu rreklamati fuq il-paġna dwar l-Impjiegi vakanti tal-EPSO. Tista’ ssib id-dettalji kollha relatati mal-proċess tas-selezzjoni, il-kundizzjonijiet tas-sekondar, il-kriterji ta’ eliġibbiltà u n-natura tal-kompiti fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti rispettiva.
L-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE li jirreklutaw huma responsabbli mill-applikazzjoni u l-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħhom stess.
Ikkuntattja r-rappreżentanza permanenti għall-UE ta’ pajjiżek biex din tinfurmak dwar opportunitajiet attwali.
Hemm diversi kategoriji oħrajn ta’ staff, bħal:
• Staff interim
• Esperti tal-UE
• Assistenti parlamentari
• Lingwisti freelance
• Staff tal-manutenzjoni u tal-canteens
Skopri aktar dwar dawn il-kategoriji u l-proċeduri li trid issegwi jekk tixtieq tapplika għalihom fil-paġna ddedikata.