This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1137
Commission Regulation (EU) 2015/1137 of 13 July 2015 amending Regulation (EC) No 1881/2006 as regards the maximum level of Ochratoxin A in Capsicum spp. spices (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1137 tat-13 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-livell massimu ta' Okratossina A fil-ħwawar Capsicum spp. (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1137 tat-13 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-livell massimu ta' Okratossina A fil-ħwawar Capsicum spp. (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 185, 14.7.2015, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1137
tat-13 ta' Lulju 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-livell massimu ta' Okratossina A fil-ħwawar Capsicum spp.
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi livell massimu ta' Okratossina A fil-ħwawar Capsicum spp. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 105/2010 (3), li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006, jistabbilixxi livell massimu ta' Okratossina A fil-ħwawar, li jintlaħaq billi jiġu applikati prattiki tajba. Biex il-pajjiżi li jipproduċu l-ħwawar jistabbilixxu miżuri ta' prevenzjoni u sabiex jiġi evitat ix-xkiel għall-kummerċ b'mod li ma jkunx aċċettabbli, ir-Regolament (UE) Nru 105/2010 jistipula livell massimu ogħla ta' 30 μg/kg għal perjodu limitat ta' żmien qabel ma jiġi applikat il-livell massimu ta' 15 μg/kg. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2012 (4) jestendi dan il-perjodu għall-ħwawar Capsicum spp. sal-31 ta' Diċembru 2014. Is-servizzi tal-Kummissjoni flimkien mal-esperti governattivi tal-Istati Membri wettqu valutazzjoni tal-kisba billi applikaw prattiki tajba f'reġjuni produtturi differenti fid-dinja ta' livelli aktar baxxi ta' Okratossina A. Għalkemm sar titjib sinifikanti fl-applikazzjoni tal-prattiki tajba f'reġjuni produtturi differenti, il-livell massimu aktar baxx previst ta' 15 μg/kg għall-Okratossina A ma jistax jinkiseb fil-ħwawar Capsicum spp. fuq bażi kostanti, minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li xi kultant ikun hemm matul it-tkabbir u l-ħsad. Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit livell massimu differenti għall-Okratossina A fil-ħwawar Capsicum spp. li jkun jista' jinkiseb bl-applikazzjoni ta' prattiki tajba u li jibqa' jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Peress li l-livell massimu ogħla ta' 30 μg/kg kien japplika sal-31 ta' Diċembru 2014, jixraq li jiġi stipulat li l-livell massimu stabbilit b'dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2015. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-ħwawar Capsicum spp. li ma jikkonformawx mal-livell massimu ta' Okratossina A skont il-punt 2.2.11 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat b'dan ir-Regolament, li tqiegħdu legalment fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2015, jistgħu jibqgħu jiġu kkumerċjalizzati wara dik id-data sad-data minima ta' durabbiltà jew sad-data ta' skadenza tagħhom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 105/2010 tal-5 ta' Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-okratossina A (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 7).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2012 tal-5 ta' Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-kontaminanti okratossina A, PCBs li ma jixbhux lid-dijossini u l-melamina fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 176, 6.7.2012, p. 43).
ANNESS
Il-punt 2.2.11 fit-Taqsima 2.2. Okratossina A fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jinbidel b'dan li ġej:
“2.2.11. |
Ħwawar, inklużi l-ħwawar imnixxfa |
|
Piper spp (frott tiegħu, inkluż bżar abjad u iswed) Myristica fragrans (noċemuskata) Zingiber officinale (ġinġer) Curcuma longa (żagħfran tal-Indja) |
15 μg/kg |
|
Capsicum spp. (il-frott imnixxef tiegħu, sħiħ jew mitħun, inklużi l-bżar aħmar jaħraq, it-trab tiegħu, il-kajenn u l-paprika) |
20 μg/kg |
|
Taħlitiet ta' ħwawar li fihom waħda mill-ħwawar imsemmija hawn fuq |
15 μg/kg” |