This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1471
Commission Decision (EU) 2017/1471 of 10 August 2017 amending Decision 2013/162/EU to revise Member States' annual emission allocations for the period from 2017 to 2020 (notified under document C(2017) 5556)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1471 tal-10 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/162/UE biex tirrevedi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2017 sal-2020 (notifikata bid-dokument C(2017) 5556)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1471 tal-10 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/162/UE biex tirrevedi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2017 sal-2020 (notifikata bid-dokument C(2017) 5556)
C/2017/5556
ĠU L 209, 12.8.2017, p. 53–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1471
tal-10 ta' Awwissu 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2013/162/UE biex tirrevedi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2017 sal-2020
(notifikata bid-dokument C(2017) 5556)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (2) tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet (AEAs) tal-Istati Membri għall-perjodu 2013-2020 bl-użu tad-dejta tal-inventarji tal-gassijiet serra (GHG) tal-Istati Membri stabbiliti skont il-Linji Gwida tal-1996 tal-Grupp ta' Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tagħha. |
(2) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2013/162/UE, l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 (3) eżiġa li l-Istati Membri jippreżentaw rapporti tal-inventarji tal-gassijiet serra kif stabbilit f'konformità mal-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra IPCC tal-2006, u l-linji gwida tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) dwar ir-rapportaġġ tal-inventarji annwali kif stabbilit fid-Deċiżjoni 24/CP.19 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC. |
(3) |
L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jobbliga lill-Kummissjoni teżamina l-impatt tal-użu tal-linji gwida tal-IPCC 2006, jew tal-bidliet fil-metodoloġiji użati tal-UNFCCC, fuq l-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra tal-Istati Membri rilevanti għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 406/2009/KE sa Diċembru tal-2016, bil-ħsieb li tiġi żgurata konsistenza bejn il-metodoloġiji użati għad-determinazzjoni tal-AEAs u r-rappurtar annwali mill-Istati Membri wara d-data ta' dak l-eżami. |
(4) |
Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u abbażi tad-dejta tal-inventarji tal-gassijiet serra kif riveduta skont l-Artikolu 19 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt tal-użu tal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 u tal-bidliet fil-metodoloġiji użati tal-UNFCCC fuq l-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri. Id-differenza fl-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra rilevanti għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE taqbeż il-1 % għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Fid-dawl ta' dan l-eżami, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għas-snin 2017-2020 li jinsabu fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/162/UE għandhom jiġu riveduti sabiex titqies id-dejta aġġornata rrappurtata fl-inventarji u riveduta skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 fl-2016. Din ir-reviżjoni għandha ssir bl-użu tal-istess metodoloġija bħal dik użata biex jiġu determinati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet bid-Deċiżjoni 2013/162/UE. |
(5) |
Ir-reviżjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għandha tkun limitata sa dawk li kienu allokati għas-snin 2017-2020, peress li l-Istati Membri ma jistgħux aktar jibdlu l-politiki u l-miżuri tagħhom għall-emissjonijiet ta' gassijiet sera għas-snin 2013-2016. Madankollu, f'ġieħ iċ-ċarezza l-Anness II kollu tad-Deċiżjoni 2013/162/UE għandu jinbidel, filwaqt li ma jinbidlux l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin 2013-2016. |
(6) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2013/162/UE jirreferi għall-valuri tal-potenzjal ta' tisħin globali mir-raba' Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC kif adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC. Sadanittant il-Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC addottat id-Deċiżjoni l-ġdida 24/CP.19 li tfakkar fid-Deċiżjoni 15/CP.17 u tikkonferma l-valuri mir-raba' Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC. L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 666/2014 jeżiġi li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu użu mill-potenzjali għat-tisħin globali elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 24/CP.19 għall-fini tad-determinazzjoni u r-rappurtar tal-inventarji tal-gassijiet serra skont il-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. F'ġieħ iċ-ċarezza r-referenza għad-Deċiżjoni 15/CP.17 fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2013/162/UE għandha għalhekk tinbidel b'referenza għad-Deċiżjoni 24/CP.19. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/162/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, id-“Deċiżjoni 15/CP.17” hija sostitwita mid-“Deċiżjoni 24/CP.19”; |
(2) |
L-Anness II huwa sostitwit mit-test tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Miguel ARIAS CAÑETE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta' Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti sostantivi għal sistema ta' inventarju tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-bidliet fil-potenzjali ta' riskaldament globali u ta' gwida ta' inventarji li sar ftehim dwarhom f'livell internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 26).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013 p. 13).
ANNESS
ANNESS II
L-Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet tal-Istati Membri mis-sena 2013 sas-sena 2020 ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-valuri talpotenzjal ta' tisħin globali mir-raba' rapport ta' valutazzjoni tal-IPCC
Stat Membru |
Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet (f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' diossidu tal-karbonju) |
|||||||
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|
Il-Belġju |
82 376 327 |
80 774 027 |
79 171 726 |
77 569 425 |
76 190 376 |
74 703 759 |
73 217 143 |
71 730 526 |
Il-Bulgarija |
28 661 817 |
28 897 235 |
29 132 652 |
29 368 070 |
27 481 112 |
27 670 637 |
27 860 163 |
28 049 688 |
Ir-Repubblika Ċeka |
65 452 506 |
66 137 845 |
66 823 185 |
67 508 524 |
67 971 770 |
68 581 207 |
69 190 644 |
69 800 080 |
Id-Danimarka |
36 829 163 |
35 925 171 |
35 021 179 |
34 117 187 |
34 775 642 |
33 871 444 |
32 967 246 |
32 063 048 |
Il-Ġermanja |
495 725 112 |
488 602 056 |
481 479 000 |
474 355 944 |
453 842 854 |
446 270 289 |
438 697 724 |
431 125 160 |
L-Estonja |
6 296 988 |
6 321 312 |
6 345 636 |
6 369 960 |
5 928 965 |
5 960 550 |
5 992 135 |
6 023 720 |
L-Irlanda |
47 226 256 |
46 089 109 |
44 951 963 |
43 814 816 |
41 194 830 |
40 110 780 |
39 026 731 |
37 942 682 |
Il-Ġreċja |
61 003 810 |
61 293 018 |
61 582 226 |
61 871 434 |
61 029 668 |
61 298 009 |
61 566 349 |
61 834 690 |
Spanja |
235 551 490 |
233 489 390 |
231 427 291 |
229 365 191 |
225 664 376 |
223 560 157 |
221 455 939 |
219 351 720 |
Franza |
408 762 813 |
403 877 606 |
398 580 044 |
393 282 481 |
371 789 603 |
366 284 473 |
360 779 342 |
355 274 211 |
Il-Kroazja |
21 196 005 |
21 358 410 |
21 520 815 |
21 683 221 |
20 147 020 |
20 330 287 |
20 513 553 |
20 696 819 |
L-Italja |
317 768 849 |
315 628 134 |
313 487 419 |
311 346 703 |
307 153 729 |
304 562 057 |
301 970 385 |
299 378 714 |
Ċipru |
5 919 071 |
5 922 555 |
5 926 039 |
5 929 524 |
4 196 633 |
4 122 837 |
4 049 042 |
3 975 247 |
Il-Latvja |
9 279 248 |
9 370 072 |
9 460 897 |
9 551 721 |
9 747 135 |
9 834 273 |
9 921 411 |
10 008 549 |
Il-Litwanja |
17 153 997 |
17 437 556 |
17 721 116 |
18 004 675 |
18 033 267 |
18 327 321 |
18 621 376 |
18 915 430 |
Il-Lussemburgu |
9 814 716 |
9 610 393 |
9 406 070 |
9 201 747 |
8 992 800 |
8 780 781 |
8 568 762 |
8 356 742 |
L-Ungerija |
50 796 264 |
51 906 630 |
53 016 996 |
54 127 362 |
50 432 363 |
51 347 175 |
52 261 987 |
53 176 800 |
Malta |
1 168 514 |
1 166 788 |
1 165 061 |
1 163 334 |
1 174 524 |
1 173 666 |
1 172 808 |
1 171 950 |
In-Netherlands |
125 086 859 |
122 775 394 |
120 463 928 |
118 152 462 |
116 032 216 |
113 763 728 |
111 495 240 |
109 226 752 |
L-Awstrija |
54 643 228 |
54 060 177 |
53 477 125 |
52 894 074 |
51 372 672 |
50 751 430 |
50 130 188 |
49 508 946 |
Il-Polonja |
204 579 390 |
205 621 337 |
206 663 283 |
207 705 229 |
210 107 929 |
211 642 729 |
213 177 529 |
214 712 329 |
Il-Portugall |
49 874 317 |
50 139 847 |
50 405 377 |
50 670 907 |
48 431 756 |
48 811 632 |
49 191 508 |
49 571 384 |
Ir-Rumanija |
83 080 513 |
84 765 858 |
86 451 202 |
88 136 547 |
90 958 677 |
92 739 954 |
94 521 231 |
96 302 508 |
Is-Slovenja |
12 278 677 |
12 309 309 |
12 339 941 |
12 370 573 |
12 161 170 |
12 196 719 |
12 232 267 |
12 267 816 |
Is-Slovakkja |
25 877 815 |
26 203 808 |
26 529 801 |
26 855 793 |
26 759 746 |
27 028 129 |
27 296 513 |
27 564 896 |
Il-Finlandja |
33 497 046 |
32 977 333 |
32 457 619 |
31 937 905 |
31 771 327 |
31 185 203 |
30 599 079 |
30 012 956 |
L-Iżvezja |
43 386 459 |
42 715 001 |
42 043 544 |
41 372 087 |
39 377 620 |
38 772 710 |
38 167 800 |
37 562 890 |
Ir-Renju Unit |
358 980 526 |
354 455 751 |
349 930 975 |
345 406 200 |
360 630 247 |
357 464 952 |
354 299 657 |
351 134 362 |