This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0402
Council Decision (EU) 2016/402 of 15 January 2016 concerning the signing and conclusion of the Agreement between the Council of Ministers of the Republic of Albania and the European Union on security procedures for exchanging and protecting classified information
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/402 tal-15 ta' Jannar 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/402 tal-15 ta' Jannar 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata
ĠU L 74, 19.3.2016, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/402
tal-15 ta' Jannar 2016
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Jannar 2014, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) biex jiftaħ negozjati, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(3) tat-Trattat dwar il-Funjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex jikkonkludi Ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni bejn il-Kunsill tal-Ministri u r-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Wara dik l-awtorizzazzjoni, ir-RGħ innegozja Ftehim mal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata. |
(3) |
Dak il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri u r-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
J.R.V.A. DIJSSELBLOEM