Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42021D2295

Deċiżjoni (UE) 2021/2295 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-21 ta’ Diċembru 2021 li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

ST/14200/2021/INIT

ĠU L 458, 22.12.2021, p. 519–520 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/2295/oj

22.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 458/519


DEĊIŻJONI (UE) 2021/2295 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-21 ta’ Diċembru 2021

li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ sitta u għoxrin Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2022. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028.

(2)

In-nomini tas-Sur Lauri MADISE, is-Sur Iko NÕMM, is-Sa Anna MARCOULLI, is-Sur Savvas S. PAPASAVVAS, is-Sa Tuula PYNNÄ u s-Sur Heikki KANNINEN ġew proposti għat-tiġdid tal-mandat tagħhom fil-Qorti Ġenerali.

(3)

Barra minn hekk, l-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali tkun komposta minn żewġ Imħallfin għal kull Stat Membru mill-1 ta’ Settembru 2019 ’il quddiem. Il-punt (c) tal-Artikolu 2 tal-imsemmi Regolament jipprevedi li l-mandat ta’ ħamsa mid-disa’ Mħallfin addizzjonali li għandhom jinħatru mill-1 ta’ Settembru 2019 għandu jintemm fil-31 ta’ Awwissu 2025.

(4)

Is-Sur Damjan KUKOVEC ġie nnominat għall-kariga ta’ Mħallef addizzjonali fil-Qorti Ġenerali.

(5)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara l-ħatra tas-Sur Anthony COLLINS bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Anthony COLLINS, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2025.

(6)

Is-Sa Suzanne KINGSTON ġiet nominata għall-kariga li saret vakanti.

(7)

Skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, wara l-ħatra tas-Sur Dimitrios GRATSIAS bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Dimitrios GRATSIAS, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2022.

(8)

Is-Sur Ioannis DIMITRAKOPOULOS ġie nnominat għall-kariga li saret vakanti.

(9)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill 1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028:

Is-Sur Lauri MADISE,

Is-Sur Iko NÕMM,

Is-Sa Anna MARCOULLI,

Is-Sur Savvas S. PAPASAVVAS,

Is-Sa Tuula PYNNÄ,

Is-Sur Heikki KANNINEN.

Artikolu 2

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2025:

Is-Sur Damjan KUKOVEC,

Is-Sa Suzanne KINGSTON.

Artikolu 3

Is-Sur Ioannis DIMITRAKOPOULOS huwa b’dan maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2022.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2021.

Il-President

I. JARC


(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).


Top