This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0262
Commission Regulation (EC) No 262/2009 of 30 March 2009 laying down requirements for the coordinated allocation and use of Mode S interrogator codes for the single European sky (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat- 30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-ajru uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat- 30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-ajru uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 84, 31.3.2009, p. 20–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 04/10/2023; Imħassar b' 32023R1771
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 262/2009
tat-30 ta’ Marzu 2009
li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-ajru uniku Ewropew
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilità) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Mode S (Select) hija teknika kooperattiva ta’ sorveljanza għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Hi tippermetti l-interrogazzjoni selettiva ta’ inġenji tal-ajru u l-estrazzjoni ta’ dejta miksuba mill-arja li minnha jistgħu jiġu żviluppati funzjonalitajiet ġodda ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Id-disinn ta’ sistemi li jappoġġjaw l-indirizzar ta’ inġenji tal-ajru individwali permezz tal-Mode S (minn hawn ‘il quddiem interrogaturi Mode S) jeħtieġ l-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għas-sejba u s-sorveljanza tal-inġenju tal-ajru li jkun armat b’transponder Mode S. |
(2) |
Biex tiġi żgurata s-sikurezza tas-sistema ta’ sorveljanza tat-traffiku tal-ajru, huwa fundamentali li ż-żoni koperti mir-radar ta’ żewġ interrogaturi Mode S li jużaw l-istess kodiċi tal-interrogatur ma jirkbux fuq xulxin, sakemm ma jkunux miġbura flimkien fi grupp (“cluster”) jew sakemm ma jkunux implimentati mitigazzjonijiet operattivi xierqa oħra. |
(3) |
Biex tiġi sostnuta d-distribuzzjoni ta’ għadd dejjem akbar ta’ interrogaturi Mode S u biex jissolvew il-problemi li jinħolqu minħabba nuqqas ta’ kodiċijiet tal-interrogatur disponibbli għall-interrogazzjoni tal-inġenji tal-ajru, jinħass il-bżonn li jkunu koordinati l-allokazzjoni u l-użu effikaċi ta’ dawk il-kodiċijiet tal-interrogatur. |
(4) |
Eurocontrol ingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, li jiżviluppa r-rekwiżiti għall-allokazzjoni u l-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S (minn hawn ‘il quddiem kodiċijiet tal-interrogatur Mode S). Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rapport tal-mandat tat-2 ta’ Jannar 2008 li rriżulta. |
(5) |
Fil-bidu, għal raġunijiet tekniċi, il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-interrogatur (minn hawn ‘il quddiem kodiċijiet II) 0 sa 15 biss kienu definiti u użati bħala kodiċijiet tal-interrogatur. Minħabba l-għadd mistenni ta’ interrogaturi Mode S, iktar tard ittieħdu miżuri biex jitħalla jsir użu minn kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ta’ sorveljanza addizzjonali (minn hawn ‘il quddiem kodiċi SI) 1 sa 63. |
(6) |
Normalment, l-użu ta’ kodiċijiet SI jirrikjedi li l-miri kollha Mode S li jinsabu fiż-żona koperta mill-interrogaturi Mode S ikunu mgħammra għal dan il-għan. Minkejja dan, Eurocontrol żviluppa speċifikazzjonijiet għat-tħaddim ta’ kodiċi II/SI li jippermetti l-użu kmieni ta’ kodiċijiet SI mill-interrogaturi Mode S anke f’ambjent fejn il-miri kollha Mode S ma jkunux mgħammra għall-użu tal-kodiċijiet SI. Għalhekk, l-operaturi Mode S għandhom ikunu meħtieġa li jakkomodaw din il-ħidma ta’ kodiċi II/SI. |
(7) |
Bl-awtorità tal-Eurocontrol ġie stabbilit servizz ċentrali ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur, provdut permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur. L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur tipprovdi informazzjoni li ssostni l-konsistenza tal-punti ewlenin tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur. Dawn il-punti ewlenin għandhom ikunu identifikati b’mod ċar. |
(8) |
Għandhom jiġu definiti proċeduri komuni biex jiġi żgurat li l-elementi ewlenin tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ikunu implementati b’mod xieraq. Huma għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (minn hawn ‘il quddiem ICAO). |
(9) |
L-operaturi tal-Mode S u l-fornituri tas-servizz tal-traffiku tal-ajru għandhom jieħdu miżuri xierqa biex isibu u jnaqqsu l-effett ta’ kunflitti possibli bejn kodiċijiet tal-interrogatur. |
(10) |
Dan ir-Regolament m’għandux ikopri l-ħidmiet u t-taħriġ militari msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004. |
(11) |
Għadd limitat ta’ kodiċijiet tal-interrogatur huwa riservat għall-użu u ġestjoni esklussiv minn entitajiet militari inkluż minn organizzazzjonijiet intergovernattivi, partikolarment l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana. Għalhekk, l-interrogaturi Mode S li qed jużaw dawn il-kodiċijiet m’hemmx għalfejn ikunu suġġetti għall-proċess ta’ allokazzjoni koordinat. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-użu ta’ dawn il-kodiċijiet tal-interrogatur ma jħallix impatt negattiv fuq is-sikurezza tat-traffiku tal-ajru b’mod ġenerali. |
(12) |
Il-kodiċi tal-interrogatur 0 ġie riservat mill-ICAO għall-ħidma mingħajr kodiċi assenjat. L-interrogaturi Mode S li jużaw kodiċi tal-interrogatur 0 skont l-Istandards u l-Prassi Rakkomandata mill-ICAO m’hemmx għalfejn ikunu suġġetti għall-proċess ta’ allokazzjoni koordinat. |
(13) |
Il-kodiċi II 14 ġie riservat għall-użu komuni tas-sistemi ta’ ttestjar. Mhux garantit li tinstab l-mira Mode S meta diversi sistemi ta’ ttestjar ikunu qed jaħdmu fl-istess ħin. Għalhekk, l-operaturi ta’ sistemi ta’ ttestjar Mode S li għandhom bżonn jagħmlu provi temporanji li jeħtieġu sitwazzjoni libera mill-kunflitti għandhom jiżguraw koordinazzjoni bilaterali xierqa ma’ operaturi Mode S oħra ta’ sistemi ta’ ttestjar. |
(14) |
Is-servizz ċentralizzat tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur għandu jipprovdi pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur lill-Istati Membri u lill-operaturi tal-Mode S u jaġġornah kif ikun hemm bżonn biex tiġi żgurata s-sigurtà u l-effiċjenza fl-użu tal-kodiċi tal-interrogatur. Il-pjan ta’ allokazzjoni għandu jkun approvat mill-Istati Membri affetwati mill-kontenut tiegħu. |
(15) |
Għandu jkun definit mekkaniżmu biex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjonijiet fejn l-approvazzjoni tal-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ma tistax tinkiseb fi żmien xieraq. |
(16) |
Bil-għan li jinżammu u jissaħħu l-livelli eżistenti ta’ sikurezza tal-operazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jiżguraw li l-partijiet interessati jagħmlu evalwazzjoni ta’ sikurezza, inkluż l-identifikazzjoni tal-periklu, l-evalwazzjoni tar-riskju u l-proċessi ta’ mitigazzjoni. L-implimentazzjoni armonizzata ta’ dawn il-proċessi mas-sistemi koperti minn dan ir-Regolament teħtieġ l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għar-rekwiżiti kollha ta’ interoperabilità u rendiment. |
(17) |
Skont l-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, ir-regoli tal-implimentazzjoni tal-interoperabbiltà għandhom jiddeskrivu l-proċeduri speċifiċi tal-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idonjetà għall-użu tal-kostitwenti kif ukoll il-verifika tas-sistemi. |
(18) |
Il-livell ta’ maturità tas-suq għall-kostitwenti li għalihom japplika dan ir-Regolament huwa tali li l-konformità jew l-adattabilità tagħhom għall-użu jistgħu jkunu valutati b’mod sodisfaċenti permezz ta’ kontroll intern tal-produzzjoni, bl-użu ta’ proċeduri bbażati fuq il-Modulu A tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 768/2008/EC tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (3). |
(19) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S (minn hawn ‘il quddiem kodiċijiet tal-interrogatur) biex ikun hemm ħidma sigura u effiċjenti ta’ sorveljanza tat-traffiku tal-ajru u koordinazzjoni ċivili-militari.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-interrogaturi eliġibbli Mode S u s-sistemi ta’ sorveljanza relatati, il-kostitwenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati, meta tappoġġja l-allokazzjoni koordinata jew l-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogaturi eliġibbli.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.
Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Interrogatur Mode S” tfisser sistema, magħmula mill-antenna u mill-elettronika, li tappoġġja l-indirizzar tal-inġenju tal-ajru individwali permezz tal-Mode Select, magħrufa bħala Mode S; |
(2) |
“kodiċi tal-interrogatur” tfisser jew l-identifikazzjoni tal-interrogatur jew kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ sorveljanza użat biex ikun hemm imblokk f’iktar minn sit wieħed u possibilment għall-protokolli ta’ komunikazzjoni; |
(3) |
“kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-interrogatur” (minn hawn ‘il quddiem kodiċi II) tfisser kodiċi tal-interrogatur Mode S b’valur fl-iskala bejn 0 u 15 li jista’ jkun użat kemm għall-imblokk f’iktar minn sit wieħed kif ukoll għall-protokolli ta’ komunikazzjonijiet; |
(4) |
“kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ sorveljanza” (minn hawn ‘il quddiem kodiċi SI) tfisser kodiċi tal-interrogatur Mode S b’valur fl-iskala bejn 1 u 63 li jista’ jkun użat għall-protokolli għall-imblokk f’iktar minn sit wieħed, iżda ma jistax jiġi użat għall-protokolli ta’ komunikazzjonijiet f’iktar minn sit wieħed; |
(5) |
“imblokk f’iktar minn sit wieħed” tfisser il-protokoll li jippermetti l-akkwist ta’ mira Mode S u l-imblokk minn diversi interrogaturi Mode S li għandhom koperturi li jirkbu fuq xulxin; |
(6) |
“protokolli ta’ komunikazzjonijiet f’iktar minn sit wieħed” tfisser il-protokolli wżati biex, f’żoni fejn hemm koperturi ta’ interrogaturi Mode S li jirkbu fuq xulxin, ikun koordinat il-kontroll tal-komunikazzjonijiet li jsiru f’iktar minn transazzjoni waħda; |
(7) |
“mira Mode S” tfisser pjattaforma mgħammra b’transponder Mode S; |
(8) |
“imblokk” tfisser il-protokoll li jippermetti t-trażżin tat-tweġibiet għas-sejħiet Mode S kollha mill-miri Mode S diġà akkwistati; |
(9) |
“operatur Mode S” tfisser persuna, organizazzjoni jew intrapriża li tħaddem jew toffri li tħaddem interrogatur Mode S, inkluż:
|
(10) |
“allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur” tfisser definizzjoni ta’ valuri għall-inqas għall-punti prinċipali tal-allokazzjoniet tal-kodiċi tal-interrogatur kif imniżżel fl-Anness II, Parti B; |
(11) |
“sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur” tfisser sistema fi ħdan in-Network Ewropew ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru, u l-proċeduri assoċjati, li minnha, permezz tal-Istati Membri, huwa pprovdut servizz ċentrali ta’ allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur (minn hawn ‘il quddiem servizz ta’ allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur), li jieħu ħsieb l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur u d-distribuzzjoni tal-proposta tal-pjan tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur, lill-operaturi Mode S; |
(12) |
“applikazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur” tfisser applikazzjoni minn operatur Mode S għall-allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur; |
(13) |
“proposta għall-pjan ta’ allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur” tfisser proposta għal sett sħiħ ta’ allokazzjonijiet IC, preżentat mis-servizz ta’ allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur għall-approvazzjoni tal-Istati Membri. |
(14) |
“pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur” tfisser sett sħiħ approvat l-aktar reċentement ta’ allokazzjonijiet ta’ kodiċi tal-interrogatur. |
(15) |
“interrogatur eliġibbli Mode S” tfisser interrogatur Mode S li jissodisfa tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(16) |
“kodiċi eliġibbli tal-interrogatur” tfisser kull kodiċi fost il-kodiċijiet II u l-kodiċijiet SI, minbarra:
|
(17) |
“interrogazzjoni tas-sejħiet kollha Mode S” tfisser il-messaġġi li huma normalment użati mill-interrogaturi Mode S biex jakkwistaw miri Mode S li jkunu deħlin fiż-żona tagħhom ta’ kopertura; |
(18) |
“kodiċi operattivi tal-interrogatur” tfisser kull kodiċi eliġibbli tal-interrogatur minbarra l-kodiċi II 14; |
(19) |
“Stat Membru kompetenti” tfisser:
|
(20) |
“kunflitt fil-kodiċi tal-interrogatur” tfisser irkib mhux koordinat fil-kopertura ta’ żewġ interrogaturi Mode S jew iktar li qed jaħdmu fuq l-istess kodiċi tal-interrogatur, li jista’ potenzjalment jirriżulta f’inġenju tal-ajru li wieħed mill-interrogaturi Mode S ma jindunax bih; |
(21) |
“monitoraġġ tal-kunflitt tal-kodiċi tal-interrogatur” tfisser l-implimentazzjoni ta’ mezzi tekniċi jew proċedurali minn operatur Mode S biex jiġu identifikati l-effetti tal-kunflitti tal-kodiċi tal-interrogatur ma’ interrogaturi oħra Mode S fuq id-dejta ta’ sorveljanza pprovduta mill-interrogaturi Mode S tagħhom stess;. |
(22) |
“sekwenza tal-implimentazzjoni” tfisser is-sekwenza marbuta bil-ħin tal-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur li l-operaturi Mode S iridu jżommu magħha biex jiġu evitati konflitti temporanji tal-kodiċi tal-interrogatur; |
(23) |
“kodiċi II li jaqbel” tfisser il-kodiċi II dekodifikat minn transponder Mode S li ma jissapportjax il-kodiċijiet SI, f’interrogazzjoni tas-sejħiet kollha Mode S li fihom kodiċi SI, u li jintuża minn dan it-transponder biex it-tweġiba tas-sejħiet kollha ta’ tiġi kkodifikata; |
(24) |
“mappa ta’ imblokk” tfisser li l-fajl ta’ konfigurazzjoni tal-interrogatur Mode S li jindika fejn u kif għandha tiġi applikata l-ostruzzjoni ta’ sinjali għall-miri Mode S. |
Artikolu 3
Rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u rendiment
L-operaturi Mode S għandhom jiżguraw li l-kostitwent elettroniku tar-radar head tal-interrogaturi Mode S tagħhom, li jużaw il-kodiċi tal-interrogatur imħaddem:
(1) |
isostnu l-użu ta’ kodiċijiet SI u kodiċijiet II f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili speċifikati fl-Anness I punt (1); |
(2) |
isostnu l-użu ta’ kodiċi ta’ ħidma II/SI f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Anness III. |
Artikolu 4
Proċeduri assoċjati għall-operaturi Mode S
1. L-operaturi Mode S għandhom iħaddmu interrogatur eliġibbli Mode S, billi jużaw kodiċi eliġibbli tal-interrogatur, jekk irċevew allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur għal dan il-għan, mill-Istat Membru kompetenti.
2. L-operaturi Mode S li għandhom l-intenzjoni li jħaddmu, jew qegħdin iħaddmu, interrogatur eliġibbli Mode S li għalih ma giet ipprovduta l-ebda allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur, għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-kodiċi tal-interrogatur lill-Istat Membru kompetenti, skont ir-rekwiżiti speċifikati fl-Anness II, Parti A.
3. L-operaturi Mode S għandhom ikunu f’konformità mal-punti ewlenin tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur li jirċievu kif imniżżla fl-Anness II, Parti B.
4. L-operaturi Mode S għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru kompetenti tal-inqas kull 6 xhur ta’ kull bdil fl-ippjanar tal-installazzjoni jew fl-istat ta’ ħidma tal-interrogaturi eliġibbli Mode S fir-rigward ta’ kull punt ewlieni tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur imniżżel fl-Anness II, Parti B.
5. L-operaturi Mode S għandhom jiżguraw li kull interrogatur Mode S tagħhom juża esklussivament l-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur tiegħu.
Artikolu 5
Proċeduri assoċjati għall-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-validità tal-applikazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur li jirċievu mill-operaturi Mode S, qabel jgħadduhom għall-koordinazzjoni mis-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur. Il-verifika tal-validità għandha tinkludi il-punti ewlenin imniżżla fl-Anness II, Parti A.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur:
(a) |
tiċċekkja li l-applikazzjonijiet għall-kodiċi tal-interrogatur huma konformi mal-konvenzjonijiet ta’ format u ta’ dejta; |
(b) |
tiċċekkja l-applikazzjonijiet għall-kodiċi tal-interrogatur għall-kompletezza, għall-preċiżjoni u għaż-żamma tal-ħin; |
(ċ) |
fi żmien massimu ta’ 6 xhur kalendarji mill-applikazzjoni:
|
3. It-tibdil fil-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ikun suġġett għall-approvazzjoni tal-Istati Membri affettwati mill-aġġornament tal-pjan.
4. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq it-tibdil kif imsemmi f’paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri konċernati għandhom iressqu l-każ quddiem il-Kummissjoni biex tieħu azzjoni. Il-Kummissjoni għandha taġixxi bi qbil skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.
5. L-Istati Membri li għalihom jirreferi l-paragrafu 3, għandhom jiżguraw li kull approvazzjonijiet tal-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ikunu komunikati lill-Istati Membri l-oħra permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur.
6. L-Istati Membri li għalihom jirreferi l-paragrafu 3 għandhom jiżguraw li tibdil fl-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur minħabba aġġornament tal-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ikun komunikat lill-operaturi Mode S relevanti li jaqgħu taħt l-awtorità tagħhom fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta jasal il-pjan ta’ allokazzjoni aġġornat.
7. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Istati Membri l-oħra tal-inqas kull 6 xhur permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur, reġistru aġġornat tal-allokazzjoni u tal-użu tal-kodiċi tal-interrogatur mill-interrogaturi eliġibbli Mode S fiż-żona ta’ responsabbiltà tagħhom.
8. Fejn jeżisti rkib bejn il-kopertura ta’ interrogatur Mode S li jinsab fiż-żona ta’ responsabbiltà ta’ Stat Membru u l-kopertura ta’ interrogatur Mode S li jinsab fiż-żona ta’ responsabbilta’ ta’ pajjiż terz, l-Istat Membru konċernat għandu:
(a) |
jassikura li l-pajjiż terz huwa infurmat bir-rekwiżiti ta’ sikurezza relatati mal-allokazzjoni u mal-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur; |
(b) |
jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkoordina l-użu tal-kodiċijiet tal-interrogatur mat-tielet Stat. |
Artikolu 6
Proċeduri assoċjati għall-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru
Il-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru m’għandhomx jużaw dejta li ġejja minn interrogaturi Mode S li jaħdmu taħt ir-responsabbiltà ta’ pajjiż terz jekk l-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur għadha ma ġietx ikkoordinata.
Artikolu 7
Rekwiżiti ta’ kontinġenza
1. Il-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru għandhom jevalwaw l-impatt possibbli fuq is-servizzi tat-traffiku tal-ajru tal-kunflitti tal-kodiċi tal-interrogaturi u t-telf potenzjali marbut magħhom tad-dejta ta’ sorveljanza tal-miri Mode S mill-interrogaturi Mode S affettwati, meta jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti ta’ ħidma tagħhom u ż-żejjed disponibbli.
2. Sakemm it-telf potenzjali tad-dejta ta’ sorveljanza ta’ miri Mode S ma ġietx evalwata bħala li m’għandha l-ebda sinifikanza f’dik li hija sikurezza, l-operaturi Mode S għandhom:
(a) |
jimplimentaw mezzi ta’ monitoraġġ biex jinstabu kunflitti tal-kodiċi tal-interrogatur kawżati minn interrogaturi Mode S oħra li qed jaffettwaw interrogaturi eliġibbli Mode S li huma jħaddmu fuq kull kodiċi tal-interrogatur operattiv; |
(b) |
jiżguraw li l-iskoperta ta’ kunflitt tal-kodiċi tal-interrogatur pprovduta mill-implimentazzjoni tal-monitoraġġ jinkiseb f’waqtu u f’kopertura li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ sikurezza tagħhom; |
(ċ) |
jidentifikaw u jimplimentaw kif xieraq, alternattiva ta’ kif isir il-ħidma biex tnaqqas il-perikli ta’ kunflitti possibbli tal-kodiċi tal-interrogatur fuq kull kodiċi operattiv, identifikat fl-evalwazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1; |
(d) |
jiżguraw li l-alternattiva ta’ kif isir il-ħidma ma toħloq l-ebda kunflitt tal-kodiċi tal-interrogatur ma’ interrogaturi Mode S oħra msemmija mill-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur. |
3. L-operaturi Mode S għandhom jirrapurtaw kull kunflitt tal-interrogatur li jinvolvi interrogatur eliġibbli Mode S li huma jħaddmu fuq kull kodiċi tal-interrogatur operattiv lill-Istat Membru kompetenti u għandhom ipoġġu l-informazzjoni relatata għad-dispożizzjoni tal-operaturi Mode S l-oħra permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni IC.
Artikolu 8
Kordinazzjoni ċivili-militari
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-unitajiet militari li qed iħaddmu l-interrogaturi eliġibbli Mode S fuq kull kodiċi tal-interrogatur ieħor minbarra kodiċi II 0 u kodiċijiet oħra riservati għall-ġestjoni tal-militar, huma konformi mal-Artikli 3 sa 7 sa l-Artikolu 12.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-unitajiet militari, li qed joperaw interrogaturi Mode S fuq kodiċi II 0 jew kodiċijiet tal-interrogatur oħra riservati għall-ġestjoni tal-militar, jikkontrollaw l-użu esklussiv ta’ dawn il-kodiċijiet tal-interrogatur, biex jevitaw in-nuqqas ta’ koordinazzjoni fl-użu ta’ kull kodiċi eliġibbli tal-interrogatur.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-allokazzjoni u l-użu tal-kodiċijiet tal-interrogatur minn unitajiet militari ma jkollu l-ebda impatt negattiv fuq is-sikurezza tat-traffiku tal-ajru b’mod ġenerali.
Artikolu 9
Rekwiżiti ta’ Sikurezza
1. L-operaturi Mode S għandhom jiżguraw li l-perikli potenzjali tal-kunflitti tal-kodiċi tal-interrogatur li jaffettwaw l-interrogaturi Mode S tagħhom ikunu evalwati u mnaqqsa b’mod xieraq.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull bidla fis-sistemi eżistenti u fil-proċeduri assoċjati msemmija fl-Artikolu 1(2) jew l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda u proċeduri simili tkun ippreċeduta minn evalwazzjoni ta’ sikurezza, inklużi l-identifikazzjoni tal-periklu, l-evalwazzjoni u t-tnaqqis tar-riskju, immexxija mill-partijiet ikkonċernati.
3. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ sikurezza stabbilita fil-paragrafu 2, ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikoli 4 sa 8 u l-Artikolu 12 għandhom ikunu kkunsidrati wkoll bħala rekwiżiti minimi ta’ sikurezza.
Artikolu 10
Evalwazzjoni tal-konformità
Qabel ma joħorġu dikjarazzjoni tal-KE dwar il-konformità jew dwar kemm huma adatti għall-użu kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, il-fabbrikanti tal-kostitwenti, jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom stabbiliti fil-Komunità, tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jivvalutaw il-konformità ta’ dawk il-kostitwenti jew kemm huma adatti għall-użu b’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV, Parti A ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Sistemi ta’ verifika
1. Il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li jistgħu juru jew li wrew li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V għandhom iwettqu verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2) b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VI, Parti A.
2. Il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li ma jistgħux juru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V għandhom jgħaddu, permezz ta’ subkuntratt, il-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2) lil korp notifikat. Din il-verifika għandha titmexxa skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness VI, Parti B.
Artikolu 12
Rekwiżiti addizzjonali
1. L-operaturi Mode S għandhom jiżguraw li l-impjegati tagħhom li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur huma konxji mid-dispożizzjonijiet relevanti f’dan ir-Regolament u li huma mħarrġa b’mod adekwat biex jaqdu l-funzjonijiet ta’ xogħolhom.
2. L-operaturi Mode S għandhom:
(a) |
jiżviluppaw u jżommu l-manwali tat-tħaddim Mode S inkluż l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex l-impjegati tagħhom responsabbli mill-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jiżguraw li l-manwali msemmija fil-punt (a) ikunu aċċessibbli u jinżammu aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu suġġetti għal ġestjoni xierqa ta’ kwalità u ta’ konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni; |
(ċ) |
jiżguraw li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi mitluba għall-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti speċifikati f’dan ir-Regolament. |
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impjegati li qed jipprovdu s-servizz ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur huma konxji mid-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dan ir-Regolament u li huma mħarrġa b’mod adekwat biex jaqdu l-funzjonijiet ta’ xogħolhom.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-servizz ċentrali ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur:
(a) |
jiżviluppa u jżomm manwali ta’ ħidmiet li jkollhom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex l-impjegati tagħhom ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijet ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jiżgura li l-manwali msemmija fil-punt (a) jkunu aċċessibbli u jinżammu aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu suġġetti għal ġestjoni xierqa ta’ kwalità u ta’ konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni; |
(ċ) |
jiżgura li l-metodi u l-proċeduri ta’ ħidma jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti kif speċifikati f’dan ir-Regolament. |
Artikolu 13
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(3) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.
(4) ĠU L 335, 21.12.2005, p. 13.
ANNESS I
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Anness III punt (2)
1. |
Kapitlu 3 “Sistemi ta' radar ta' sorveljanza”, taqsima 3.1.2.5.2.1.2. “IC: Kodiċi tal-interrogatur” l-Anness 10 tal-ICAO “Telekomunikazzjonijiet Aeronawtiċi”, Volum IV “Sistemi ta' Radar ta' Sorveljanza u l-Evitar tal-Kolliżjoni” (It-Tielet Edizzjoni, Lulju 2002, jinkorpora l-Emenda Nru 77). |
2. |
Kapitlu 5, “SSR Mode S Kollegament tad-Dejta bejn l-Ajru u l-Art”, taqsima 5.2.9 “Il-format tar-rapport fuq il-kapaċita tal-kollegament tad-dejta” tal-Anness 10 tal-ICAO “Telekomunikazzjonijiet Aeronawtiċi”, Volum III “Sistemi ta' Komunikazzjoni” (L-Ewwel Edizzjoni, l-Emenda Nru 79). |
ANNESS II
Parti A Rekwiżiti marbuta mal-applikazzjoni għall-kodiċijiet tal-interrogatur imsemmija fl-Artikoli 4(2), 5(1) u 5(2)
L-applikazzjoni IC għandha tiġbor fiha, bħala minimu, il-punti prinċipali li ġejjin:
(a) |
ir-referenza għall-applikazzjoni unika mill-Istat Membru kompetenti; |
(b) |
id-dettalji sħaħ tar-rapprezentant tal-Istat Membru li hu responsabbli għall-koordinazzjoni tal-Allokazzjoni Mode S IC; |
(c) |
id-dettalji sħaħ tal-punt ta' kuntatt tal-operatur Mode S għall-affarijiet ta' Allokazzjoni Mode S IC; |
(d) |
l-isem tal interrogatur Mode S; |
(e) |
l-użu tal-interrogatur Mode S (imħaddem jew bi prova); |
(f) |
il-post tal-interrogatur Mode S; |
(g) |
id-data ppjanata għall-ewwel trażmissjoni Mode S mill-interrogatur Mode S; |
(h) |
il-kopertura Mode S rikjesta; |
(i) |
ir-rekwiżiti ta' ħidma speċifiċi; |
(j) |
il-kapaċità tal-kodiċi SI; |
(k) |
il-kapaċità tal-“ħidma tal-kodiċi II/SI”; |
(l) |
il-kapaċità tal-mappa ta' kopertura. |
Parti B Rekwiżiti marbuta mal-allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur imsemmija fl-Artikoli 2(10), 4(3) u 4(4)
L-allokazzjoni IC għandha tinkludi il-punti minimi li ġejjin:
(a) |
ir-referenza għall-applikazzjoni korrispondenti mill-Istat Membru kompetenti; |
(b) |
ir-referenza ta' allokazzjoni unika mis-servizz ta' allokazzjoni IC; |
(c) |
ir-referenzi ta' allokazzjoni li ġew mibdula, kif meħtieġ; |
(d) |
l-IC allokat; |
(e) |
ir-restrizzjonijijiet ta' sorveljanza u ta' imblokk fil-forma ta' skali settorjali jew ta' mappa ta' kopertura Mode S; |
(f) |
il-perjodu ta' implimentazzjoni li matulu l-allokazzjoni għandha tiġi reġistrata fl-interrogatur Mode S identifikat fl-applikazzjoni; |
(g) |
is-sekwenza ta' implimentazzjoni li għandha tiġi mħarsa; |
(h) |
l-alternattivi l-oħra assoċjati u mhux obbligatorji: rakkomandazzjoni ta' ragruppament; |
(i) |
ir-restrizzjonijiet ta' ħidma speċifiċi, kif meħtieġ. |
ANNESS III
Il-ħidma ta' kodiċi II/SI msemmija fl-Artikolu 3(2)
1. |
L-interrogaturi Mode S, meta joperaw b'kodiċi SI u jekk ikun permess minn parametru ta' ħidma xieraq, għandhom jakkwistaw ukoll miri permezz tas-sejħiet kollha ta' tweġiba li huma miktuba b'kodiċi II li jaqbel. |
2. |
L-interrogaturi Mode S, meta joperaw b'kodiċi SI u jekk ikun permess minn parametru ta' ħidma xieraq, għandhom jikkunsidraw tweġibiet bit-transponders bit-tweġibiet tas-sejħiet kollha miktuba b'kodici II li jaqbel bħala transponders li mhumiex mgħammra b'SI, irrispettivament mill-kapaċità SI msemmija fir-rapport ta' kapaċità tal-kollegament tad-dejta definit fid-dokument imsemmi fl-Anness I punt (2). |
3. |
L-interrogaturi Mode S, meta jaħdmu b'kodiċi SI u jekk ikun permess minn parametru ta' ħidma xieraq, għandhom jinterrogaw transponders li m'għandhomx kapaċità ta' kodiċi SI billi jużaw il-messaġġi ta' protokoll ta' imblokk f'iktar minn sit wieħed Mode S kif previst għall-ħidma tal-kodiċi II. Il-kodiċi II li għandu jintuża għandu jkun il-kodiċi II li jaqbel. |
4. |
L-interrogaturi Mode S, meta joperaw b'kodiċi SI u jekk ikun permess minn parametru ta' ħidma xieraq, għandhom ikunu konfigurabbli minn operatur biex jew:
|
5. |
L-interrogaturi Mode S, meta joperaw b'kodiċi II u jekk ikun permess minn parametru ta' ħidma xieraq, għandhom ikunu konfigurabbli minn operatur biex jew:
|
6. |
Meta l-ħidma tal-kodiċi II/SI hija attivata, il-mapep tal-imblokk m'għandhomx jitqiesu għal transponders li m'għandhomx kapaċità ta' kodiċi SI. |
ANNESS IV
Parti A Ir-rekwiżiti għall-evalwazzjoni tal-konformità u tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tas-sistema msemmija fl-Artikolu 10
1. |
L-attivitajiet ta’ verifikazzjoni għandhom juru l-konformità tal-kostitwenti li jappoġġjaw protokolli ta’ imblokk tal-kodiċi II u l-kodiċi SI u l-ħidma tal-kodiċi II/SI bir-rekwiżiti ta’ interoperabilità u rendiment ta’ dan ir-Regolament, jew l-adegwatezza għall-użu tagħhom waqt li dawn il-kostitwenti jkunu qed jaħdmu f'ambjent ta’ prova. |
2. |
L-applikazzjoni mill-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, tal-modulu deskritt fil-Parti B għandha titqies bħala proċedura xierqa ta’ evalwazzjoni ta’ konformità biex tiżgura u tiddikjara l-konformità tal-kostitwenti. Proċeduri ekwivalenti jew aktar stretti huma wkoll awtorizzati. |
Parti B Il-modulu tal-kontroll intern tal-produzzjoni
1. |
Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità li jwettaq l-obbligi stabbiliti f'punt 2, jiżgura, u jiddikjara li l-kostitwenti kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jfassal dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità jew adegwatezza għall-użu skont l-Anness III punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004. |
2. |
Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika deskritta f'punt 4 u hu jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jżommha għal perjodu li jagħlaq mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar kostitwenti jkunu nħadmu, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti ta’ sorveljanza għal finijiet ta’ spezzjoni u għad-dispożizzjoni tal-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li jintegraw dawn il-kostitwenti fis-sistemi tagħhom. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jgħarraf lill-Istati Membri dwar fejn u kif id-dokumentazzjoni teknika ta’ hawn fuq tista’ ssir disponibbli. |
3. |
Meta l-fabbrikant ma jkunx stabbilit fil-Komunità, għandu jaħtar il-persuna(i) li tqiegħed/jqiegħdu l-kostitwenti fis-suq Komunitarju. Din il-persuna/dawn il-persuni għandha/għandhom tgħarraf/jgħarrfu lill-Istati Membri dwar fejn u kif id-dokumentazzjoni teknika tista’ ssir disponibbli. |
4. |
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li tkun evalwata l-konformità tal-kostitwenti mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Għandha, sa fejn ikun rilevanti għal din l-evalwazzjoni, tkopri d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-ħidma tal-kostitwenti. |
5. |
Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità jew adegwatezza għall-użu mad-dokumentazzjoni teknika. |
ANNESS V
Kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11
1. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jkollu stabbiliti metodi ta’ rappurtaġġ fl-organizzazzjoni li jiżguraw u juru imparzjalità u indipendenza ta’ ġudizzju fir-rigward tal-attivitajiet ta’ verifika. |
2. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika, iwettqu l-verifiki bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-aqwa kompetenza teknika possibbli u jkunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b’mod partikolari ta’ xorta finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-konklużjonijiet jew ir-riżultati tal-verifiki tagħhom, b’mod partikolari minn persuni jew gruppi ta’ persuni milquta mir-riżultati tal-verifiki. |
3. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika jkollhom aċċess għat-tagħmir li jippermettilhom li jwettqu tajjeb il-kontrolli meħtieġa. |
4. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika jkollhom taħriġ tekniku u vokazzjonali sod, għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-verifiki li jkunu mistennija jwettqu, esperjenza adegwata ta’ ħidmiet bħal dawn, u l-ħila meħtieġa biex ifasslu dikjarazzjonijiet, rekords u rapporti li juru t-twettiq tal-verifiki. |
5. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli tagħhom b’imparzjalità. Ir-rimunerazzjoni tagħhom m’għandhiex tiddependi fuq l-għadd ta’ kontrolli mwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli. |
ANNESS VI
Parti A: Rekwiżiti għall-verifika ta’ sistemi msemmija fl-Artikolu 11(1)
1. |
Il-verifika tas-sistemi għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti tal-interoperabilità, tar-rendiment, tal-kontinġenza u ta’ sikurezza ta’ dan ir-Regolament fl-ambjent ta’ evalwazzjoni li tirrifletti l-kuntest ta’ ħidma ta’ dawn is-sistemi. Partikolarment, il-verifika tal-interrogaturi Mode S għandha turi:
|
2. |
Il-verifika ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha titmexxa skont prattika ta’ ttestjar adatta u rikonoxxuta. |
3. |
L-għodda tal-itestjar użata għall-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandu jkollha funzjonalitajiet adatti. |
4. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġ mill-Anness IV punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:
|
5. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jmexxi l-attivitajiet ta’ verifika u għandu b’mod partikolari:
|
6. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) mħaddmin f’ambjent ta’ evalwazzjoni ta’ ħidma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-interoperabilità, tar-rendiment, tal-kontinġenza u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament. |
7. |
Wara li jissodisfaw it-tmiem tal-verifika ta’ konformità, il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom ifasslu d-dikjarazzjoni tal-KE tal-verifika tas-sistema u jippreżentawha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 552/2004. |
Parti B: Rekwiżiti għall-verfika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 11(2)
1. |
Il-verifika tas-sistemi għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti tal-interoperabilità, tar-rendiment, tal-kontinġenza u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament f’ambjent ta’ evalwazzjoni li jirrifletti l-kuntest ta’ ħidma ta’ dawn is-sistemi. Partikolarment, il-verifika tal-interrogaturi Mode S għandha turi:
|
2. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha titmexxa skont prattika ta’ prova adatta u rikonoxxuta. |
3. |
L-għodda tal-prova użata għall-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandu jkollha funzjonalitajiet adatti. |
4. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġ mill-Anness IV punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:
|
5. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiddetermina l-ambjent tal-evalwazzjoni ta’ ħidma u tekniku xieraq li jirrifletti l-ambjent ta’ ħidma u għandu jkollu attivitajiet ta’ verifika mwettqa minn korp notifikat. |
6. |
Il-korp notifikat għandu jmexxi l-attivitajiet tal-verifika u għandu b’mod partikolari:
|
7. |
Il-korp notifikat għandu jiżgura li l-implimentazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni li jsostni l-proċess ta’ allokazzjoni u l-użu tal-Mode S IC, integrat fis-sistemi mħaddma f’ambjent simulat ta’ ħidma, jissodisfa r-rekwiżiti tal-interoperabilità, tar-rendiment, tal-kontinġenza u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament. |
8. |
Meta jissodisfa t-tmiem tal-ħidmiet ta’ verifika, il-korp notifikat għandu jfassal ċertifikat ta’ konformità fir-rigward tal-ħidmiet li jkun wettaq. |
9. |
Wara, il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jfassal dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-sistema u jippreżentaha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 552/2004. |