This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1933
Commission Regulation (EU) 2015/1933 of 27 October 2015 amending Regulation (EC) No 1881/2006 as regards maximum levels for polycyclic aromatic hydrocarbons in cocoa fibre, banana chips, food supplements, dried herbs and dried spices (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1933 tas-27 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fil-fibra tal-kawkaw, fiċ-ċipps tal-banana, fis-supplimenti tal-ikel, fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fil-ħwawar imnixxfin (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1933 tas-27 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fil-fibra tal-kawkaw, fiċ-ċipps tal-banana, fis-supplimenti tal-ikel, fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fil-ħwawar imnixxfin (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 282, 28.10.2015, p. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
28.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1933
tas-27 ta' Ottubru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fil-fibra tal-kawkaw, fiċ-ċipps tal-banana, fis-supplimenti tal-ikel, fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fil-ħwawar imnixxfin
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel. |
(2) |
Skont dak ir-Regolament, il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) għandhom ikunu sikuri u l-aktar baxx li jista' raġonevolment jintlaħaq, ibbażati fuq manifattura tajba, tnixxif u prattiċi tajba ta' agrikoltura u sajd. |
(3) |
Il-fibra tal-kawkaw hija prodott speċifiku tal-kawkaw magħmul mill-qoxra tal-fażola tal-kawkaw u li fih livelli ogħla ta' PAHs minn prodotti tal-kawkaw magħmula miż-żerriegħa tal-kawkaw imneħħija minn ġol-qoxra. Il-fibra tal-kawkaw u l-prodotti derivati huma prodotti intermedjarji fil-katina alimentari u użati bħala ingredjent fit-tħejjija ta' ikel b'ammont baxx ta' kaloriji u kontenut għoli ta' fibra. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli speċifiċi ta' PAHs għall-fibra tal-kawkaw u l-prodotti derivati. Minħabba li dawn il-prodotti għandhom kontenut baxx ta' xaħam, huwa xieraq li l-livelli massimi jiġu stabbiliti abbażi tal-piż imxarrab. |
(4) |
Iċ-ċipps tal-banana jintużaw fiċ-ċereali tal-kolazzjon u fil-ħelu, kif ukoll jittieklu bħala ikla ħafifa. Reċentement instabu livelli għoljin ta' PAHs fiċ-ċipps tal-banana. Dawk is-sejbiet huma relatati mal-qali taċ-ċipps tal-banana fiż-żejt tal-ġewż tal-Indi. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta' PAHs għaċ-ċipps tal-banana. Bħala l-ewwel pass, minħabba n-nuqqas ta' dejta suffiċjenti dwar l-okkorrenza, dawn il-livelli massimi jikkorrispondu għal-livelli massimi taż-żejt tal-ġewż tal-Indi maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-ikel. Il-livelli massimi għandhom jiġu riveduti fi żmien sentejn u jittieħed kont tad-dejta disponibbli dwar l-okkorrenza. |
(5) |
Instabu livelli għoljin ta' PAHs f'ċerti supplimenti tal-ikel li fihom jew huma derivati minn ingredjenti botaniċi. Il-preżenza ta' livelli għoljin f'dawn is-supplimenti tal-ikel ġiet marbuta ma' prattiki ħżiena ta' tnixxif applikati għal dawn l-ingredjenti botaniċi. Dawn il-livelli għoljin jistgħu jkunu evitati billi jiġu applikati prattiki tajbin. Għaldaqstant jixraq li jiġu stabbiliti livelli massimi għall-PAHs f'dawn il-prodotti li jistgħu jinkisbu billi jiġu applikati prattiki tajbin u li xorta jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem. |
(6) |
Instab ukoll li f'ċerti każijiet anki supplimenti tal-ikel li fihom jew huma derivati miż-żaftur, mill-ħalib tan-naħal u mill-ispirulina fihom livelli għoljin ta' PAHs li ġew marbuta mal-applikazzjoni ta' prattiki ħżiena. Billi livelli aktar baxxi jistgħu jinkisbu bl-applikazzjoni ta' prattiki tajbin, huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta' PAHs f'dawn il-prodotti. |
(7) |
Livelli għoljin ta' PAHs instabu wkoll fi ħxejjex aromatiċi mnixxfin u ħwawar imnixxfin li huma wkoll marbuta mal-applikazzjoni ta' prattiki ħżiena ta' tnixxif. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta' PAHs fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fil-ħwawar imnixxfin. Il-metodi tradizzjonali ta' affumikar u ta' ipproċessar applikati għall-paprika u għall-kardamomu affumikati jirriżultaw f'livelli għolja ta' PAHs. Minħabba li l-konsum ta' dawn il-ħwawar huwa baxx u biex dawn il-prodotti affumikati jibqgħu fis-suq, huwa xieraq li dawn il-ħwawar jiġu eżentati mil-livelli massimi. |
(8) |
Għandu jiġi pprovdut perjodu ta' żmien raġonevoli li jippermetti lill-Istati Membri u lill-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-prodotti alimentari, elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fil-punt 6.1.11, imqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta' April 2016, jistgħu jibqgħu fis-suq wara dik id-data sad-data minima ta' durabbiltà jew sad-data ta' skadenza tagħhom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' April 2016 bl-eċċezzjoni tal-ikel imsemmi fil-punt 6.1.11 li għalih il-livell massimu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
ANNESS
It-Taqsima 6: “Idrokarbur aromatiku poliċikliku” tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 hija emendata kif ġej:
(1) |
Il-punt 6.1.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
Jiżdiedu l-punti 6.1.11, 6.1.12, 6.1.13, 6.1.14 u 6.1.15 li ġejjin:
|
(*) Il-preparati botaniċi huma preparati miksuba minn materjali botaniċi (eż. partijiet sħaħ ta' pjanti, pjanti frammentati jew maqtugħa) b'diversi modi (eż. l-ippressar, l-għasir, l-estrazzjoni, l-frazzjonament, id-distillazzjoni, il-konċentrazzjoni, it-tnixxif u l-fermentazzjoni). Din id-definizzjoni tinkludi pjanti imfarrka jew mitħuna, partijiet ta' pjanti, alka, faqqiegħ, likeni, tinturi, estratti, żjut essenzali (minbarra ż-żjut veġetali msemmija fil-punt 6.1.1), sugi espressi u efużjonijiet proċessati.
(**) Il-livell massimu ma japplikax għal supplimenti tal-ikel li fihom żjut veġetali. Iż-żjut veġetali użati bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel għandhom jikkonformaw mal-livell massimu stabbilit fil-punt 6.1.1.”