This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995L0039
Council Directive 95/39/EC of 17 July 1995 amending the Annexes to Directives 86/362/EEC and 86/363/EEC on the fixing of maximum levels for pesticide residues in and on cereals and foodstuffs of animal origin
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/39/KE tas-17 ta’ Lulju 1995 li temenda l-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/39/KE tas-17 ta’ Lulju 1995 li temenda l-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali
ĠU L 197, 22.8.1995, p. 29–31
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396
Official Journal L 197 , 22/08/1995 P. 0029 - 0031
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/39/KE tas-17 ta’ Lulju 1995 li temenda l-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali [1], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħhom, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni ġiet ordnata, fi ħdan il-qafas tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 86/363/KEE, biex tħejji lista ta’ residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tagħhom għall-approvazzjoni mill-Kunsill; Billi r-residwi tal-pestċidi jistgħu jinstabu fiċ-ċereali u f’oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimalibħala riżultat ta’ prattiċi agrikoli; billi huwa meħtieġ li jkun ikkunsidrat it-tagħrif relevanti għaż-żewġ tipi ta’ l-użu awtorizzati ta’ pestiċidi u, kif inhu xieraq, provi ssorveljati u studji fuq l-ikel għall-annimali; Billi biex ikun ikkalkulat aħjar il-potenzjal massimu tad-dieta mittiekla tar-residwi tal-pestiċidi, ikun prudenti li jkunu stabbiliti simultanjament, meta jkun xieraq, il-livelli massimi tar-residwi għall-pestiċidi individawli fil-komponenti kollha ewlenin ta’ l-ikel; billi dawn il-livelli jirrappreżentaw l-użu tal-kwantitajiet minimi tal-pestiċida meħtieġa biex jintlaħaq il-kontroll adekwat, applikat b’tali mod li l-ammont ta’ residwu ikun l-anqas possibbli jew tossikoloġikament aċċettabbli; Billi, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u l-kriterji tas-saħħa pubblika u l-agrikoltura, id-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE jeħtieġ li jkunu emendati biż-żieda ta’ disposizzjonijiet marbuta mar-residwi ta’ pestiċidi oħra għaċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali, prinċipalment methidathion, methomyl thiodicarb, amitraz, pirimiphos-methyl, aldicarb u thiabendazole; Billi, b'dana kollu, it-tagħrif disponibbli mhuwiex biżżejjed skond in-normi kurrenti biex ikunu stabbiliti l-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċida għal ċerti residwi ta’ pestiċidi/kumbinazzjonijiet ta’ prodotti; billi f’dawn il-każi perjodu ta’ żmien li ma jeċċedix aktar minn erba’ snin jidher li jkun raġonevoli għall-ġenerazzjoni tat-tagħrif meħtieġ; billi l-livelli massimi għandhom għalhekk ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ dan it-tagħrif sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2000; billi n-nuqqas li jkun ipprovvdut it-tagħrif meħtieġ iwassal għall-istabbiliment ta’ livelli fil-limitu xieraq tad-determinazzjoni; billi impriżi sodisfaċenti biex ikun iġġenerat it-tagħrif meħtieġ għandhom jingħataw fi żmien sena mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva; Billi l-livelli massimi tar-residwu stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom ikunu rriveduti fil-qafas tar-ri-evalutazzjoni ta’ sustanzi attivi li hemm provvediment dwarhom fil-programm ta’ ħidma li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3], ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Ir-residwi tal-pestiċida li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Parti A ta' l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE: Residwi tal-pestiċida | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) | METHADATHION | 0,02 [4] | METHOMYL THIODICARB | 0,05 [4] | Residwu: is-somma ta' methomyl u thiodicarb espressa bħala methomyl | | AMITRAZ | 0,02 [4] | Residwu: amitraz u l-metaboliti kollha li jkollhom 2,4 demethylaniline espress bħala amitraz | | PIRIMIPHOS-METHYL | 5 | ALDICARB | 0,05 [4] | Residwu: is-somma ta' aldicarb, is-sulfoxide u s-sulfone tiegħu espressa bħala aldicarb | | THIABENDAZOLE | [5]qamħ, ross 0,05 [4]: oħrajn | L-Artikolu 2 1. Ir-residwi tal-pestiċidi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE: Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) | ta' xaħam, li jkun hemm fil-laħam, preparazzjonijiet ta' laħam, raċanċ u xaħmijiet ta' l-annimali li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602. [7] [10] | għall-ħalib mhux maħdum krema sħiħa tal-ħalib tal-baqra li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nru 0401, 0402, 040500 u 0406, f'konformita ma' [8] [10] | ta' bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nri 040700 u 0408 [9] [10] | METHIDATHION | 0,02 [6] | 0,02 [6] | 0,02 [6] | PIRIMIPHOS-METHYL | 0,05 [6] | 0,05 [6] | 0,05 [6] | 2. Ir-residwi tal-pestiċida li ġejjin għandhom jiżdiedu mas-Sezzjoni B ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE: Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) | ta' laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta' laħam, raċanċ u xaħmijiet ta' l-annimali kif hemm elenkat fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602. | għall-ħalib u prodotti tal-ħalib li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nru 0401, 0402, 040500 u 0406 | ta' bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nri 0407 00 u 0408 | METHOMYL | 0,02 [11] | 0,02 [11] | 0,02 [11] | THIODICARB | | | | Residwu: is-somma ta' methomyl u thiodicarb espressa bħala methomyl | | | | AMITRAZ | Laħam tat-tjur | | 0,02 [11] | Residwi: amitraz u il-metaboliti kollha li jkollhom 2,4 dimethylaniline espress bħala amitraz | 0,02 [11] | | | ALDICARB | 0,01 [11] | 0,01 [11] | 0,01 [11] | Residwu: is-somma ta' aldicarb, is-sulfoxide u s-solfone tiegħu espressi bħala aldicarb | | | | THIABENDAZOLE | 0,1 | | 0,1 [11] | Residwu: is-somma ta' thiabendazole u 5-hydroxythiabendazole | (bl-eċċezzjoni tal-laħam u prodotti oħra tan-ngħaġ, ċanga u mogħoż) | | | L-Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Awissu 1996. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn ta’ l-aħħar għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Lulju 1995. Għall-Kunsill Il-President L. Atienza Serna [1] ĠU L 221, 7. 8. 1986, p. 37. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/29/KE (ĠU L 189, 23. 7. 1994, p. 67). [2] ĠU L 221, 7. 8. 1986, p. 43. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/29/KE (ĠU L 189, 23. 7. 1994, p. 67). [3] ĠU L 230, 19. 8. 1991, p. 1. [4] Jindika l-limitu l-baxx tad-determinazzjoni analitika. [6] Jindika l-limitu l-baxx tad-determinazzjoni analitika. [7] Fil-każ ta' l-oġġetti ta' l-ikel b'kontenut ta' xaħam ta' 10% jew anqas bil-piż, ir-residwu jkun irrelatat mal-piż totali ta' l-oġġett ta' l-ikel bl-għadam. F'dawn il-każi, il-livell massimu ikun wieħed minn kull sitta (1/6) tal-valur irrelatat mal-kontenut ta' xaħam, iżda għandu jkun inqas minn 0,01 mg/kg. [8] Biex ikunu stabbiliti r-residwi fil-ħalib mhux maħdum tal-baqra u fil-krema sħiħa tal-ħalib tal-baqra, kontenut ta' xaħam ta' 4% bil-piż għandu jittieħed bħala bażi. Għall-oġġetti l-oħra ta' l-ikel elenkati fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri 0401, 0402, 040500 u 0406: - b'kontenut ta' xaħam ta' anqas minn 2% bil-piż, il-livell massimu għandu jittieħed bħala nofs dak stabbilit għal ħalib mhux maħdum u krema sħiħa tal-ħalib, - b'kontenut ta' xaħam ta' 2% jew aktar bil-piż, il-livell massimu jiġi espress f'mg/kg ta' xaħam. F'dawn il-każi, il-livell massimu ikun 25 darba aktar minn dak stabbilit għal ħalib mhux maħdum u krema sħiħa tal-ħalib. [9] Għal bajd u prodotti tal-bajd b'kontenut ta' xaħam ogħla minn 10%, il-livell massimu jiġi espress f'mg/kg ta' xaħam. F'dan il-każ il-livell massimu ikun 10 darbiet aktar għoli mil-livell massimu għal bajd frisk. [10] In-noti fil-qiegħ (1), (2) u (3) ma japplikawx fil-każi meta l-limitu l-baxx tad-determinazzjoni analitika jkun indikat. [11] Jindika il-livell ta' taħt tad-determinazzjoni analitika. --------------------------------------------------