Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0072

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar ċerti miżuri protettivi rigward il-prodotti ta' oriġini minn annimali mportati miċ-Ċina (innotifikata taħt id-dokument numru K (2003) 426)Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 26, 31.1.2003, p. 84–85 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/08/2004; Impliċitament imħassar minn 32004D0621

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/72(1)/oj

32003D0072



Official Journal L 026 , 31/01/2003 P. 0084 - 0085


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta' Jannar 2003

li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar ċerti miżuri protettivi rigward il-prodotti ta' oriġini minn annimali mportati miċ-Ċina

(innotifikata taħt id-dokument numru K (2003) 426)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/72/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li jippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) tiegħu,

Billi:

(1) Wara l-iskoperta ta' residwi ta' mediċini veterinarji f'ċerti prodotti ta' oriġini minn annimali importati miċ-Ċina, u n-nuqqasijiet identifikati matul żjara ta' spezzjoni f'dan il-pajjiż rigward ir-regolazzjoni ta' mediċini veterinarji u s-sistema ta' kontroll tar-residwu f'annimali ħajjin u prodotti ta' annimali, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2002/69/KE tat-30 ta' Jannar 2002 dwar ċerti miżuri protettivi rigward prodotti ta' oriġini minn annimali importati miċ-Ċina [2].

(2) L-informazzjoni pprovduta mill-awtorità Ċiniża u r-riżultati favorevoli tal-kontrolli mwettqa minn Stati Membri ppermettew l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' oriġini minn annimali miċ-Ċina permezz ta' modifikazzjonijiet diversi tad-Deċiżjoni 2002/69/KE. Dawn il-modifikazzjonijiet kienu kkonsolidati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/994/KE [3].

(3) Id-Deċiżjoni 2002/69/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2002/933/KE [4], inkludiet flettijiet tas-Salamun (Salmo salar) ta' oriġini kemm selvaġġa kif ukoll minn akkwakultura bħala prodott awtorizzat li jkun importat miċ-Ċina. Madankollu, dan il-prodott inżamm fl-Anness mad-Deċiżjoni 2002/994/KE mingħajr ma jispeċifika li ż-żewġ oriġini kienu awtorizzati. Għalhekk, l-Anness mad-Deċiżjoni 2002/994/KE għandu jkun emendat f'dan is-sens.

(4) Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2002/994/KE għandu jkun issostitwit bit-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta' Frar 2003.

Artikolu 3

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta' Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 24, tat-30.1.1998, pġ. 9.

[2] ĠU L 30, tal-31.1.2002, pġ. 50.

[3] ĠU L 348, tal-21.12.2002, pġ. 154.

[4] ĠU L 324, tad-29.11.2002, pġ. 71.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

L-ANNESS I

Lista tal-Parti I ta' prodotti ta' oriġini ta' annimali maħsuba għall-konsum uman jew użu ta' għalf ta' l-annimali awtorizzata biex tkun importata fil-Komunità mingħajr ittestjar:

- prodotti tas-sajd, ħlief:

- dawk miksuba minn akkwakultura, barra minn fletti ta' salamun ta' l-ispeċi Salmo salar li ssir referenza għalih hawn iktar 'l isfel,

- sallur,

- gambli barra minn dawk maqbuda fl-Oċean Atlantiku kif issir referenza għalihom hawn iktar 'l isfel,

- fletti ta' salamun ta' l-ispeċi Salmo salar,

- il-gambli kollha maqbuda fl-Oċean Atlantiku, li ma jkunux għaddew minn xi preparazzjoni jew operazzjoni ta' proċessar barra minn iffriżar u ppakkjar fil-pakkeġġ finali tagħhom fuq il-baħar u sbarkati direttament fuq territorju tal-Komunità,

- ġelatina.

Lista tal-Parti II ta' prodotti ta' oriġini ta' annimali maħsuba għall-konsum uman jew użu ta' għalf ta' l-annimali awtorizzata biex tkun importata fil-Komunità, suġġetta għal test kimiku taħt il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(2):

- casings,

- gambli ta' l-ilma ħelu ta' l-ispeċi Procambrus clarkii maqbuda f'ilmijiet ħelwin naturali b'operazzjonijiet ta' sajd,

- Surimi miksuba minn prodotti tas-sajd awtorizzati fil-parti I.

Lista tal-Parti III ta' prodotti ta' oriġini ta' annimali maħsuba għall-konsum uman jew użu ta' għalf ta' l-annimali awtorizzata li tkun importata fil-Komunità, suġġetta għal test kimiku taħt il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(2).”

"

--------------------------------------------------

Top