Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DC0148

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U FINANZJARJU U LILL-KUMITAT TAL-IMPJIEGI Rapport dwar l-Istrument Ewropew għal Appoġġ Temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 SURE: Rendikont tas-Sitwazzjoni Wara Sitt Xhur

COM/2021/148 final

Brussell, 22.3.2021

COM(2021) 148 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U FINANZJARJU U LILL-KUMITAT TAL-IMPJIEGI

Rapport dwar l-Istrument Ewropew għal Appoġġ Temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672


SURE: Rendikont tas-Sitwazzjoni Wara Sitt Xhur


Sommarju Eżekuttiv

Strument ġdid li jirrispondi għall-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija

Dan ir-rapport huwa l-ewwel rapport biannwali dwar l-istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE, Support to mitigate Unemployment Risks in an Emergency) Huwa jirrappreżenta l-operazzjonijiet u l-użu tal-istrument sa issa u jirrieżamina l-impatti soċjoekonomiċi tiegħu. Is-SURE huwa strument ta’ kriżi, b’daqs ta’ EUR 100 biljun, li ħolqitu l-Unjoni Ewropea (UE) biex tgħin lill-Istati Membri jipproteġu l-impjiegi u l-introjti tal-ħaddiema fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19.

Is-SURE huwa espressjoni qawwija ta’ solidarjetà biex jiġu protetti l-impjiegi u l-attività ekonomika fis-Suq Uniku. Sabiex is-SURE jkun disponibbli, l-Istati Membri kollha qablu li jipprovdu garanziji bilaterali lill-UE sabiex l-Unjoni tkun tista’ tissellef mis-swieq biex tiffinanzja s-self mis-SURE.

Il-Kummissjoni pproponiet ir-Regolament SURE fit-2 ta’ April 2020 bħala parti mir-rispons inizjali tal-UE għall-pandemija. Il-Kunsill adotta r-Regolament SURE fid-19 ta’ Mejju 2020 u l-Istati Membri ppreżentaw l-ewwel talbiet formali tagħhom fil-bidu ta’ Awwissu. Madankollu, il-pakkett finanzjarju ta’ EUR 100 biljun sar disponibbli fit-22 ta’ Settembru 2020, wara li l-Istati Membri kollha ffirmaw il-ftehimiet ta’ garanzija. Il-Kummissjoni ħaffet l-implimentazzjoni tal-istrument billi ħadmet mill-qrib mal-Istati Membri u ħejjiet l-arranġamenti amministrattivi u legali kollha (eż. il-ftehimiet ta’ self bilaterali) mill-adozzjoni tar-Regolament. B’riżultat ta’ dan, l-ewwel żborż sar fit-27 ta’ Ottubru, ħames ġimgħat biss wara li l-pakkett finanzjarju sar disponibbli.

L-UE ħarġet bonds soċjali għall-ewwel darba biex tiffinanzja l-assistenza finanzjarja tas-SURE għall-Istati Membri. Dan ir-rapport jipprovdi wkoll ir-rapportar rilevanti taħt it-Taqsima 2.4 tal-Qafas għall-Bonds Soċjali SURE tal-UE, b’mod partikolari, dwar l-allokazzjoni u l-impatt tar-rikavati tas-SURE. 

Bidu qawwi

Id-domanda mill-Istati Membri għall-assistenza finanzjarja permezz tas-SURE kienet qawwija. Sa mill-bidu tiegħu, il-Kunsill alloka aktar minn 90 % tal-pakkett totali ta’ EUR 100 biljun – abbażi tal-proposti tal-Kummissjoni – lil 18-il Stat Membru. Barra minn hekk, fis-26 ta’ Frar, il-Kummissjoni pproponiet biex jipprovdi wkoll assistenza finanzjarja lill-Estonja. L-Italja (EUR 27,4 biljun), Spanja (EUR 21,3 biljun) u l-Polonja (EUR 11,2 biljun) ngħataw l-akbar tliet ammonti ta’ assistenza finanzjarja. L-ammonti li ntalbu fil-bidu tnaqqsu kemxejn biex jiġi osservat il-limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ EUR 60 biljun għal kwalunkwe wieħed mill-akbar tliet benefiċjarji skont ir-Regolament. L-Istati Membri l-oħra ngħataw l-ammonti li talbu: il-Belġju, il-Portugall u r-Rumanija ngħataw bejn EUR 4 biljun u EUR 8 biljun kull wieħed, filwaqt li l-Greċja, l-Irlanda, iċ-Ċekja, is-Slovenja u l-Kroazja ngħataw bejn EUR 1 u 3 biljun. L-Istati Membri li jifdal - is-Slovakkja, il-Litwanja, il-Bulgarija, l-Ungerija, Ċipru, Malta u l-Latvja - kollha ngħataw inqas minn EUR 1 biljun.

L-ewwel erba’ operazzjonijiet ta’ ħruġ ta’ bonds taħt is-SURE kienu ta’ suċċess kbir, u nġabru EUR 53,5 biljun minn Ottubru 2020 sa Jannar 2021. L-ewwel tranżazzjoni ta’ EUR 17-il biljun seħħet b’suċċess fl-20 ta’ Ottubru 2020, f’żewġ porzjonijiet. Ħames ġimgħat wara, b’kollox inġabru kważi EUR 40 biljun fuq żewġ tranżazzjonijiet addizzjonali li koprew aktar minn nofs it-talbiet tal-Istati Membri li talbu għal żborżamenti kbar fl-2020. Ir-raba’ tranżazzjoni, f’Jannar 2021, ġabret EUR14-il biljun oħra. Kien hemm eċċess sinifikanti ta’ applikazzjonijiet mill-investituri għall-ħarġiet, b’medja ta’ aktar minn 10 darbiet, li rriżulta f’termini ta’ pprezzar favorevoli, inkluż rendimenti negattivi fuq il-bonds b’maturitajiet ta’ 15-il sena jew inqas.

L-użu tas-SURE mill-Istati Membri benefiċjarji

Mit-18-il Stat Membru li ngħataw appoġġ permezz tas-SURE, 15-il Stat Membru għamlu dan għal għajnuna sabiex jiffinanzjaw l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. Ħafna mill-Istati Membri benefiċjarji applikaw ukoll għal appoġġ biex jiffinanzjaw “miżuri simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar”, u 14-il Stat Membru minnhom qed jiffinanzjaw miżuri biex jappoġġaw lill-ħaddiema għal rashom. Il-miżuri kollha li ressqu l-Istati Membri tqiesu bħala eliġibbli għal għajnuna finanzjarja. Dan kien ir-riżultat ta’ involviment bikri mal-Istati Membri biex l-implimentazzjoni tal-istrument tiġi ppjanata u ppreparata malajr kemm jista’ jkun, inkluż billi jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Fil-maġġoranza tal-każijiet, l-iskemi appoġġati ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar huma skemi ġodda stabbiliti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19. Disa’ Stati Membri talbu wkoll assistenza finanzjarja permezz tas-SURE biex jiffinanzjaw nefqiet relatati mas-saħħa li kienu relatati mal-emerġenza tal-COVID-19.

Fl-2020, is-SURE stima li appoġġa bejn 25 u 30 miljun persuna, li jammontaw għal kwart tal-impjiegi totali fl-Istati Membri benefiċjarji. Dan ikopri madwar 21½ miljun impjegat u 5 miljun ħaddiem għal rasu u għandu jiġi mqabbel ma’ total ta’ 35 miljun persuna li bbenefikaw minn skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar fl-UE. Abbażi tar-rapportar mill-Istati Membri, huwa stmat li bejn 1½ miljun u 2½ miljun ditta, jew 12 – 16% tad-ditti fl-Istati Membri benefiċjarji, ngħataw appoġġ permezz tas-SURE fl-2020. Madankollu, dan ir-rapportar mhuwiex komplut u huwa irregolari bejn l-Istati Membri.

Sa tmiem l-2020, 80 % tan-nefqa pubblika totali ppjanata dwar miżuri eliġibbli kienet diġà seħħet. Ir-rapport jippreżenta l-użu ppjanat u attwali tal-assistenza finanzjarja mogħtija permezz tas-SURE, abbażi ta’ data rrapportata mill-Istati Membri benefiċjarji kollha ħlief wieħed. Ir-rapportar aġġornat mill-Istati Membri wera xi posponiment tan-nefqa pubblika lejn tmiem il-perjodu. Dawn nefqu inqas milli kien mistenni oriġinarjament fl-2020 u ppjanaw li jonfqu iktar fl-2021 u fl-2022 milli rrapportaw inizjalment f'Awwissu 2020.

Kważi l-Istati Membri kollha diġà nefqu jew jippjanaw li jonfqu l-ammont totali li ngħataw permezz tas-SURE. Tliet Stati Membri attwalment jirrapportaw nefqa pubblika ppjanata aktar baxxa mill-ammont li ngħataw permezz tas-SURE. Dawn l-Istati Membri indikaw li diġà ħadu miżuri jew beħsiebhom jeħduhom, jekk ikun meħtieġ, biex jużaw l-assistenza finanzjarja kollha li ngħataw, inkluż, f’xi każijiet, jestendu t-tul tal-miżuri previsti fid-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill rispettivi. Partikolarment f’dawn l-Istati Membri, jenħtieġ li jsir monitoraġġ tal-assorbiment tal-fondi.

L-ewwel valutazzjoni tal-impatt tas-SURE

Huwa ċar li ż-żieda fir-rati tal-qgħad fl-2020 fl-Istati Membri benefiċjarji kienet inqas milli waqt il-kriżi finanzjarja globali, minkejja t-tnaqqis aktar sever fil-PDG fl-2020. Il-kapaċità ta’ rispons tal-qgħad għall-bidliet fl-output fl-2020 kienet aktar dgħajfa milli mistenni fl-Istati Membri benefiċjarji, abbażi ta’ xejriet storiċi. Iż-żieda aktar baxxa fir-rati tal-qgħad fl-2020 toffri l-ewwel indikazzjoni tas-suċċess tal-miżuri nazzjonali u tal-UE għall-appoġġ tal-politika, inkluż is-SURE.

L-impatt tas-SURE jmur lil hinn mill-preservazzjoni tal-impjiegi. Aktarx li s-SURE kkontribwixxa għaż-żieda fil-fiduċja ġenerali fil-kapaċità tal-UE li tirrispondi b’mod effettiv għal kriżi bla preċedent. Permezz tas-SURE, l-UE appoġġat u ħeġġet l-użu ta’ politiki ta’ xogħol b’ħinijiet aqsar fl-Istati Membri. Il-maġġoranza tal-Istati Membri benefiċjarji indikaw li s-SURE għandu rwol fid-deċiżjoni tagħhom li jadottaw skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew li jimmodifikaw skema eżistenti.

Bħala element bikri tar-rispons tal-politika tal-UE, is-SURE saħħaħ il-fiduċja tal-Istati Membri biex jissellfu u jonfqu aktar milli kieku kien jagħmlu. Fi stħarriġ, il-maġġoranza tal-Istati Membri benefiċjarji indikaw li l-appoġġ permezz tas-SURE kellu rwol fiż-żieda temporanja tal-kopertura u l-ġenerożità tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u fil-finanzjament ġenerali tal-politiki biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19.

L-assistenza finanzjarja permezz tas-SURE ġġenerat ukoll iffrankar fuq il-pagamenti tal-imgħax f’għadd ta’ Stati Membri. Is-self mis-SURE ġeneralment offra lill-Istati Membri termini ta’ finanzjament aktar favorevoli mill-ħruġ sovran tagħhom stess. B’riżultat ta’ dan, huwa stmat li l-Istati Membri ffrankaw total ta’madwar EUR 5,8 biljun matul l-ewwel erba’ operazzjonijiet ta’ ħruġ tas-SURE, jiġifieri sal-iżborż tat-2 ta’ Frar 2021. Billi huwa mistenni li t-termini ta’ finanzjament tas-SURE jibqgħu favorevoli, aktarx li żborżamenti ulterjuri jiġġeneraw iffrankar addizzjonali.

Il-kontinwazzjoni tal-okkorrenzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw lis-SURE

Ir-rapport jiddiskuti wkoll il-kontinwazzjoni tal-okkorrenzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-istrument SURE, jiġifieri ż-żieda mill-ġdid tal-infezzjonijiet mill-ħarifa ’l hawn. Dan, flimkien mat-tfaċċar ta’ varjanti ġodda u aktar kontaġjużi tal-coronavirus, ġiegħel lil ħafna Stati Membri jerġgħu jintroduċu jew jissikkaw il-miżuri ta’ konteniment. Dawn ir-restrizzjonijiet waqqfu l-irkupru wara li ġie reġistrat li l-attività ekonomika rkuprat fit-tielet trimestru tal-2020. L-irkupru qawwi fl-industrija jikkuntrasta mal-attività dgħajfa fis-servizzi, u l-aħħar restrizzjonijiet għal darb’oħra kellhom impatt qawwi fuq setturi li jirrikjedu ħafna ħaddiema bħall-ospitalità, id-divertiment u t-turiżmu. Filwaqt li huwa mistenni li l-attività terġa’ tirpilja b’mod moderat fit-tieni trimestru u b’mod aktar vigoruż fit-tielet trimestru, l-inċertezza u r-riskji marbuta mal-perspettiva ekonomika għadhom għoljin, skont it-Tbassir tax-Xitwa 2021 tal-Kummissjoni.



Introduzzjoni

L-Unjoni Ewropea (UE) ħolqot l-istrument għall-Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) biex tgħin lill-Istati Membri jipproteġu l-impjiegi u l-introjtu tal-ħaddiema matul il-pandemija. Dan l-istrument isegwi l-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni bħala għodda li tipproteġi liċ-ċittadini tagħna matul xokkijiet esterni 1 . B’mod speċifiku, għandu l-għan li jirrispondi għall-effetti ekonomiċi, soċjali u dawk relatati mas-saħħa diretti tat-tifqigħa tal-COVID-19 billi jipprovdi assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Istati Membri li jitolbuha fil-forma ta’self b’kundizzjonijiet favorevoli. Hemm assistenza finanzjarja ta’ massimu ta’ EUR 100 biljun disponibbli permezz tas-SURE biex tgħin fil-finanzjament tal-iskemi tal-Istati Membri ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili li għandhom l-għan li jipproteġu lill-impjegati u lill-ħaddiema għal rashom, u bħala anċillari, il-miżuri relatati mas-saħħa, b’mod partikolari fuq il-post tax-xogħol.

Is-SURE jikkomplementa l-isforzi nazzjonali u joffri t-tieni linja ta’ difiża biex jipproteġi lill-impjegati u lill-ħaddiema għal rashom kontra r-riskju tal-qgħad u t-telf ta’ introjtu. Bil-preservazzjoni tar-rabta bejn il-ħaddiema u l-impjegaturi tagħhom, is-SURE jipproteġi wkoll il-kapaċità produttiva tal-ekonomija u, għaldaqstant, huwa mistenni li jikkontribwixxi għal irkupru aktar b’saħħtu tal-attività ekonomika ladarba tgħaddi l-pandemija.

Il-kisbiet ewlenin tas-SURE sa Frar 2021 huma enfasizzati f'dan ir-rapport u jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

-huwa stmat li 25 – 30 miljun persuna u minn 1½ sa 2½ miljun ditta ġew appoġġati permezz tas-SURE

-18-il Stat Membru ngħataw assistenza finanzjarja permezz tas-SURE u huwa mistenni li jiżdied Stat Membru ieħor dalwaqt.

-Ġew allokati aktar minn EUR 90 biljun u ġew żborżati aktar minn EUR 53 biljun

-Sa issa 5 % tal-assistenza finanzjarja ġiet allokata għal miżuri relatati mas-saħħa

-Diġà seħħet 80 % tan-nefqa pubblika mistennija mill-Istati Membri

-Huwa stmat li l-Istati Membri ffrankaw EUR 5,8 biljun f’pagamenti tal-imgħax

Dan ir-rapport huwa l-ewwel rapport biannwali dwar is-SURE. Il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) adottatu f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 (ir-Regolament SURE) 2 biex twettaq l-obbligu tagħha li tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) u lill-Kumitat tal-Impjiegi fi żmien sitt xhur minn meta ġie attivat l-istrument SURE fit-22 ta’ Settembru 2020. Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-użu tal-assistenza finanzjarja, inkluż ammonti pendenti u l-iskeda ta’ ripagamenti applikabbli taħt is-SURE, u dwar il-kontinwazzjoni taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-Regolament SURE (il-pandemija tal-COVID-19). Dan huwa l-ewwel rapport għal dan l-iskop, li l-Kummissjoni tadotta. Rapporti sussegwenti se jsegwu kull sitt xhur sakemm jibqa’ disponibbli s-SURE 3 . Id-data limitu għall-inklużjoni tal-informazzjoni f’dan ir-rapport kienet is-26 ta’ Frar 2021.

Is-SURE huwa wkoll l-ewwel istanza fejn l-UE toħroġ bonds soċjali biex tiffinanzja l-assistenza finanzjarja tal-UE għall-Istati Membri, u tibni fuq l-impenn tagħha għal finanzjament sostenibbli. L-UE adottat u ppubblikat Qafas għall-Bonds Soċjali SURE tal-UE (il-Qafas) biex tiffaċilita dan l-impenn 4 . Dan jispjega li r-riżorsi tas-SURE se jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri soċjali eliġibbli. It-Taqsima 2.4 ta’ dan il-Qafas tirrikjedi li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-allokazzjoni tar-rikavati tas-SURE u l-impatt tagħhom. Dan ir-rapport se jissodisfa wkoll dak l-obbligu.

Dan ir-rapport jiddeskrivi l-operazzjonijiet u l-użu tal-istrument SURE sa issa u jirrieżamina l-impatti soċjoekonomiċi tiegħu. Huwa strutturat f’sitt taqsimiet. It-Taqsima I tfakkar il-passi ewlenin li ħadu l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri biex jistabbilixxu u jimplimentaw is-SURE. It-Taqsima II tiddeskrivi liema Stati Membri jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja permezz tas-SURE, inkluż l-ammonti pendenti mgħotija u żborżati u l-iskedi ta’ ripagamenti. It-Taqsima III tiġbor fil-qosor in-nefqa pubblika tal-Istati Membri fuq miżuri nazzjonali appoġġati mis-SURE 5 . Din it-taqsima hija kkomplementata minn ħarsa ġenerali lejn dawn l-iskemi fl-Anness 1. It-Taqsima IV twettaq analiżi preliminari tal-impatt tas-SURE, inkluż l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-impjiegi u l-imgħax li ffrankaw l-Istati Membri minħabba l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament favorevoli li tgawdi minnhom l-UE. It-Taqsima V tiddiskuti l-impatt kontinwu tal-pandemija tal-COVID-19 li jiġġustifika l-kontinwazzjoni tas-SURE. It-Taqsima VI tipprovdi r-rapportar rilevanti li ttieħed l-impenn li jsir skont it-Taqsima 2.4 tal-Qafas għall-Bonds Soċjali SURE tal-UE, li ngħaqad f’dan ir-rapport.

I.L-istrument SURE u l-operazzjonalizzazzjoni tiegħu

Il-Kummissjoni pproponiet is-SURE fit-2 ta’ April 2020 bħala parti mir-rispons inizjali tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19 biex tappoġġa lill-Istati Membri 6 . Abbażi ta’ din il-proposta, il-Kunsill adotta r-Regolament SURE fid-19 ta’ Mejju 2020. Imbagħad, il-Kummissjoni bdiet immedjatament bil-preparamenti tal-passi meħtieġa biex tiżgura li l-istrument SURE jkun jista’ jsir disponibbli fil-ħin u jiġi implimentat malajr f’kooperazzjoni mill-qrib mas-27 Stat Membru kollha.

Sabiex is-SURE jsir disponibbli, l-Istati Membri qablu li jikkontribwixxu b’mod volontarju għall-istrument b’kontrogaranzija għar-riskju mġarrab mill-UE. L-Unjoni stabbiliet sistema ta’ garanziji, iffirmati b’mod volontarju mill-Istati Membri u bħala miżura skont l-Artikolu 122(1) tat-TFUE. Għal dan l-għan, is-27 Stat Membru kollha qablu li jipprovdu garanzija irrevokabbli, bla kundizzjonijiet u fuq talba għal 25 % tal-pakkett totali tas-SURE ta’ EUR 100 biljun, jiġifieri EUR 25 biljun 7 . Bħala tali, is-SURE ma setax ikun disponibbli sakemm is-27 Stati Membri kollha kkonkludew u ffirmaw il-ftehimiet ta’ garanzija mal-Kummissjoni fuq bażi bilaterali. Is-sehem ta’ kull Stat Membru fl-ammont ġenerali tal-garanziji jikkorrispondi għas-sehem ta’ kull Stat Membru fl-introjtu nazzjonali gross tal-UE, f’konformità mal-parti tad-dħul tal-2020 tal-Baġit tal-UE. L-użu tal-garanziji ppermetta l-istabbiliment tas-SURE mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda kontribuzzjoni bil-quddiem fi flus jew kwalunkwe kapital imħallas mill-Istati Membri.

It-twaqqif ta’ sistema ta’ garanziji pprovduti b’mod volontarju mill-Istati Membri kollha tal-UE huwa espressjoni qawwija ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri madwar l-UE. Dan ippermetta li l-UE tagħti assistenza finanzjarja ta’ ordni ta’ kobor suffiċjenti biex l-Istati Membri jipproteġu l-impjiegi u l-introjti matul il-kriżi tal-COVID-19. Il-proċessi nazzjonali ta’ approvazzjoni tas-27 Stat Membru tlestew matul is-sajf tal-2020. Konsegwentement, is-SURE kien disponibbli fit-22 ta’ Settembru 2020.

Ir-Regolament SURE jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura biex l-Istati Membri japplikaw għal assistenza finanzjarja permezz tal-istrument. L-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ finanzjarju jekk in-nefqa pubblika attwali jew ippjanata tagħhom żdiedet f’daqqa u b’mod sever mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-varar ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili biex itaffu l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 8 . Abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jista’ jagħti assistenza finanzjarja permezz tas-SURE permezz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (CID, Council Implementing Decision) 9 . Il-perjodu ta’ disponibbiltà li matulu tista’ tingħata assistenza finanzjarja permezz tal-istrument SURE jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2022 10 .

Il-Kummissjoni kompliet bl-implimentazzjoni tas-SURE immedjatament wara li l-Kunsill approva r-Regolament. Hija bdiet tinvolvi ruħha mas-27 Stat Membru kollha immedjatament wara li r-Regolament SURE ġie adottat f’Mejju 2020. Staqsiet jekk l-Istati Membri jitolbux assistenza finanzjarja permezz tas-SURE bil-ħsieb li tippjana u tħejji malajr kemm jista’ jkun l-implimentazzjoni tal-istrument ladarba dan isir disponibbli wara l-iffirmar tal-garanziji bilaterali. Wara li rċeviet talbiet formali għall-appoġġ, il-Kummissjoni ppreżentat proposti biex tingħata assistenza finanzjarja lil 15-il Stat Membru fl-24 ta’ Awwissu 2020, segwiti bi proposta oħra fil-25 ta’ Awwissu. Wara li s-SURE sar disponibbli fit-22 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill adotta s-CIDs biex jagħti assistenza finanzjarja għas-16-il Stat Membru kollha (ara t-Tabella 1). Fl-aħħar trimestru tal-2020, il-Kunsill adotta żewġ CIDs addizzjonali u sal-lum l-għadd totali ta’ Stati Membri benefiċjarji taħt l-istrument SURE jammonta għal 18 b’kollox. Fil-bidu ta’ Frar 2021, Stat Membru ieħor applika uffiċjalment għal appoġġ permezz tas-SURE u fis-26 ta’ Frar il-Kummissjoni pproponiet li tipprovdilu appoġġ. Din l-iskeda ta’ żmien tal-avvenimenti hija spjegata fit-Tabella 1.

Tabella 1: Skeda ta’ żmien tal-implimentazzjoni tas-SURE

·it-2 ta’ April 2020

Il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien tas-SURE

·id-19 ta’ Mejju 2020

Il-Kunsill japprova l-proposta u jadotta r-Regolament SURE

·l-24 ta’ Awwissu 2020

Il-Kummissjoni pproponiet appoġġ finanzjarju ta’ EUR 81,4 biljun għal 15-il Stat Membru: il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, iċ-Ċekja, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, il-Litwanja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja

·il-25 ta’ Awwissu 2020

Il-Kummissjoni pproponiet appoġġ finanzjarju ta’ EUR 5,9 biljun għall-Portugall

·it-22 ta’ Settembru 2020

Is-SURE sar disponibbli

·il-25 ta’ Settembru 2020

Il-Kunsill iddeċieda li jagħti appoġġ finanzjarju lil 16-il Stat Membru

·is-7 ta’ Ottubru 2020

Il-Kummissjoni pproponiet appoġġ finanzjarju ta’ EUR 504 miljun lill-Ungerija

·it-23 ta’ Ottubru 2020

Il-Kunsill iddeċieda li jagħti appoġġ finanzjarju ta’ EUR 504 miljun lill-Ungerija

·is-16 ta’ Novembru 2020

Il-Kummissjoni pproponiet appoġġ finanzjarju ta’ EUR 2,5 biljun lill-Irlanda

·l-4 ta’ Diċembru 2020

Il-Kunsill iddeċieda li jagħti appoġġ finanzjarju ta’ EUR 2,5 biljun lill-Irlanda

·is-26 ta’ Frar 2021

Il-Kummissjoni pproponiet appoġġ finanzjarju ta’ EUR 230 miljun lill-Estonja

Kull Stat Membru li jibbenefika minn assistenza finanzjarja permezz tas-SURE ġie mitlub jiffirma ftehim ta’ self mal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-karatteristiċi tas-self 11 . Ir-Regolament SURE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tissellef f’isem l-Unjoni fis-swieq finanzjarji jew ma’ istituzzjonijiet finanzjarji, u tista’ wkoll tiżborża assistenza finanzjarja mogħtija mill-Kunsill permezz tas-SURE lill-Istati Membri benefiċjarji. Ħafna mill-ftehimiet ta’ self (inklużi t-Talbiet għal Fondi u Opinjonijiet Ġuridiċi) ġew iffirmati fl-aħħar trimestru tal-2020, li ppermetta li l-Kummissjoni toħroġ bonds SURE, b’bidu fl-20 ta’ Ottubru 2020 meta bi ħruġ inawgurali. Minħabba d-daqs tas-self fis-swieq finanzjarji, dawn il-bonds inħarġu f’porzjonijiet, f’erba’ okkażjonijiet sal-aħħar ta’ Jannar 2021. Il-fondi li nġabru ġew żborżati lill-Istati Membri f’pagamenti parzjali, fi żmien ġimgħa mill-ħruġ 12 . Il-bonds SURE nħarġu taħt Qafas ġdid ta’ Bonds Soċjali tal-UE, billi l-appoġġ li tat l-UE lill-Istati Membri permezz tal-istrument isegwi l-objettiv soċjali li jiġu ppreservati l-impjiegi, jiġu sostnuti l-introjti tal-familji u tiġi appoġġata l-ekonomija kollha kemm hi. It-termini favorevoli li l-Kummissjoni kisbet bis-self tagħha għas-SURE ngħaddew direttament lill-Istati Membri permezz ta’ self back-to-back 13 (ara t-Taqsima II).

II.L-użu tal-assistenza finanzjarja permezz tas-SURE: l-ammonti mogħtija u żborżati u aspetti finanzjarji oħra 

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn l-Istati Membri benefiċjarji u l-ammonti li ta l-Kunsill kif ukoll l-iżborżi, l-ammonti pendenti u l-iskeda tar-ripagamenti applikabbli.

(i) Ħarsa ġenerali lejn l-Istati Membri benefiċjarji u l-ammonti mogħtija mill-Kunsill

Id-domanda mill-Istati Membri għal assistenza finanzjarja permezz tas-SURE kienet qawwija sa mill-bidu, u ġew allokati aktar minn 90 % tal-pakkett totali ta’ EUR 100 biljun. Tmintax-il Stat Membru applikaw għal assistenza finanzjarja, u l-Kunsill tahielhom, għal ammont totali ta’ EUR 90,3 biljun (ara t-Tabella 2). Fi Frar 2021 Stat Membru ieħor (id-19-il wieħed) talab assistenza finanzjarja permezz tas-SURE 14 .

L-Italja (EUR 27,4 biljun), Spanja (EUR 21,3 biljun) u l-Polonja (EUR 11,2 biljun) ngħataw l-akbar tliet ammonti għall-assistenza finanzjarja. Kollettivament, dawn l-akbar tliet Stati Membri laħqu l-limitu ta’ konċentrazzjoni tas-SURE, li jispeċifika li s-selfiet maħruġa lit-tliet Stati Membri li jirrappreżentaw l-akbar sehem mis-self ma għandux jaqbeż 60 % tal-pakkett totali ta’ EUR 100 biljun, jiġifieri EUR 60 biljun 15 .



Tabella 2: Ħarsa ġenerali lejn l-appoġġ li ngħata permezz tas-SURE

Stat Membru

Ammont mogħti (EUR)

Data tal-Għoti

Referenza tas-CID

Il-Belġju

7 803 380 000

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1342

Il-Bulgarija

511 000 000

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1343

Ċipru

479 070 000

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1344

Iċ-Ċekja

2 000 000 000

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1345

Il-Greċja

2 728 000 000

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1346

Spanja

21 324 820 449

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1347

Il-Kroazja

1 020 600 000

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1348

L-Italja

27 438 486 464

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1349

Il-Litwanja

602 310 000

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1350

Il-Latvja

192 700 000

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1351

Malta

243 632 000

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1352

Il-Polonja

11 236 693 087

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1353

Il-Portugall

5 934 462 488

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1354

Ir-Rumanija

4 099 244 587

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1355

Is-Slovenja

1 113 670 000

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1356

Is-Slovakkja

630 883 600

Settembru 2020

CID (UE) 2020/1357

L-Ungerija

504 330 000

Ottubru 2020

CID (UE) 2020/1561

L-Irlanda

2 473 887 900

Diċembru 2020

CID (UE) 2020/2005

Total

90 337 170 575

(ii) L-iżborż, l-ammonti pendenti u l-iskeda tar-ripagamenti applikabbli

Il-Kummissjoni hija responsabbli mill-operazzjonijiet mutwatarji. F’konformità mar-Regolament SURE, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tissellef riżorsi fis-swieq tal-kapital jew mal-istituzzjonijiet finanzjarji f’isem l-Unjoni biex tiffinanzja s-selfiet mogħtija permezz tas-SURE (self back-to-back) 16 .

Il-Kummissjoni bdiet tissellef riżorsi f’isem l-UE fis-swieq kapitali billi ħarġet bonds soċjali ftit wara li ġew iffirmati l-ftehimiet dwar is-self f’Ottubru 2020. Il-ħruġ tal-bonds ipproċeda abbażi ta’ sensiela ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji. Sa issa twettqu total ta’ erba’ tranżazzjonijiet, kif hawn spjegat hawn taħt. Il-ħruġ kien ta’ suċċess kbir, b’interess qawwi mill-investituri li rriżulta f’termini ta’ pprezzar favorevoli fis-segmenti kollha (ara t-Tabella 3). Fl-aħħar ta’ Frar 2021, total ta’ 15-il Stat Membru rċevew EUR 53,5 biljun f’erba’ żborżi, li jirrappreżenta 59 % mill-fondi ta’ EUR 90,3 biljun mitluba. Il-bonds soċjali tas-SURE nħarġu b’maturitajiet li jvarjaw minn 5 snin sa 30 sena, u dan jirriżulta fi żborżi lill-Istati Membri b’maturità medja ta’ 14,5-il sena 17 . It-Tabella 5 tagħti ħarsa ġenerali lejn l-ammonti żborżati lill-Istati Membri sa issa, skont it-tranżazzjoni tas-self u l-maturità. Tiddeskrivi wkoll l-ammonti pendenti li għadhom iridu jiġu żborżati lil kull Stat Membru.



Tabella 3: Statistiki ewlenin tat-Tranżazzjonijiet tas-Self tal-UE permezz tas-SURE (EUR)

Tranżazzjoni

SURE #1

SURE #2

SURE #3

SURE #4

Data

20 Ott 2020

10 Nov 2020

24 Nov 2020

26 Jan 2021

Segment

10 snin

20 sena

5 snin

30 sena

15-il sena

7 snin

30 sena (tap)

Daqs tal-bond

10 bn

7 bn

8 bn

6 bn

8,5 bn

10 bn

4 bn

Rendiment

-0,238 %

0,131 %

-0,509 %

0,317 %

-0,102 %

-0,497 %

0,134 %

Marġni

MS + 3 punti bażi

MS +14-il punt bażi

MS - 9 punti bażi

MS + 21 punt bażi

MS - 5 punti bażi

MS - 16-il punt bażi

MS + 5 punti bażi

Konċessjoni ta’ Ħruġ Ġdid

+ 1 punt bażi

+ 2 punti bażi

+ 1,5 punt bażi

+ 2,5 punti bażi

+ 1 punt bażi

+ 1 punt bażi

+ 1 punt bażi

Domanda totali tal-investituri

145 bn

88 bn

105 bn

70 bn

114 bn

83 bn

49 bn

Proporzjon ta’ talbiet riċevuti u talbiet aċċettati (bid-to-cover ratio)

15

13

13

12

13

8

12

Nota: Dawn l-istatistiki jirreferu għas-selfiet tal-Kummissjoni f’isem l-Unjoni. MS tirreferi għar-rati tal-midswap. Il-konċessjoni ta’ ħruġ ġdid tirreferi għall-primjum imħallas lill-investituri li jixtru bond ta’ ħruġ ġdid fuq il-firxa li fiha l-bonds korrispondenti jkunu mistennija li jiġu nnegozjati fis-suq sekondarju.

L-ewwel tranżazzjoni SURE ta’ EUR 17-il biljun seħħet b’suċċess fl-20 ta’ Ottubru 2020, f’żewġ porzjonijiet. Il-ħruġ kien jikkonsisti f’żewġ bonds, b’EUR 10 biljun li għandhom jitħallsu lura f’Ottubru 2030 u b’EUR 7 biljun li għandhom jitħallsu lura fl-2040. L-investituri wrew interess qawwi ħafna f’dan l-istrument bi klassifikazzjoni għolja, u t-talba għall-bonds kienet 13-il darba aktar minn dak li nħareġ għall-bejgħ. Fis-27 ta’Ottubru 2020, il-fondi ġew żborżati lill-Italja, il-Polonja u Spanja.

It-tieni tranżazzjoni SURE ġiet eżegwita fl-10 ta’Novembru 2020 għal ammont totali ta’ EUR 14-il biljun. Dan il-ħruġ inqasam ukoll fuq żewġ maturitajiet distinti: EUR 8 biljun dovuti f’Novembru 2025 u EUR 6 biljun dovuti f’Novembru 2050. Il-fondi ġew żborżati lill-Kroazja, Ċipru, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, is-Slovenja u Spanja.

It-tielet tranżazzjoni, b’porzjon wieħed, ġiet eżegwita b’suċċess fl-24 ta’ Novembru 2020 għal EUR 8,5 biljun bond dovut f’Lulju 2035. Il-bond soċjali ta’ 15-il sena ġabar l-akbar ktieb tal-ordnijiet li qatt kien hemm għal kwalunkwe ħruġ ta’ parametru referenzjarju ta’ segment wieħed u stampa l-akbar daqs ta’ tranżazzjoni ta’ 15-il sena fl-ispazju tas-Sovrani, Supranazzjonali u Aġenziji (SSA) li qatt kien hemm sal-lum. Il-fondi ġew żborżati lill-Belġju, l-Ungerija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovakkja fl-1 ta’ Diċembru 2020.

Ir-raba’ tranżazzjoni u l-ewwel waħda tal-2021 twettqet, b’porzjon doppju, fis-26 ta’ Jannar 2021. Il-bond soċjali ta’ EUR 14-il biljun inqasam bejn EUR 10 biljun dovuti f’Ġunju 2028 u tap ta’ EUR 4 biljun għall-bond eżistenti dovuti f’Novembru 2050. It-talba għall-bonds kienet aktar minn 8 u 12-il darba aktar minn dak li ħareġ għall-bejgħ, rispettivament, u l-bond ta’ seba’ snin ġie pprezzat b’rendiment negattiv ta’ -0,497 % filwaqt li l-bond ta’ 30 sena ġie pprezzat għal 0,134 %, li huwa riżultat pożittiv għal din il-maturità. Fit-2 ta’ Frar 2021, il-fondi ġew żborżati lill-Belġju, Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, il-Polonja, is-Slovenja, Spanja, il-Greċja u l-Italja.

Ir-rapportar dwar l-iskeda tar-ripagamenti hija ppreżentata fit-Tabella 4. Ir-ripagamenti tal-kapital tas-self huma dovuti bejn l-2025 u l-2050. Il-pagamenti tal-imgħax huma dovuti kull sena.

Tabella 4: Skeda tar-ripagamenti tas-Self Pendenti tal-UE permezz tas-SURE

Sena kalendarja

Kapital

Mgħax

Total SURE

2021

 

32,960,000 

32 960 000

2022

 

37 000 000

37 000 000

2023

 

37 000 000

37 000 000

2024

 

37 000 000

37 000 000

2025

8 000 000 000

37 000 000

8 037 000 000

2026

 

37 000 000

37 000 000

2027

 

37 000 000

37 000 000

2028

10 000 000 000

37 000 000

10 037 000 000

2029

 

37 000 000

37 000 000

2030

10 000 000 000

37 000 000

10 037 000 000

2031

 

37 000 000

37 000 000

2032

 

37 000 000

37 000 000

2033

 

37 000 000

37 000 000

2034

 

37 000 000

37 000 000

2035

8 500 000 000

37 000 000

8 537 000 000

2036

 

37 000 000

37 000 000

2037

 

37 000 000

37 000 000

2038

 

37 000 000

37 000 000

2039

 

37 000 000

37 000 000

2040

7 000 000 000

37 000 000

7 037 000 000

2041

 

30 000 000

30 000 000

2042

 

30 000 000

30 000 000

2043

 

30 000 000

30 000 000

2044

 

30 000 000

30 000 000

2045

 

30 000 000

30 000 000

2046

 

30 000 000

30 000 000

2047

 

30 000 000

30 000 000

2048

 

30 000 000

30 000 000

2049

 

30 000 000

30 000 000

2050

10 000 000 000

30 000 000

10 030 000 000

Total

53 500 000 000

1 035 960 000

54 535 960 000

Tabella 5: Żborżi lill-Istati Membri permezz tas-SURE (f’biljuni ta’ EUR)

Pajjiż

Ammont inizjali tas-selfa

L-ewwel ħruġ tal-UE permezz tas-SURE  
Tranżazzjoni: 20.10.2020  
Żborż: 27.10.2020

It-tieni ħruġ tal-UE permezz tas-SURE 
Tranżazzjoni: 10.11.2020 
Żborż: 17.11.2020

It-tielet ħruġ tal-UE permezz tas-SURE 
Tranżazzjoni: 24.11.2020 
Żborż: 01.12.2020

Ir-raba’ ħruġ tal-UE permezz tas-SURE 
Tranżazzjoni: 26.01.2021 
Żborż: 02.02.2021

Total SURE

% tat-total mitlub

Maturità medja (snin)

Ammont pendenti li għandu jiġi żborżat

10 snin

20 sena

Total

5 snin

30 sena

Total

15-il sena

7 snin

30 sena

Total

Il-Belġju

7,80

2,0

1,3

0,7

2,0

4,0

51 %

14,9

3,8

Il-Bulgarija

0,51

0,5

Ċipru

0,48

0,2

0,1

0,3

0,2

0,1

0,2

0,5

100 %

14,7

0,0

Iċ-Ċekja

2,00

2,0

Il-Greċja

2,73

1,0

1,0

2,0

0,7

0,7

2,7

100 %

14,8

0,0

Spanja

21,32

3,5

2,5

6,0

2,9

1,2

4,0

1,0

1,0

11,0

52 %

14,9

10,3

Il-Kroazja

1,02

0,3

0,2

0,5

0,0

0,5

50 %

13,3

0,5

L-Ungerija

0,50

0,2

0,2

0,1

0,3

0,5

100 %

14,7

0,0

L-Irlanda

2,47

2,5

L-Italja

27,44

5,5

4,5

10,0

3,1

3,4

6,5

4,5

4,5

21,0

76 %

14,0

6,5

Il-Litwanja

0,60

0,2

0,1

0,3

0,0

0,3

50 %

13,3

0,3

Il-Latvja

0,19

0,1

0,0

0,1

0,0

0,0

0,1

0,2

100 %

14,8

0,0

Malta

0,24

0,1

0,0

0,1

0,0

0,1

49 %

13,3

0,1

Il-Polonja

11,24

1,0

1,0

2,6

1,7

4,3

5,3

47 %

14,9

6,0

Il-Portugall

5,93

3,0

0,0

3,0

51 %

14,6

2,9

Ir-Rumanija

4,10

3,0

0,0

3,0

73 %

14,6

1,1

Is-Slovenja

1,11

0,2

0,2

0,5

0,4

0,9

1,1

100 %

14,8

0,0

Is-Slovakkja

0,63

0,3

0,0

0,3

48 %

14,6

0,3

Total

90,3

10,0

7,0

17,0

8,0

6,0

14,0

8,5

10,0

4,0

14,0

53,5

59 %

14,5

36,8

III.L-użu tal-istrument SURE: nefqa pubblika u miżuri nazzjonali koperti mis-SURE

Din it-taqsima tiġbor fil-qosor in-nefqa pubblika u l-miżuri nazzjonali mill-Istati Membri koperti mis-SURE.

3.1 Nefqa attwali u ppjanata appoġġata mis-SURE

Din it-taqsima tiddeskrivi l-użu ppjanat u attwali tal-assistenza finanzjarja mogħtija permezz tas-SURE, abbażi ta’ data rrapportata minn 17-il Stat Membru lill-Kummissjoni. 18 L-Istati Membri benefiċjarji għandhom jużaw l-assistenza finanzjarja permezz tas-SURE primarjament b’appoġġ għall-iskemi tagħhom ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili, speċjalment għall-ħaddiema għal rashom, u, fejn applikabbli, b’appoġġ għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa, b’mod partikolari dawk fuq il-post tax-xogħol 19 . L-ewwel se tiġi ppreżentata l-allokazzjoni tan-nefqa pubblika, segwita mill-istima tal-kopertura tal-impjegati u tad-ditti tas-SURE. Il-preżentazzjoni se tkun ibbażata fuq żewġ iterazzjonijiet ta’ rapportar mill-Istati Membri: f’Awwissu 2020 fiż-żmien tat-talba tagħhom għal assistenza finanzjarja permezz tas-SURE (“rapportar inizjali”), u għal darb’oħra fl-aħħar ta’ Jannar u fil-bidu ta’ Frar 2021 (“rapportar aġġornat”). L-informazzjoni hija ppreżentata kif irrapportawha l-Istati Membri 20 .

L-ewwel nett, fl-aħħar tal-2020, 80 % tan-nefqa pubblika totali ppjanata dwar miżuri eliġibbli kienet diġà seħħet 21 . L-assistenza finanzjarja permezz tas-SURE ngħatat biex tgħin lill-Istati Membri jlaħħqu ma’ żidiet f’daqqa u severi fin-nefqa pubblika attwali li ilhom jesperjenzaw mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili biex jindirizzaw l-effetti soċjoekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19. Ippermettiet ukoll li l-assistenza finanzjarja tintuża għal żidiet ippjanati fin-nefqiet pubbliċi fuq dawn il-miżuri. F’Ġunju 2020, in-nefqa pubblika mġarrba appoġġata mis-SURE kienet tinkludi 46 % tan-nefqa pubblika totali, u din iċ-ċifra telgħet għal 80 % f’Diċembru 2020. Il-Graff 1 turi l-evoluzzjoni ta’ dan il-proporzjon mill-introduzzjoni tas-SURE.



Graff 1: Evoluzzjoni ta’ kull xahar tan-nefqa pubblika permezz tas-SURE (imġarrba u ppjanata)

Nota: In-nefqa kemxejn negattiva f’Lulju 2021 hija dovuta għal pagamenti kbar mistennija mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’appoġġ għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar f’dak ix-xahar.

It-tqabbil tar-rapportar inizjali u aġġornat mill-Istati Membri juri li dawn nefqu inqas milli kien mistenni oriġinarjament fl-2020. L-istima tan-nefqa pubblika attwali bejn Frar u Ġunju 2020 naqset b’EUR 1,3 biljun fl-aktar rapport riċenti (ara l-Graff 2). Fiż-żmien meta l-Istati Membri applikaw għas-SURE, dawn stennew li jonfqu EUR 90,0 biljun fuq miżuri eliġibbli għas-SURE matul l-2020. Fl-aħħar mill-aħħar dawn nefqu EUR 79,3 biljun, EUR 9,6 biljun inqas milli stennew.

Ir-rapportar aġġornat mill-Istati Membri wera xi posponiment tan-nefqa pubblika lejn tmiem il-perjodu. Nofs l-Istati Membri ġarrbu nefqa pubblika ogħla fl-ewwel nofs tal-2020 milli stmaw f’Awwissu 2020, filwaqt li nofs l-Istati Membri ġarrbu inqas (ara l-Graff 3). Fiż-żewġ Stati Membri bl-ogħla żieda fin-nefqa fl-ewwel nofs tal-2020, in-nefqa mbagħad naqset fit-tieni nofs tas-sena. Disa’ Stati Membri rrapportaw nefqa pubblika aktar baxxa fit-tieni nofs tal-2020 milli kien mistenni fil-bidu. F’ħafna każijiet, dan huwa assoċjat ma’ nefqa ppjanata ogħla fl-2021. Madankollu, żewġ Stati Membri ppjanaw ukoll li jonfqu inqas fl-2021.

Fir-rapportar aġġornat, l-Istati Membri ppjanaw li jonfqu aktar fl-2021 u fl-2022 milli rrapportaw inizjalment f’Awwissu 2020. In-nefqa pubblika ppjanata fuq il-miżuri eliġibbli fl-2021 żdiedet minn EUR 7,4 biljun fir-rapportar inizjali f’Awwissu 2020 għal EUR 19,8-il biljun fir-rapportar ta’ Jannar 2020 (ara l-Graff 2). Żewġ Stati Membri biss ippreżentaw nefqa pubblika ppjanata fl-2022 (EUR 1,3 biljun) fir-rapportar aġġornat. Issa hija mistennija nefqa pubblika totali fuq miżuri eliġibbli madwar l-Istati Membri benefiċjarji ta’ EUR 99,1 biljun, li hija ogħla mill-ammont totali mogħti permezz tas-SURE sa issa. Dan huwa konformi man-natura komplementari tal-istrument SURE, jiġifieri li dan jikkomplementa l-finanzjament nazzjonali tal-appoġġ għall-impjiegi. Xi Stati Membri qed jippjanaw li jonfqu aktar fuq dawn il-miżuri milli talbu assistenza finanzjarja lis-SURE, inkluż dawk li laħqu l-limitu ta’ konċentrazzjoni tas-SURE.



Graff 2: Nefqa pubblika rrapportata aggregata

Graff 3: Differenza fin-nefqa pubblika mġarrba bejn rapportar inizjali u aġġornat (% tal-ammont tas-selfa)

Nota: L-Irlanda applikat għal assistenza finanzjarja permezz tas-SURE fis-27 ta’ Ottubru 2020 u r-rapportar ma nbidilx bejn it-tabelli inizjali u dawk aġġornati. Iċ-Ċekja ma pprovdietx tabella tar-rapportar aġġornat qabel id-data limitu.

Kważi l-Istati Membri kollha diġà nefqu jew jippjanaw li jonfqu l-ammont totali li ngħataw permezz tas-SURE. Attwalment, 15-il Stat Membru nefqu jew jippjanaw li jonfqu aktar mill-assistenza finanzjarja attwali li rċevew permezz tas-SURE fuq il-miżuri eliġibbli (ara l-Graff 4). Dan ifisser li, miġbura flimkien, l-Istati Membri se jonfqu aktar fuq skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili mill-ammont li applikaw għalih permezz tal-assistenza finanzjarja tas-SURE. Madankollu, tliet Stati Membri irrapportaw nefqa ppjanata aktar baxxa fuq il-miżuri pprovduti fis-CIDs rispettivi mill-ammont li ngħataw permezz tas-SURE. Dan huwa bbażat fuq ir-rapportar aġġornat mill-Istati Membri, li indikaw ukoll li dawn diġà ħadu passi jew beħsiebhom jeħduhom, jekk ikun meħtieġ, biex jużaw l-assistenza finanzjarja kollha li ngħataw permezz tas-SURE, inkluż, f’xi każijiet, jestendu t-tul tal-miżuri previsti fis-CIDs rispettivi. Il-Kummissjoni se tivvaluta kwalunkwe bidla fin-nefqa ppjanata, kif imressqa mill-Istati Membri, biex jiżguraw li dawn jibqgħu allinjati mal-iskop tas-SURE u tipproponi emendi għas-CIDs fejn ikun xieraq.

Graff 4: Eċċess tan-nefqa pubblika ppjanata u mġarrba fuq l-ammont tas-selfa (% tal-ammont tas-selfa) 

Graff 5: Sehem tan-nefqa pubblika relatata mas-saħħa 

Nota: Nefqa pubblika tirreferi għal dawk irrapportati, mingħajr aġġustament għal-limitu ta’ konċentrazzjoni, fuq il-miżuri kif previsti fis-CIDs, jiġifieri kull miżura ġdida li rrappurtaw l-Istati Membri li mhijiex fis-CIDs hija eskluża. Id-data hija rrapportata skont it-tabelli ta’ rappurtar li ppreżentaw l-Istati Membri. Madankollu, l-Istati Membri b’nuqqasijiet, kif jidher fil-Graff 4, beħsiebhom jużaw l-ammont sħiħ li ngħataw permezz tas-SURE. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Taljani nnutaw li dawn jippjanaw li jonfqu l-ammont sħiħ li ngħataw. B’referenza għall-Graff 5, it-talba inizjali tal-Ungerija għal assistenza finanzjarja kienet limitata għal 49 % tan-nefqa fuq miżuri relatati mas-saħħa billi dawn huma anċillari, u għaldaqstant ma setgħux jilħqu nofs jew aktar mill-ammont totali li ngħataw permezz tas-SURE. Fir-rapportar aġġornat, u bħal fil-maġġoranza tal-Istati Membri benefiċjarji, in-nefqa pubblika totali fuq il-miżuri eliġibbli permezz tas-SURE se taqbeż l-ammont massimu mogħti permezz tas-SURE (u jenħtieġ li jkun iffinanzjat b’mod nazzjonali, jew bi strumenti oħra). Fil-każ speċifiku tal-Ungerija, dan l-eċċess huwa aktar minn proporzjonalment dovut għal miżuri relatati mas-saħħa, u dan jispjega ż-żieda fil-proporzjon relatat mas-saħħa ta’ aktar minn 50 %. 

L-Istati Membri użaw ħafna mill-assistenza finanzjarja permezz tas-SURE b’appoġġ għall-miżuri tas-suq tax-xogħol, b’għadd limitat ta’ Stati Membri li użawha wkoll għal miżuri relatati mas-saħħa. Miġbura flimkien, sa issa 5 % tal-assistenza finanzjarja permezz tas-SURE ġiet allokata għal miżuri relatati mas-saħħa, u 10 Stati Membri biss użaw l-assistenza finanzjarja għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili (ara l-Graff 5). Ir-Regolament SURE jippermetti l-finanzjament ta’ miżuri relatati mas-saħħa bħala anċillari. Fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-assistenza finanzjarja sa issa, l-ebda Stat Membru ma ngħata sehem ta’ miżuri relatati mas-saħħa ta’ aktar minn 49 % 22 .

L-assistenza finanzjarja permezz tas-SURE hija ugwali għal 2,8 % tal-pagi tal-impjegati u l-ħaddiema għal rashom madwar l-Istati Membri benefiċjarji fl-2020 23 . Dan is-sehem ivarja minn 0,8 % għal 5,3 % madwar l-Istati Membri (ara l-Graff 6). L-assistenza finanzjarja hija wkoll ekwivalenti għal 1,5 % tal-PDG tal-Istati Membri benefiċjarji.

Graff 6: Ammont tas-self % tal-pagi tal-impjegati u tal-ħaddiema għal rashom għal kull Stat Membru 

Nota: Il-pagi hawnhekk jitkejlu bħala kumpens lill-impjegati u surplus operatorju gross + introjtu mħallat tal-unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi (il-pagi tal-ħaddiema għal rashom). L-istimi tal-2020 ittieħdu mit-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni Ewropea.

3.2Il-kopertura tas-SURE f’termini ta’ persuni impjegati u ditti

Fl-2020, ġie stmat li s-SURE appoġġa bejn 25 u 30 miljun persuna, li jammontaw għal kwart tal-impjiegi totali fl-Istati Membri benefiċjarji.. 24 Dan jammonta wkoll għal bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tal-impjegati bi skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar fl-UE. 25 L-istima ċentrali ta’ 26½ miljun tikkonsisti minn bejn wieħed u ieħor 21½ miljun impjegat u 5 miljun ħaddiem għal rasu. 26  Il-Graff 7 tirrappreżenta diżaggregazzjoni skont l-Istat Membru, b’kopertura li tvarja minn 7 % għal kważi 70 % tal-impjieg totali. L-għadd ta’ persuni koperti minn miżuri relatati mas-saħħa huwa diffiċli li jiġi stmat b’livell suffiċjenti ta’ preċiżjoni, billi l-miżuri fl-Istati Membri huma eteroġeni. Għaldaqstant, dawn l-istimi jistgħu wkoll jitqiesu bħala konservattivi, ladarba l-appoġġ permezz tas-SURE jmur lil hinn mill-miżuri tas-suq tax-xogħol u b’hekk minnu jibbenefikaw aktar nies.

Graff 7: Għadd ta’ ħaddiema koperti mis-SURE (% tal-impjiegi totali tal-2020)

   

Nota: Iċ-ċifri tal-kopertura huma dawk irrapportati mill-Istati Membri. Il-figuri taċ-Ċekja huma bbażati fuq ir-rapportar inizjali f’Awwissu 2020, għaldaqstant, iċ-ċifra aggregata tal-kopertura tippreżumi kopertura tal-impjiegi simili bħal fl-Istati Membri l-oħra. Iċ-ċifri totali tal-impjiegi huma meħuda mill-AMECO, billi tintuża d-definizzjoni tal-kontijiet nazzjonali ta’ impjiegi totali, inklużi kemm il-ħaddiema li għandhom paga kif ukoll salarju, u l-ħaddiema għal rashom.

L-istimi tal-Kummissjoni, abbażi tar-rapportar mill-Istati Membri, jindikaw li bejn 1½ miljun u 2½ miljuni ta’ ditti ġew appoġġati mis-SURE fl-2020 fl-Istati Membri kollha. Kienu biss 14-il Stat Membru li rrapportaw data aġġornata rigward il-kopertura tad-ditti. 27 Għall-Istati Membri li rrapportaw, kważi 800 000 ditta ngħataw appoġġ permezz tas-SURE. Dan jirrappreżenta 12 % tad-ditti totali f’dawk l-Istati Membri. Billi kien hemm xi Stati Membri benefiċjarji akbar li ma rrapportawx id-data mitluba, din iċ-ċifra mhijiex kompluta u l-għadd totali reali tad-ditti koperti huwa sottorappreżentat ferm. L-għadd ta’ ditti koperti huwa stmat li jiżdied b’mod sinifikanti għal bejn 1½ miljun u 2½ miljuni ta’ ditti meta jitqiesu l-erba’ Stati Membri li jifdal, abbażi ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli. 28 L-Istati Membri li ma rrapportawx id-data rikjesta lill-Kummissjoni huma mistiedna jagħmlu dan għat-tieni rapport dwar is-SURE.

3.3 Rieżami konċiż tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili appoġġati mis-SURE

Mit-18-il Stat Membru li bbenefikaw mill-appoġġ permezz tas-SURE, 15-il Stat Membru għamlu dan għal għajnuna sabiex jiffinanzjaw l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. Dawn huma programmi pubbliċi li jippermettu lin-negozji li qed jiffaċċjaw diffikultajiet ekonomiċi biex inaqqsu temporanjament is-sigħat li jaħdmu l-impjegati tagħhom, li jingħataw appoġġ pubbliku għall-introjtu għas-sigħat li ma jinħadmux. Mit-tliet Stati Membri li ma għamlux użu mill-assistenza finanzjarja permezz tas-SURE għall-iffinanzjar tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, l-Irlanda u Malta għandhom skemi simili li jipprovdu appoġġ lill-kumpaniji milquta mill-kriżi tal-COVID-19 fl-għamla ta’ sussidji tal-pagi (ara aktar ’l isfel). Intant, l-Ungerija għandha fis-seħħ skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, iżda n-nefqa pubblika tagħha ġiet iffinanzjata kollha kemm hi permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (u għalhekk ma kinitx eliġibbli permezz tas-SURE).

Fil-maġġoranza tal-każijiet, l-iskemi appoġġati ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar huma skemi ġodda stabbiliti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 (ara t-Tabella 6). Dawn l-iskemi l-ġodda kollha ġew stabbiliti fuq bażi temporanja, u jiddependu mill-gwaj ekonomiku mġarrab. Il-ħames Stati Membri appoġġati mis-SURE li diġà kellhom skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar fis-seħħ qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 (il-Belġju, Spanja, l-Italja, il-Portugall u s-Slovakkja) adattawhom bħala reazzjoni għall-pandemija. Il-bidliet introdotti kienu jikkonċernaw l-aktar is-simplifikazzjoni temporanja tal-proċeduri amministrattivi, it-twessigħ tal-kopertura, l-illaxkar tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, ġenerożità akbar (għall-impjegati u/jew għall-impjegaturi), u appoġġ li jdum aktar.

L-iskemi kollha ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jipprovdu appoġġ għall-impjegati li kellhom il-kuntratti tagħhom sospiżi għalkollox wara li l-attivitajiet tan-negozju ġew interrotti kompletament. Barra minn hekk, il-maġġorparti tal-iskemi (iżda mhux kollha) jipprovdu appoġġ ukoll f’każ ta’ tnaqqis parzjali tas-sigħat tax-xogħol, meta l-attivitajiet tan-negozju jiġu ridotti. Filwaqt li fil-maġġorparti tal-każijiet, il-kumpaniji huma liberi li jagħżlu sa liema punt inaqqsu l-ħin tax-xogħol, f’xi pajjiżi japplikaw xi restrizzjonijiet. Pereżempju, fil-Greċja u fis-Slovenja, minbarra s-sospensjoni sħiħa tax-xogħol (f’każ ta’ waqfien totali tal-attivitajiet), huwa permess biss tnaqqis minn xogħol full-time għal part-time. L-ammont ta’ appoġġ pubbliku ġeneralment jiġi kkalkulat bħala perċentwal tas-salarju tal-impjegat, u jvarja minn 50 % sa 100 %. L-Anness I jipprovdi dettalji ulterjuri dwar l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar.

It-18-il Stat Membru kollha ħlief il-Bulgarija u l-Kroazja applikaw għall-appoġġ biex jiffinanzjaw “miżuri simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar”. F’diversi każijiet, dan seħħ apparti l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. Dawn huma miżuri li għandhom l-għan li jipproteġu lill-impjegati u lill-ħaddiema għal rashom, inaqqsu l-okkorrenza tal-qgħad u telf tal-introjtu fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, iżda li ma jaqgħux strettament taħt id-definizzjoni ta’ skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, ipprovduta aktar ’il fuq. L-għadd u t-tip ta’ miżuri li jaqgħu f’din il-kategorija jvarjaw b’mod konsiderevoli. Jistgħu jiġu raggruppati b’mod ġenerali kif ġej:

-Skemi ta’ sussidju tal-pagi, bħalma nsibu fl-Irlanda u f’Malta u msemmija aktar ’il fuq, li jissussidjaw il-kostijiet lavorattivi tal-kumpaniji milquta mill-kriżi tal-COVID-19. Dawn l-iskemi jiksbu l-istess skop tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (jiġifieri jippreservaw l-impjiegi, jgħinu lill-kumpaniji biex jevitaw li jkollhom ikeċċu lill-impjegati tagħhom). Madankollu, l-appoġġ mogħti mhuwiex direttament marbut mat-tnaqqis effettiv fl-għadd ta’ sigħat li nħadmu minn kull impjegat, iżda biss mat-tnaqqis fil-fatturat.

-Miżuri li jappoġġaw lill-ħaddiema għal rashom, preżenti fi kważi l-Istati Membri kollha li applikaw għall-appoġġ permezz tas-SURE. Dawn jinkorporaw fihom benefiċċji ta’ darba ta’ appoġġ għall-introjtu, mogħtija bħala ammont b’rata fissa jew inkella skont il-qligħ / telf irreġistrat preċedenti; u miżuri oħra ta’ appoġġ li jnaqqsu l-kostijiet operatorji tan-negozji, sal-punt li minnhom jibbenefikaw il-ħaddiema għal rashom u l-kumpaniji b’membru wieħed. Rekwiżit ewlieni huwa li l-benefiċjarji tal-appoġġ jibqgħu jeżerċitaw il-professjoni għal rashom jew l-attività imprenditorjali tagħhom (jiġifieri ma jwaqqfux l-operat tagħhom).

-Benefiċċji speċjali tal-liv tal-ġenituri (il-Belġju, iċ-Ċekja, l-Italja, il-Portugall, Ċipru u Malta), li jipprovdu appoġġ għall-introjtu lill-impjegati u/jew ħaddiema għal rashom bit-tfal matul perjodi ta’ għeluq eċċezzjonali tal-iskejjel.

-Appoġġ għall-ħaddiema staġjonali (Ċipru, il-Greċja, l-Italja, Spanja) b’kuntratt ta’ xogħol sospiż minħabba l-pandemija, b’mod partikolari fit-turiżmu u/jew fl-agrikoltura. Dawn huma ħaddiema staġjonali “regolari” li suppost kellhom jissoktaw bil-ħidma tagħhom fl-istaġun tar-rebbiegħa/sajf 2020, iżda ma setgħux jagħmlu dan minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

-Appoġġ għal taħriġ marbut ma’ xogħol b’ħinijiet iqsar (il-Belġju, il-Portugall). Dan it-tip ta’ appoġġ jippromovi l-għoti ta’ taħriġ vokazzjonali lil dawk il-ħaddiema li qed jaħdmu b’ħinijiet iqsar.

Disa’ Stati Membri talbu assistenza finanzjarja permezz tas-SURE biex jiffinanzjaw nefqiet relatati mas-saħħa li direttament relatati mal-emerġenza tal-COVID-19. Din il-kategorija tinkludi:

-Liv speċjali minħabba mard għall-COVID-19 u/jew liv tal-kwarantina (Ċipru, il-Latvja, Malta, il-Portugall, Spanja).

-Kostijiet relatati ma’ żieda fir-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza għas-settur pubbliku (il-Latvja, l-Ungerija, il-Portugall).

-Miżuri bl-għan li jnaqqsu l-kostijiet tar-rekwiżiti sanitarji tas-saħħa u tas-sikurezza li żdiedu fuq il-lant tax-xogħol, għas-settur privat (l-Italja).

-Nefqa akbar għas-sistema pubblika tal-kura tas-saħħa, inklużi l-kostijiet tal-persunal (pereż. is-sahra u ż-żieda lill-persunal mediku, l-ingaġġar ta’ persunal temporanju addizzjonali (l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Portugall), xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fl-isptarijiet (l-Ungerija) u/jew akkwist ta’ tagħmir addizzjonali, materjal protettiv, provvisti u materjal konsumibbli (il-Belġju, l-Ungerija, il-Latvja, il-Portugall).



Tabella 6 – Il-karatteristiċi tal-iskemi nazzjonali ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar appoġġati mis-SURE

Stat Membru

Skema

Ġdida

Skema permanenti/temporanja

Ammont ta’ appoġġ (% tas-salarju)

Kostijiet għall-impjegatur

Tnaqqis fil-ħin tax-xogħol

BE

Le

Permanenti (b’modifiki temporanji)

70 %

-

0-100 %

BG

Iva

Temporanja

60 %

40 % tal-kostijiet lavorattivi

50 % jew 100 %

CZ

Iva

Temporanja

60-80 %

20-40 % tal-indennizz

0-100 %

IE

-

-

-

-

-

EL

Iva

Temporanja

60 %

-

50 % jew 100 %

ES

Le

Permanenti (b’modifiki temporanji)

70 %

0-30 % tal-kontribuzzjonijiet soċjali

0-100 %

HR

Iva

Temporanja

50 %

-

0-100 %

IT

Le

Permanenti (b’modifiki temporanji)

80 %

-

0-100 %

CY

Iva

Temporanja

60 %

-

0-100 %

LV

Iva

Temporanja

50-75 %

-

0-100 %

LT

Iva

Temporanja

30-100 %

0-100 %

HU

-

-

-

-

-

MT

-

-

-

-

-

PL

Iva

Temporanja

50 %

-

20-100 %

PT

Le

Permanenti (b’modifiki temporanji)

66-100 %

0-30 % tal-indennizz

0-100 %

RO

Iva

Temporanja

75 %

-

0-100 %

SI

Iva

Temporanja

80 %

0-20 % tal-indennizz

50-100 %

SK

Le

Temporanja (iżda mġedda regolarment)

80 %

-

0-100 %

IV.Analiżi preliminari tal-impatt tas-SURE

Din it-taqsima tipprovdi analiżi preliminari tal-impatt tas-SURE fuq l-impjiegi, il-finanzi pubbliċi u effetti oħra.

4.1L-istimar tal-impatt tas-SURE fuq l-impjiegi

Bidliet fir-rati tal-qgħad fl-Istati Membri benefiċjarji jiġu eżaminati biex jipprovdu l-ewwel valutazzjoni indikattiva tal-impatt tal-miżuri ta’ appoġġ għall-politika b’rabta mal-pandemija, inkluż is-SURE. L-iskop tas-SURE huwa li tingħata għajnuna lill-Istati Membri biex jippreservaw l-impjiegi tal-ħaddiema u tal-ħaddiema għal rashom fl-UE kollha matul il-pandemija tal-COVID-19, u għalhekk jiġu protetti ċ-ċittadini u jiġi ffaċilitat irkupru f’qasir żmien meta l-pandemija tbatti. Filwaqt li huwa diffiċli li jitfassal xenarju kontrofattwali tal-prestazzjoni tas-suq tax-xogħol fin-nuqqas tas-SURE, l-analiżi ppreżentata hawnhekk tanalizza r-relazzjoni bejn l-output u l-qgħad minn mindu feġġet il-pandemija. Ir-riżultati għandhom jiġu interpretati b’kawtela, billi r-relazzjoni bejn l-output u l-impjiegi sofriet impatt minn sensiela wiesgħa ta’ fatturi, inkluż is-SURE.

Huwa ċar li ż-żieda fir-rati tal-qgħad fl-2020 fl-Istati Membri benefiċjarji kienet inqas milli waqt il-kriżi finanzjarja globali, minkejja t-tnaqqis aktar sever fil-PDG fl-2020 (ara l-Graff 8). Skont it-Tbassir tax-Xitwa 2021 tal-Kummissjoni, it-tkabbir tal-PDG reali huwa previst li jonqos b’5,8 % fil-pajjiżi li bbenefikaw mill-finanzjament permezz tas-SURE fl-2020. Dan it-tnaqqis huwa akbar minn dak osservat matul il-qofol tal-kriżi finanzjarja globali fl-2009. Fl-istess waqt, huwa pprojettat li r-rata tal-qgħad se tiżdied b’0,7 punti perċentwali biss fl-2020, meta mqabbla maż-żieda ta’ 2,6 punti perċentwali fl-2009.

Graff 8: Bidliet fil-PDG reali u l-qgħad fl-Istati Membri benefiċjarji fl-2009 vs l-2020

Nota: Din il-graff turi l-medji tal-Istati Membri benefiċjarji tas-SURE. Ir-rata tal-qgħad tal-2020 hija l-medja tar-rati tal-qgħad ta’ kull xahar fl-2020.

Sors: l-Eurostat; il-PDG tal-2020 mit-Tbassir tax-Xitwa tal-Kummissjoni għall-2021.

Il-kapaċità ta’ rispons tal-qgħad għall-bidliet fl-output fl-2020 kienet aktar dgħajfa milli mistenni fl-Istati Membri benefiċjarji (ara l-Graffs 9, 10). 29  Il-miżuri ta’ politika f’qasir żmien u konsiderevoli li ttieħdu fl-2020 biex jindirizzaw il-kriżi mmitigaw l-impatt tat-tnaqqis qawwi fl-output fuq il-qgħad. Għaldaqstant, iż-żieda fir-rati tal-qgħad kienet, f’diversi pajjiżi, anqas milli mistennija. 30  

Graff 9: Bidliet reali vs bidliet mistennija fir-rati tal-qgħad fl-Istati Membri benefiċjarji fl-2019 vs l-2020

Graff 10: Bidliet reali vs bidliet mistennija fir-rati tal-qgħad skont l-Istati Membri benefiċjarji fl-2020

Nota: l-assi y: Il-bidla mistennija fir-rati tal-qgħad tikkorrispondi għat-tbassir li jirriżulta minn mudell tar-rigressjoni b’panel għall-Istati Membri benefiċjarji (il-Graff 9) u mudell tar-rigressjoni speċifiku għall-pajjiżi (il-Graff 10) għall-perjodu bejn l-1999 u l-2019. L-analiżi hija bbażata fuq l-approċċ tal-liġi ta’ Okun, fejn il-varjabbli dipendenti jirreferi għall-bidla fir-rata tal-qgħad u l-varjabbli indipendenti jirreferi għar-rata tat-tkabbir tal-PDG reali. L-ispeċifikazzjoni tikkontrolla għall-fatturi speċifiċi għall-pajjiżi (li ma jvarjawx biż-żmien) tas-suq tax-xogħol permezz ta’ effetti speċifiċi għal kull pajjiż, u tikkontrolla għall-fatturi komuni għall-kampjun permezz ta’ effetti temporali fissi. Ir-riżultati jidhru jifilħu l-użu varjabbli indipendenti addizzjonali, bħal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjieg u l-bidla fir-rata ta’ parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. L-ispeċifikazzjoni tikkontrolla għall-endoġeneità tal-output bl-użu ta’ stimatur GMM tal-ewwel differenza. Il-Kroazja mhijiex inkluża għal raġunijiet ta’ disponibbiltà tad-data. Meta mqabbla mal-istudji riċenti dwar il-liġi ta’ Okun, 31 il-mertu ta’ din l-analiżi huwa li tiffoka fuq il-benefiċjarji tas-SURE biss u tipprova toħloq relazzjoni bejn id-differenza bejn il-qgħad reali u dak mistenni u l-ammont ta’ appoġġ permezz tas-SURE.

Sors: it-Tbassir tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni, qgħad aggregat għall-2020 mill-Eurostat (ara n-nota mal-Graff 8).

Raġuni ewlenija għaż-żieda aktar baxxa fir-rati tal-qgħad fl-2020 kienet dik tal-miżuri ta’ appoġġ għall-politika, inkluż is-SURE (il-Graff 11). Abbażi tal-evidenza preliminari, iż-żieda fil-qgħad aktar baxxa milli mistennija tista’ tiġi attribwita parzjalment għall-użu mifrux tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, inkluż f’dawk l-Istati Membri li jibbenefikaw mill-istrument SURE. Dan għen biex jinżammu l-impjiegi u rażżan iż-żieda fil-qgħad. Fatturi oħra huma relatati mal-fatt li n-nies ma setgħux jew, qatgħu qalbhom milli jfittxu x-xogħol b’mod attiv minħabba l-għeluq ta’ partijiet kbar tal-ekonomija.



Graff 11: Ir-relazzjoni bejn il-bidla fir-rata tal-qgħad fl-2020 u l-finanzjament approvat mis-SURE

Nota: l-assi y: Il-bidla mistennija fir-rati tal-qgħad tirriżulta mill-mudell tar-rigressjoni speċifiku għall-pajjiżi li jidher fil-Graff 10 u spjegata fin-nota mal-Graffs 9 u 10.

Sors: it-Tbassir tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni.

4.2L-ixpruni tal-impatti tas-SURE: diskussjoni u riżultati bbażati fuq is-sondaġġi

L-impatt tas-SURE jmur lil hinn mill-preservazzjoni tal-impjiegi. Jistgħu jiġu identifikati tliet effetti addizzjonali: it-titjib fil-fiduċja fl-UE kollha, l-appoġġ tal-UE għall-użu tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u t-tħeġġiġ tagħha biex dawn jintużaw, u li l-Istati Membri setgħu jonfqu aktar milli kieku kienu jonfqu fuq l-appoġġ għall-impjiegi. Madankollu, huwa diffiċli li dawn l-effetti jiġu stmati b’mod empiriku.

L-ewwel nett, is-SURE tejjeb il-fiduċja ġenerali fil-kapaċità tal-UE li tirrispondi b’mod effettiv għal kriżi bla preċedent. Il-ħila li wrew l-Istati Membri meta qablu dwar is-SURE – tip ġdid u innovattiv ta’ assistenza finanzjarja skont l-Artikolu 122 TFUE b’dimensjoni soċjali u raġunament ekonomiku qawwija – u l-għoti volontarju ta’ garanziji lill-UE biex jgħinu fl-iżgurar tas-solidità finanzjarja tagħha, bagħtu messaġġ b’saħħtu dwar il-kapaċità tal-UE li tirrispondi b’mod effettiv u f’qasir żmien għal tip ġdid ta’ kriżi. Dan wassal ukoll għad-dinamika pożittiva meta sussegwentement tħabbar l-istrument Next Generation EU. B’mod partikolari, f’Mejju 2020, il-Kummissjoni fasslet proposta għal Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li eventwalment ġiet adottata mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew fil-bidu ta’ Frar 2021. Din il-kapaċità kollettiva ta’ rispons rapidu għall-kriżi li nibtet mit-tifqigħa tal-COVID-19 u l-ħolqien ta’ strumenti ġodda ta’ emerġenza inkluż is-SURE, x’aktarx li kkontribwew għall-appoġġ tal-fiduċja fl-aġenti ekonomiċi fl-UE u biex tonqos il-firxa tar-rati tal-imgħax għat-teħid ta’ self sovran tal-Istati Membri u biex tittejjeb il-perspettiva tat-tkabbir tal-UE. 32 F’dan il-kuntest, wieħed jista’ jara s-SURE bħala strument għall-immobilizzar tal-appoġġ għall-politika fiskali, u b’dan il-mod, jiżgura li pożizzjoni tal-politika fiskali li tkun ta’ appoġġ u politika monetarja akkomodanti jaħdmu flimkien biex jindirizzaw il-konsegwenzi negattivi kaġun tal-kriżi.

It-tieni nett, permezz tas-SURE, l-UE appoġġat u ħeġġet l-użu ta’ politiki ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar mill-Istati Membri. Is-SURE, billi pprovda assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex jgħinhom jiffinanzjaw l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għan-negozji milquta mill-pandemija, kif ukoll miżuri simili, b’mod partikolari għall-ħaddiema għal rashom, ħeġġeġ lill-Istati Membri jimxu ma’ dawn it-tipi ta’ politiki, anki skont il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi tal-2020. Dan l-istrument, flimkien mal-appoġġ pprovdut permezz tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew u permezz tal-Inizjattivi ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII u CRII+), ippermetta lill-Istati Membri jkunu aktar ambizzjużi fil-politiki li introduċew.

Il-maġġoranza tal-Istati Membri benefiċjarji indikaw li s-SURE kellu rwol fid-deċiżjoni tagħhom li jadottaw skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew li jimmodifikaw skema eżistenti. 33  Disa’ Stati Membri waqqfu skema ġdida ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar bħala rispons għall-kriżi tal-COVID-19 34 u erba’ Stati Membri mmodifikaw skema eżistenti ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar 35 . Il-maġġorparti ta’ dawn l-iskemi kienet ġiet introdotta jew immodifikata f’Marzu 2020, ftit qabel ma l-Kummissjoni pproponiet l-istrument SURE. Minn dak iż-żmien ’l hawn , ġew introdotti skemi ġodda fl-Ungerija, il-Greċja, ir-Rumanija u s-Slovenja; skemi li kienu diġà jeżistu ġew immodifikati ulterjorment mill-Italja u minn Spanja (ara t-Tabella A.1 fl-Anness 1) 36 .

Is-SURE ta lok ukoll biex xi Stati Membri jkunu aktar ambizzjużi fir-rigward ta’ miżuri simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. L-Istati Membri kollha (bl-eċċezzjoni tal-Bulgarija u l-Kroazja) talbu wkoll assistenza finanzjarja permezz tas-SURE għal skemi simili għax-xogħol b’ħinijiet iqsar, li tinkludi appoġġ għall-ħaddiema għal rashom, kif ukoll miżuri oħra ta’ żamma tal-impjiegi. Xi Stati Membri kienu introduċew dawn il-miżuri qabel ma ġie propost is-SURE, u oħrajn introduċewhom wara. 37 Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri soġġetti għas-sondaġġ introduċew skemi ġodda simili għax-xogħol b’ħinijiet iqsar bħala rispons għad-disponibbiltà potenzjali tal-finanzjament mis-SURE. 38 Barra minn hekk, fi tliet Stati Membri, id-disponibbiltà tal-finanzjament permezz tas-SURE kkontribwiet għal żieda fil-baġit allokat għal dawn l-iskemi.

It-tielet nett, bħala element bikri tar-rispons tal-politika tal-UE, is-SURE saħħaħ il-fiduċja tal-Istati Membri biex jissellfu u jonfqu aktar milli kieku kien jagħmlu. Is-SURE ppermettilhom ukoll iżommu jew iżidu l-intensità tan-nefqa pubblika tagħha fuq l-appoġġ għall-impjiegi. Dan huwa partikolarment minnu meta l-finanzjament ikun disponibbli b’rati tassew baxxi u offrut b’maturità twila biżżejjed, bħalma huwa SURE. Dan it-teħid ta’ self addizzjonali jista’ jkun rigward l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew inkella rigward politiki relatati mal-pandemija, billi l-assistenza finanzjarja permezz tas-SURE tippermettilhom ukoll li jallokaw mill-ġdid il-finanzjament li kienu ppjanaw għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għal oqsma oħra ta’ politika aktar mifruxa biex jindirizzaw l-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija.

Il-maġġoranza tal-Istati Membri benefiċjarji indikaw li l-appoġġ permezz tas-SURE kellu rwol fiż-żieda temporanja tal-kopertura u l-ġenerożità tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u l-finanzjament ġenerali tal-politiki biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19. 39 Sitt Stati Membri indikaw li l-baġit tal-iskemi rispettivi tagħhom ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar żdied wara li l-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien tas-SURE. Fi tnejn minn dawn il-każijiet, is-SURE tqies li kellu livell għoli ta’ influwenza fuq id-deċiżjoni.

4.3Lenti mixħuta fuq l-effett finanzjarju dirett: iffrankar stmat mir-rati tal-imgħax

Għadd ta’ Stati Membri ffrankar mill-pagamenti tal-imgħax meta rċevew assistenza finanzjarja permezz tas-SURE. Is-self fl-ambitu tas-SURE lill-Istati Membri offra rati tal-imgħax aktar baxxi milli kieku ħarġu d-dejn sovran huma stess biex jiffinanzjaw skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili. Il-bonds soċjali tas-SURE nħarġu b’rati tassew baxxi, anki b’maturitajiet fit-tul, minħabba l-klassifikazzjoni tal-kreditu AAA tal-UE u l-likwidità tal-bonds.

Huwa stmat li l-Istati Membri ffrankaw total ta’madwar EUR 5,8 biljun matul l-ewwel erba’ operazzjonijiet ta’ ħruġ ta’ bonds tas-SURE, jiġifieri sal-iżborż tat-2 ta’ Frar 2021. Dan l-ammont se jiżdied bi żborżi ulterjuri. Għaldaqstant, l-istimi indikati x’aktarx li jikkorrispondu għal-livell inferjuri u se jiżdiedu hekk kif iseħħ l-iżborż ta’ EUR 36,8 biljun li għadhom iridu jiġu żborżati. It-Tabella 7 tipprovdi diżaggregazzjoni tal-iffrankar mill-imgħax skont l-Istat Membru, filwaqt li l-Kaxxa 1 tispjega l-metodoloġija f’aktar dettall. 40

Kaxxa 1: Il-Kalkolu tal-Iffrankar mir-Rati tal-Imgħax

Mill-EUR 53,5 biljun maħruġa fl-ewwel erba’ tranżazzjonijiet, il-Kummissjoni setgħet tikseb termini favorevoli, b’rendimenti li jvarjaw minn -0,51 % sa +0,32 %, skont il-maturità u d-data tal-ħruġ. Dawn it-termini ngħaddew direttament lill-Istati Membri permezz tas-self back-to-back. It-termini tal-finanzjament tal-Istati Membri stess fil-waqt tal-iżborż b’mod ġenerali kienu inqas favorevoli minn dawk li kisbet il-Kummissjoni. Għaldaqstant, is-self żborżat permezz tas-SURE ġġenera ffrankar mill-imgħax għall-Istati Membri.

Biex jinħadmu l-ammonti tal-iffrankar, issir is-suppożizzjoni li, fin-nuqqas tas-self mis-SURE, l-Istati Membri kienu joħorġu bonds bl-istess karatteristiċi (jiġifieri maturità u kupuni) bħall-bonds SURE tal-UE dakinhar li ġie żborżat is-self. Id-differenza bejn il-prezz tal-ħruġ ta’ kull bond SURE tal-UE u l-prezz ta’ ħruġ ta’ dan il-bond kontrofattwali, immultiplikata bl-ammont tas-self, tipprovdi stima tal-iffrankar mill-imgħax. Din id-differenza hija frott il-firxiet bejn il-kurvi tar-rendiment nazzjonali u tal-UE tas-SURE fil-waqt tal-iżborż u l-istruttura tal-maturità ta’ kull self.

Il-maturità medja tas-self tas-SURE hija taħt, iżda qrib, il-15-il sena fl-Istati Membri kollha, u l-firxa medja bejn ir-rendimenti nazzjonali u r-rendimenti tal-UE tas-SURE hija madwar 0,8 pp. Minħabba f’hekk, l-iffrankar totali mill-imgħax fiċ-ċiklu ta’ ħajja tas-self huwa stmat għal EUR 5,8 biljun, jew madwar 11 % tal-ammont żborżat, fil-15-il Stat Membru li rċevew żborż sat-2 ta’ Frar 2021 (it-Tabella 6). L-Istati Membri b’firxiet ogħla jew inkella bi żborżi akbar huma dawk li l-aktar ibbenefikaw mit-termini favorevoli li kisbet il-Kummissjoni.

Tabella 7: Iffrankar mir-Rati tal-Imgħax skont l-Istat Membru

Stat Membru

Ammont żborżat (biljuni ta’ EUR)

Firxa medja

Maturità medja

Iffrankar mill-imgħax (biljuni ta’ EUR)

Iffrankar mill-imgħax (% tal-ammont żborżat)

Il-Belġju

4,0

0,11

14,9

0,098

2,4

Ċipru

0,5

0,64

14,7

0,048

10,1

Il-Greċja

2,7

0,74

14,8

0,264

9,7

Spanja

11,0

0,44

14,9

0,850

7,7

Il-Kroazja

0,5

1,16

13,3

0,082

16,1

L-Ungerija*

0,5

2,53

14,7

0,154

30,5

L-Italja

21,0

0,98

14,0

2,835

13,5

Il-Litwanja

0,3

0,10

13,3

0,005

1,8

Il-Latvja

0,2

0,19

14,8

0,006

3,2

Malta

0,1

0,63

13,3

0,012

9,7

Il-Polonja

5,3

0,41

14,9

0,355

6,7

Il-Portugall

3,0

0,57

14,6

0,242

8,1

Ir-Rumanija

3,0

2,19

14,6

0,824

27,5

Is-Slovenja

1,1

0,23

14,8

0,047

4,3

Is-Slovakkja

0,3

0,09

14,6

0,004

1,3

Total

53,5

0,76

14,5

5,826

10,9

Nota: L-iffrankar mill-imgħax jinħadem bond b’bond, u ttotalizzat bid-dati tal-ħruġ u l-maturitajiet. L-Istati Membri ssellfu mill-UE b’maturitajiet medji differenti. Għall-Istati Membri li għalihom kien hemm proporzjon kbir ta’ teħid ta’ self b’maturitajiet fit-tul jew fit-tul ħafna, ix-xejra hija li l-iffrankar totali mill-imgħax ikun ogħla mill-prodott tal-firxa medja u l-maturità medja. Dan huwa minħabba li l-firxa u l-maturità huma ġeneralment korrelatati pożittivament, jiġifieri l-kurvi tar-rendiment tal-UE tas-SURE għandhom ħabta jkunu aktar ċatti mill-kurvi tar-rendiment nazzjonali.

* Għall-Ungerija ma hemm l-ebda kurva tar-rendiment għall-bonds denominati bl-euro disponibbli. Minflok intużat il-kurva tar-rendiment bil-munita nazzjonali.



5Il-kontinwazzjoni taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-Regolament SURE 

Ir-Regolament SURE jesiġi wkoll li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-kontinwazzjoni taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-istrument SURE. 41  Bl-infezzjonijiet li reġgħu żdiedu ġmielhom mill-ħarifa ’l hawn, iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li rrikjedew l-introduzzjoni tas-SURE u miżuri ta’ emerġenza għall-impjiegi bħala appoġġ għaċ-ċittadini, għadhom hemm. Żieda mill-ġdid tal-każijiet tal-COVID-19 ifflaġellat l-Ewropa sa mill-ħarifa 2020, inkluża t-tfeġġija ta’ varjanti ġodda u aktar virulenti, li wasslet għal issikkar sinifikanti tar-restrizzjonijiet. Mill-25 ta’ Frar 2021, l-inċidenza ta’ 14-il jum tal-virus kienet ta’ 283 għal kull 100 000 abitant fl-UE/ŻEE, anqas min-nofs tal-livell li kien hemm f’Novembru 2020, iżda xorta waħda ferm aktar mill-inċidenza tas-sajf li għadda meta r-restrizzjonijiet ġew illaxkati għall-ewwel darba. 42 L-isptarijiet u l-unitajiet tal-kura intensiva laħqu jew kienu kważi waslu biex jilħqu l-kapaċità massima f’diversi Stati Membri kmieni fl-2021.

L-issikkar għal darb’oħra tar-restrizzjonijiet waqqaf l-irkupru wara li ġie reġistrat li l-attività ekonomika rkuprat fit-tielet trimestru tal-2020. Filwaqt li l-impatt ekonomiku ma kienx sever daqs dak imġarrab fl-ewwel mewġa tal-pandemija, minħabba l-użu ta’ restrizzjonijiet aktar immirati u l-adattament tan-negozji u tal-individwi għar-restrizzjonijiet, xorta waħda kien hemm waqfien ħesrem fl-irkupru. Fir-raba’ trimestru tal-2020, il-PDG reali ċkien b’0,4 % fuq bażi trimestrali fl-UE, wara li żdied bi 11,5 % fit-tielet trimestru. Bil-miżuri ta’ konteniment li għadhom fis-seħħ fl-Ewropa kollha, huwa previst tnaqqis ulterjuri fl-ewwel kwart tal-2021. It-Tbassir tax-Xitwa tal-Kummissjoni, ippubblikat fil-11 ta’ Frar 2021, jipprojetta tkabbir tal-PDG reali ta’ 3,7 % għall-UE fl-2021, wara tnaqqis bla preċedent ta’ 6,3 % fl-2020.  43 Għaldaqstant, il-livell tal-PDG fi tmiem l-2021 jibqa’ ta’ 2,8 punti perċentwali taħt il-livell tagħha tal-2019 ta’ qabel il-kriżi.

L-irkupru qawwi fl-industrija jikkuntrasta mal-attività dgħajfa fis-servizzi. Il-produzzjoni industrijali kompliet tirpilja fl-UE fir-raba’ trimestru tal-2020, u kważi reġgħet laħqet il-livelli ta’ qabel il-kriżi. Kuntrarjament għal dan, wara l-irkupru sħiħ tiegħu fis-sajf, il-bejgħ bl-imnut iddgħajjef għal darb’oħra fil-ħarifa billi r-restrizzjonijiet saru aktar stretti fl-UE kollha, filwaqt li xi servizzi, pereż. it-turiżmu, ma rkupraw qatt mix-xokk inizjali f’Marzu 2020.

L-aħħar restrizzjonijiet għal darb’oħra kellhom impatt qawwi fuq setturi li jirrikjedu ħafna ħaddiema bħall-ospitalità, id-divertiment u t-turiżmu. Ir-restrizzjonijiet sanitarji qed ikomplu jolqtu bil-qawwi dawn is-setturi li jirrikjedu ħafna ħaddiema. Il-ħtieġa mhux issodisfata tal-impjiegi, jiġifieri l-istaġnar fis-suq tax-xogħol, tindika impatti severi. 44 Barra minn hekk, ir-rata tal-qgħad hija projettata li tiżdied fl-2021, hekk kif il-mezzi ta’ appoġġ għall-impjiegi jibdew jersqu lejn tmiemhom u n-nies jibdew ifittxu xogħol b’mod attiv ladarba l-ekonomiji huma mistennija li jerġgħu jiftħu. 45  

Filwaqt li huwa mistenni li l-attività terġa’ tirpilja b’mod moderat fit-tieni trimestru u b’mod aktar vigoruż fit-tielet trimestru, għad hemm inċertezza sinifikanti u riskji għoljin marbuta mal-perspettiva ekonomika. Ir-riskji pożittivi huma prinċipalment relatati mal-possibbiltà li l-proċess tat-tilqim iwassal għal illaxkar aktar veloċi milli previst tal-miżuri ta’ konteniment u b’hekk għal irkupru li jasal qabel u jkun aktar b’saħħtu. It-tkabbir ekonomiku jista’ jibbenefika wkoll minn domanda qawwija li baqgħet soppressa, bis-saħħa ta’ tfaddil tal-unitajiet domestiċi storikament għoli, kostijiet baxxi ta’ finanzjament, u politiki ta’ appoġġ. Mil-lat negattiv, il-varjanti l-ġodda jew organizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-vaċċin li ddum ma tirranka jistgħu jdewmu t-tneħħija tal-miżuri ta’ konteniment, b’effetti negattivi fuq il-fiduċja li jwasslu għal tfaddil ulterjuri prekawzjonali u ttardjar fid-deċiżjonijiet ta’ investiment. Dan jenfasizza l-bżonn li l-ekonomija u l-impjiegi ma jitneħħilhomx l-appoġġ għall-politika, biex jiġu evitati ġerħiet aktar fondi fit-tessut ekonomiku u soċjali Ewropew. 46 Miżuri ta’ politika rilevanti jinkludu l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar eliġibbli għall-appoġġ permezz tas-SURE kif ukoll dawk li jippromovu l-ħolqien tal-impjiegi u t-tranżizzjonijiet professjonali, skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar Appoġġ Attiv Effettiv għall-Impjiegi 47 .

Mit-tfassil tiegħu, is-SURE huwa strument temporanju u aktar minn 90 % tar-riżorsi tiegħu diġà ġew impenjati. Iż-żamma tal-politiki li għandhom l-għan li jżommu lin-nies fl-impjiegi attwali tagħhom lil hinn minn dak li hu ġġustifikat miċ-ċirkostanzi, tabilħaqq taf iżomm lura l-irkupru minflok tippromovih. Jekk il-fażi ta’ emerġenza tmajna matul l-2021, is-sitwazzjoni jaf tkun tirrikjedi miżuri oħra, b’mod partikolari politiki attivi tas-suq tax-xogħol bħall-inċentivi għall-ingaġġar u appoġġ intraprenditorjali, opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, u appoġġ imtejjeb mis-servizzi għall-impjiegi.

6Obbligi ta’ rapportar fl-ambitu tal-Qafas għall-Bonds Soċjali SURE tal-UE 

Din it-taqsima tipprovdi r-rapportar rilevanti skont it-Taqsima 2.4 tal-Qafas għall-Bonds Soċjali SURE tal-UE (il-Qafas). Dan jinkludi rapportar dwar l-allokazzjoni tar-rikavati tas-SURE skont l-Istat Membru benefiċjarju u skont it-tip prinċipali previst ta’ Nefqa Soċjali Eliġibbli kif ukoll ir-rapportar dwar l-impatt.

L-introduzzjoni tas-SURE kienet ukoll tagħmel parti mill-impenn tal-UE għall-finanzi sostenibbli, li wassal ulterjorment għal żvilupp tas-suq għall-bonds soċjali. Fis-7 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ħabbret li kienet se toħroġ il-bonds kollha ta’ SURE bħala bonds soċjali u adottat il-Qafas għall-Bonds Soċjali tal-UE. Il-bonds soċjali joffru lill-investituri assi li r-rikavati tiegħu jintużaw biex jippromovu eżiti soċjali pożittivi.

Il-Qafas jipprovdi garanziji lill-investituri li huwa konformi mal-Prinċipji tal-Bonds Soċjali tal-ICMA. 48 Dawn tal-aħħar huma mistennija jaċċertaw li r-rikavati tas-SURE jintużaw biex jiffinanzjaw il-miżuri ta’ politika soċjali mmirati. It-Taqsima 2.4 tal-Qafas tistabbilixxi impenn ta’ rapportar dwar għadd ta’ elementi ta’ rapportar biex tiġi aċċertata t-trasparenza f’dan ir-rigward, b’mod speċifiku dwar l-allokazzjoni u l-impatt tar-rikavati mis-SURE.

L-ewwel nett, fir-rigward tal-allokazzjoni, id-diżaggregazzjoni tar-rikavati tas-SURE skont l-Istat Membru benefiċjarju u skont it-tip prinċipali previst ta’ Nefqa Soċjali Eliġibbli għandha tiġi rrapportata. Id-diżaggregazzjoni tar-rikavati mogħtija u żborżati lil kull Stat Membru tinsab fit-Taqsima II (ii) ta’ dan ir-rapport. Minn Frar 2021, ħames Stati Membri rċevew l-ammont totali mogħti lilhom mill-Kunsill, żewġ Stati Membri rċevew bejn wieħed u ieħor tliet kwarti tal-ammont, u tmien Stati Membri rċevew bejn wieħed u ieħor nofsu. It-Taqsima III.1 tiddeskrivi l-allokazzjoni skont it-tip ta’ nefqa eliġibbli, jiġifieri miżuri tas-suq tax-xogħol vs miżuri relatati mas-saħħa, għall-Istati Membri kollha benefiċjarji tas-SURE. Kumplessivament, EUR 94 biljun jew 95 % tan-nefqa pubblika huma allokati għall-miżuri tas-suq tax-xogħol. Dan il-proporzjon ma jinbidilx meta jiġu esklużi l-Bulgarija, iċ-Ċekja u l-Irlanda, li għadhom ma rċevewx l-iżborżi.

It-tieni nett, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrapporta dwar l-impatt tar-rikavati tas-SURE abbażi tal-informazzjoni li l-Istati Membri benefiċjarji jridu jipprovdu dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata kull sitt xhur. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, data fuq l-għadd ta’ persuni u ditti koperti jew appoġġati mill-politiki ffinanzjati. Il-Qafas jinnota li dan ir-rapportar se jiddependi fuq il-kwalità u l-granularità tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri. It-Taqsima III.2 ta’ dan ir-rapport tippreżenta stimi tal-perċentwal tal-impjegati u ħaddiema għal rashom koperti mill-istrument. Kwart tal-impjegati u tal-ħaddiema għal rashom huwa stmat li rċevew appoġġ permezz tas-SURE fl-Istati Membri benefiċjarji kollha fl-2020.

L-impatt tas-SURE huwa analizzat ukoll fit-Taqsima IV ta’ dan ir-rapport. Jintwera li l-qgħad ma żdiedx daqs kemm kien mistenni fl-2020 fl-Istati Membri benefiċjarji kollha, meta wieħed iqis it-tnaqqis sinifikanti fl-output li ġarrbu, li jindika li s-SURE kkontribwixxa biex jiġi evitat it-telf tal-impjiegi. Impatti pożittivi oħra tas-SURE, inklużi t-titjib tal-fiduċja fl-ekonomija tal-UE, it-tħeġġiġ ta’ skemi ambizzjużi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, u ffrankar mill-imgħax għall-Istati Membri, ukoll huma diskussi hemmhekk.

Kumplessivament, ir-rikavati tas-SURE li ngħataw u ġew żborżati lill-Istati Membri ġew allokati għan-nefqa pubblika fuq l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili. Bħala tali, dawn intużaw biex jiffinanzjaw miżuri ta’ politika soċjali, skont l-iskop stess tal-bonds soċjali.



Anness 1: Ħarsa ġenerali lejn l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili

Tabella A.1: Skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili skont l-Istat Membru

Pajjiż

Skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar

Skemi simili għax-xogħol b’ħinijiet iqsar (dati tal-leġiżlazzjoni, fejn disponibbli, abbażi tar-rikjesti għall-appoġġ permezz tas-SURE)

 

Skema/i ġdida/ġodda jew eżistenti

Data tal-leġiżlazzjoni

Isem

Tip ta’ skema

Għall-ħaddiema għal rashom

Li jappoġġaw il-kostijiet lavorattivi

Li jipproteġu lill-impjegati

BE

L-iskema eżistenti estiża/mmodifikata minħabba l-COVID-19

it-30 ta’ Marzu 2020

“Chômage temporaire/tijdelijke werkloosheid”

Permanenti

l-20, 23 ta’ Marzu, is-6, 7, 10 ta’ April, it-12 ta’ Ġunju, l-20 ta’ Lulju 2020

it-23 ta’ April, l-14 ta’ Mejju, id-19 ta’ Ġunju 2020

is-7 ta’ April, it-13 ta’ Mejju 2020

BG

Skema ġdida

it-30 ta’ Marzu (att oriġinali) u t-2 ta’ Lulju 2020 (estensjoni)

Skema 60-40

Temporanja

-

-

-

CY

Skemi ġodda

(data mhux disponibbli)

Skema li tappoġġa l-Kumpaniji għas-Sospensjoni Totali tal-Operazzjonijiet tagħhom, Skema li tappoġġa l-Kumpaniji għas-Sospensjoni Parzjali tal-Operazzjonijiet tagħhom

Temporanja

Iva (data mhux disponibbli)

Iva (data mhux disponibbli)

Iva (data mhux disponibbli)

CZ

Skema ġdida

il-31 ta’ Marzu 2020

Il-Programm Antivirus – Opzjonijiet A u B

Temporanja

id-19, 26, 31 ta’ Marzu, id-9 ta’ April, l-4, 18 ta’ Mejju 2020

it-8 ta’ Ġunju 2020

-

EL

Skemi ġodda

l-14 ta’ Marzu 2020; l-14 ta’ Ġunju 2020.

Synergasia” Skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar; Allokazzjoni speċjali pprovduta lill-impjegati li l-kuntratti ta’ xogħol tagħhom ġew sospiżi

Temporanja

l-20 ta’ Marzu 2020

l-14 ta’ Marzu 2020

-

ES

L-iskema eżistenti estiża/mmodifikata minħabba l-COVID-19

is-17 ta’ Marzu, it-12 ta’ Mejju, is-26 ta’ Ġunju

Expediente de Regulación Temporal de Empleo

Permanenti

is-17 ta’ Marzu, il-31 ta’ Marzu, is-26 ta’ Ġunju

it-12, 17 ta’ Marzu, il-21 ta’ April, it-12 ta’ Mejju, is-26 ta’ Ġunju 2020

 

HR

Skemi ġodda

it-30 ta’ Marzu 2020, u kontinwazzjoni approvata fit-tieni nofs tal-2020

Sussidji li jippreservaw l-impjiegi fis-setturi milquta mill-COVID-19; Għajnuna għas-sigħat tax-xogħol ridotti

Temporanja

-

-

-

HU

Skema ġdida (appoġġata mill-FSE, mhux eliġibbli għall-appoġġ permezz tas-SURE)

l-10 ta’ April, is-17 ta’ Ġunju 2020

Skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar

Temporanja

it-13 ta’ Mejju, it-22 ta’ Ġunju,

it-18, 23 ta’ Marzu

it-23 ta’ Marzu

IE

Skema eżistenti

-

Benefiċċju għall-persuni li qed ifittxu impjieg (parzjali)

Permanenti

 -

Temporary wage subsidy scheme”, is-26 ta’ Marzu 2020

 -

IT

L-iskema eżistenti estiża/mmodifikata minħabba l-COVID-19

is-17 ta’ Marzu 2020, id-19 ta’ Mejju 2020 u estensjonijiet ulterjuri

“Cassa integrazione guadagni”

Permanenti

is-17 ta’ Marzu 2020, id-19 ta’ Mejju 2020 u estensjonijiet ulterjuri

 

 

LT

Skema ġdida

 id-19 ta’ Marzu 2020

Sussidju għall-pagi għal waqt żmien ta’ waqfien mix-xogħol

Temporanja

id-19 ta’ Marzu 2020, l-1 ta’ Awwissu 2020

 il-15 ta’ Mejju 2020

 

LV

Skema ġdida

 is-26 ta’ Marzu 2020

Kumpens għall-ħaddiema wieqfa

Temporanja

il-31 ta’ Marzu 2020

 il-21 ta’ Marzu 2020

 

MT

-

-

-

-

-

 “Temporary wage subsidy scheme”, it-13 ta’ April 2020

il-25 ta’ Marzu 2020

PL

Skema ġdida

it-2 ta’ Marzu

Sussidji għal xogħol b’ħinijiet iqsar

Temporanja

it-2 ta’ Marzu

it-2 ta’ Marzu

-

PT

L-iskema eżistenti estiża/mmodifikata (temporanjament) minħabba l-COVID-19

is-26 ta’ Marzu 2020

Appoġġ għaż-żamma tal-impjieg

Permanenti

it-13 ta’ Marzu, is-6 ta’ Ġunju 2020

is-26 ta’ Marzu, is-6 ta’ Ġunju, id-19 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Lulju, il-31 ta’ Diċembru 2020

it-13 ta’ Marzu, is-26 ta’ Marzu, id-19 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Lulju, il-31 ta’ Diċembru 2020

RO

Skemi ġodda

il-21 ta’ Marzu 2020, id-29 ta’ Mejju 2020, is-7 ta’ Awwissu 2020

Qgħad tekniku, arranġamenti ta’ xogħol flessibbli

Temporanja

it-18 ta’ Marzu 2020, is-7 ta’ Awwissu 2020

-

-

SI

Skemi ġodda

it-28 ta’ Marzu 2020, it-30 ta’ Mejju 2020 

Skema ta’ żamma tal-impjiegi u kumpens għall-pagi, u skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar

Temporanja

it-28 ta’ Marzu 2020

it-28 ta’ Marzu 2020

-

SK

L-iskema eżistenti estiża/mmodifikata minħabba l-COVID-19

(data mhux disponibbli)

Skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar

Temporanja

Iva (data mhux disponibbli)

 -

 -

(1) Il-Linji Gwida Politiċi tal-Kummissjoni għall-perjodu mill-2019 sal-2024 ipproponew Skema Ewropea ta’ Riassigurazzjoni tal-Benefiċċji tal-Qgħad biex tipproteġi liċ-ċittadini Ewropej u tnaqqas il-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi waqt xokkijiet esterni.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19, ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1 ( https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32020R0672&from=en ).
(3) L-Artikolu 14(1) tar-Regolament SURE.
(4)   https://ec.europa.eu/info/strategy/eu-budget/eu-borrower/eu-borrowing-activities/eu-sure-social-bond-framework_mt  
(5) It-Taqsimiet II u III jappartjenu għall-użu ta’ assistenza finanzjarja permezz tas-SURE skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament SURE.
(6) Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Strument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-virus COVID-19, COM/2020/139 final. ( https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2020%3A0139%3AFIN )
(7) Ara l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament SURE.
(8) Ara l-Artikolu 3(1) tar-Regolament SURE.
(9) Ara l-Artikolu 6 tar-Regolament SURE.
(10) Ara l-Artikolu 12(3) tar-Regolament SURE.
(11) Ara l-Artikolu 8(2) tar-Regolament SURE.
(12) Ara l-Artikolu 7 tar-Regolament SURE.
(13) Fis-self back-to-back, il-Kummissjoni tissellef f’isem l-Unjoni u ssellef lill-Istati Membri bl-istess kundizzjonijiet.
(14) Fis-26 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ħarġet proposta għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li tagħti appoġġ temporanju permezz tar-Regolament SURE lill-Estonja għal ammont ta’ EUR 230 miljun (COM/2021/104 final).
(15) L-Artikolu 9(1) tar-Regolament SURE. Il-limitu ta’ konċentrazzjoni jfisser li dawn it-tliet Stati Membri mhu se jkunu jistgħu jitolbu ebda appoġġ addizzjonali, u l-ebda Stat Membru ieħor mhu se jkun jista’ jissellef total ikbar minn EUR 11,2-il biljun (it-tielet l-akbar sehem li ngħata sa issa), għax dan jaqbeż il-limitu ta’ 60 %.
(16) L-Artikolu 4 tar-Regolament SURE.
(17) L-Artikolu 2(1) ta’ kull wieħed mid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill jispeċifika li s-self tal-Unjoni lill-Istat Membru għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.
(18) Iċ-Ċekja ma pprovdietx rapportar aġġornat skont l-Artikolu 11 tar-Regolament SURE sad-data limitu, għaldaqstant id-data kollha relatata maċ-Ċekja hija bbażata fuq ir-rapportar inizjali f’Awwissu 2020.
(19) Ara l-Artikolu 3(2) u 1(2) tar-Regolament SURE.
(20) Għadhom ma tqisux miżuri ġodda ppreżentati mill-Istati Membri fiż-żmien tar-rapportar aġġornat billi dawn għadhom ma ġewx ivvalutati f’termini ta’ eliġibbiltà.
(21) Il-miżuri eliġibbli huma dawk deskritti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament: skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili, u bħala anċillari, il-miżuri relatati mas-saħħa.
(22) Il-Kummissjoni konsistentement tat parir lill-Istati Membri, bilateralment u fil-Kunsill, li dawn il-miżuri ma għandhomx jaqbżu 15 % tal-ammont li jingħataw.
(23) Il-pagi hawnhekk jitkejlu bħala kumpens lill-impjegati u surplus operatorju gross + introjtu mħallat tal-unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi (il-pagi tal-ħaddiema għal rashom).
(24) Filwaqt li r-rapportar tan-nefqa pubblika skont l-Istati Membri kien sodisfaċenti, ir-rapportar mitlub mill-Kummissjoni rigward id-ditti u l-persuni koperti mill-miżuri appoġġati mis-SURE, ma kienx komplut u kien eteroġenu minn Stat Membru għall-ieħor. Dan kien jirrikjedi l-użu ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli u sar rikors għal sorsi tad-data oħra disponibbli (ara n-noti 26 u 28 f’qiegħ il-paġna). Għaldaqstant, ir-rapport jippreżenta stimi approssimattivi dwar il-kopertura tal-persuni u tad-ditti minħabba r-rapportar inkomplut mill-Istati Membri. Ir-responsabbiltà tad-data tar-rapportar hija tal-Istati Membri. Għandu jiġi nnutat li l-informazzjoni rigward id-ditti u l-impjegati, li l-Kummissjoni titlob mingħand l-Istati Membri, hija bbażata fuq l-impenn tal-Kummissjoni skont it-Taqsima 2.4 tal-Qafas għall-Bonds Soċjali SURE tal-UE biex jinkisbu indikaturi u data rilevanti mill-Istati Membri benefiċjarji, bħall-għadd ta’ impjiegi u l-għadd ta’ kumpaniji koperti/appoġġati. Ir-rapportar dwar l-impatt se jkun jiddependi fuq il-kwalità u l-granularità tal-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni.
(25) Dan il-proporzjon huwa stima fuq billi d-data disponibbli dwar l-impjegati bi skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar tirrigwarda biss l-għadd ta’ persuni li applikaw għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, hija bbażata fuq ċifri li laħqu l-qofol tagħhom f’April/Mejju 2020 u ma tinkludix il-ħaddiema għal rashom. Sabiex nallinjaw aħjar din id-data mad-data dwar il-kopertura tas-SURE, eskludejna lill-ħaddiema għal rashom mill-kopertura tas-SURE u assumejna li “miżuri simili” jkopru l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar.
(26) Iċ-Ċekja ma rrapportat l-ebda informazzjoni aġġornata dwar il-kopertura. Iċ-ċifra aggregata tippreżumi kopertura tal-impjiegi simili hemmhekk bħal fl-Istati Membri l-oħra, jiġifieri qrib il-kwart tal-impjiegi totali. Madankollu, f’każ li t-tabella ta’ rapportar taċ-Ċekja ta’ Awwissu 2020 kellha tiġi kkonfermata bħala korretta, l-istima aggregata ta’ persuni li jirċievu appoġġ permezz tas-SURE togħla għal 27,5 miljun ruħ. Id-diżaggregazzjoni skont l-Istat Membru fil-Graff 7 tirrapporta l-informazzjoni kif irrapportata mill-Istati Membri. Il-kopertura tal-impjiegi mill-miżuri tas-SURE hija ferm ogħla mill-kopertura tal-pagi. Dan huwa, fost l-oħrajn, minħabba l-fatt li xi persuni jaf ibbenefikaw mill-appoġġ għal xi xhur biss, minflok għas-sena sħiħa li għaliha tħallsu l-pagi.
(27) L-14-il Stat Membru li rrapportaw kopertura tad-ditti kienu l-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja. Iċ-Ċekja pprovdiet ċifri fir-rapportar inizjali biss.
(28) L-istima l-aktar baxxa ta’ 1½ miljun tippreżumi kopertura simili tad-ditti f’dawk l-erba’ Stati Membri. L-istima l-aktar għolja (2½ miljuni) tieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li l-kopertura tal-impjiegi hija ogħla bħala medja f’dawk l-erba’ Stati Membri, li tista’ tissarraf f’kopertura akbar tad-ditti.
(29) Il-kapaċità ta’ rispons tal-bidliet fit-tkabbir ekonomiku fuq il-qgħad ta’ sikwit tissejjaħ bħala “l-Liġi ta’ Okun” fil-litteratura ekonomika. Il-Liġi ta’ Okun, li qisha aktar “regola ġenerali” milli relazzjoni bbażata fuq it-teorija, tissuġġerixxi li tnaqqis fit-tkabbir tal-output ta’ bejn 2 % u 3 % huwa assoċjat ma’ żieda ta’ punt perċentwali fir-rata tal-qgħad (ara Okun, A.M., “Potential GNP: Its measurement and significance”, Proceedings of the Business and Economic Statistics Section, American Statistical Association, 1962).
(30) Fl-Italja, ir-rata tal-qgħad saħansitra naqset fl-2020.
(31) Pereżempju, il-Kapitolu 3 tal-Kummissjoni Ewropea (2020): Is-Suq tax-Xogħol u l-Iżviluppi tal-Pagi fl-2020.
(32) Ix-xiri estiż ta’ assi tal-BĊE fl-ambitu tal-Programm ta’ Xiri fl-Emerġenza tal-Pandemija evidentement ukoll kellu rwol biex inaqqas l-inċertezza fis-swieq. Barra minn hekk, skont il-Bulettin Ekonomiku tal-BĊE tas-7 ta’ Jannar 2021, il-programmi Next Generation EU (NGEU) u SURE x’aktarx li kkontribwew għal kompressjoni tal-firxiet permezz ta’ titjib fil-prospetti tat-tkabbir u fiskali tal-Istati Membri kif ukoll fis-sentiment tar-riskju: ( https://www.ecb.europa.eu/pub/economic-bulletin/html/eb202008.mt.html ).
(33) Il-Kummissjoni, sabiex tifhem aħjar ir-rwol possibbli li kellu s-SURE fil-ħolqien u l-użu tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili fil-livell nazzjonali fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, talbet direttament il-fehmiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, permezz ta’ kwestjonarju mibgħut lill-Kumitat tal-Impjiegi. Mid-19-il Stat Membru li applikaw għall-appoġġ permezz tas-SURE, 15 ipprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju:
(34) Il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, ir-Rumanija u s-Slovenja. L-Ungerija ddeċidiet li tiffinanzja l-iskema l-ġdida tagħha ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar introdotta bħala rispons għall-kriżi tal-COVID-19 billi serrħet fuq il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fil-kuntest tal-CRII u l-CRII+, u ma talbitx finanzjament fl-ambitu tas-SURE għaliha.
(35) Il-Belġju, Spanja, l-Irlanda u l-Italja. L-Irlanda ma talbitx appoġġ permezz tas-SURE għall-iffinanzjar tal-iskema eżistenti tagħha ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (stabbilita taħt “il-benefiċċju għall-persuni li qed ifittxu impjieg”).
(36) It-Tabella II.1 tiddependi fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri fit-talbiet tagħhom għall-appoġġ finanzjarju permezz tas-SURE. Tipprovdi ħarsa ġenerali tad-dati tal-leġiżlazzjoni tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili.
(37) Il-leġiżlazzjoni dwar dawn l-iskemi “simili” tfasslet qabel it-2 ta’ April (f’Ċipru, il-Greċja, l-Irlanda, il-Polonja u s-Slovenja), wara t-2 ta’ April (fi Spanja, l-Ungerija u ċ-Ċekja), jew f’diversi mumenti fl-iżvolġiment tal-kriżi, bejn Marzu u Lulju 2020 (fil-Belġju, l-Italja, il-Litwanja, il-Latvja, Malta u r-Rumanija, ara t-Tabella II.1).
(38) Ara n-nota 33 f’qiegħ il-paġna.
(39) Ara n-nota 33 f’qiegħ il-paġna.
(40) Is-SURE kien wieħed mill-ewwel elementi tar-rispons bla preċedent tal-UE għal kriżi bla preċedent. Dan ir-rispons kumplessiv kien strumentali biex ir-rendiment fuq id-dejn pubbliku nżamm eċċezzjonalment baxx fl-Istati Membri li huma l-akbar benefiċjarji mis-SURE. Dawn l-istimi jeskludu kull effett ta’ fiduċja addizzjonali possibbli li strumenti ta’ emerġenza ġodda, inkluż is-SURE, jaf kellhom fuq il-fiduċja fl-aġenti ekonomiċi u l-firxa tar-rata tal-imgħax għat-teħid ta’ self sovran tal-Istati Membri (ara n-nota 32 f’qiegħ il-paġna aktar ’il fuq).
(41) L-Artikolu 14(1) tar-Regolament SURE.
(42)  Data meħuda miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard: https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/data-national-14-day-notification-rate-covid-19  
(43) It-Tbassir Ekonomiku Ewropew, Xitwa 2021 (Interim), European Economy Institutional Papers Nru 144 - https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/economy-finance/ip144_en_1.pdf  
(44) L-istaġnar fis-suq tax-xogħol huwa definit bħala s-somma tal-persuni qiegħda, il-ħaddiema part-time sottoimpjegati, il-persuni li qed ifittxu impjieg iżda li mhumiex disponibbli immedjatament u l-persuni disponibbli għax-xogħol iżda li mhumiex qed ifittxuh, espressa bħala perċentwal tal-forza tax-xogħol estiża. Ara t-Tbassir tax-Xitwa 2021 tal-Kummissjoni għal aktar dettall.
(45) Skont it-Tbassir tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni Ewropea.
(46) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2021)105), Sena mit-tifqigħa tal-COVID-19: rispons tal-politika fiskali, tinnota li l-“irtirar prematur tal-appoġġ fiskali għandu jiġi evitat. Il-politika fiskali hija għodda effettiva, speċjalment f’ambjent inċert. Ir-riskji ta’ rtirar bikri huma ogħla mir-riskji assoċjati maż-żamma fis-seħħ ta’ miżuri ta’ appoġġ għal wisq żmien.”
(47) https://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=23699&langId=en
(48)   https://www.icmagroup.org/assets/documents/Regulatory/Green-Bonds/June-2020/Social-Bond-PrinciplesJune-2020-090620.pdf  
Top