Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0265

Kawża C-265/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 11 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Roma, l-Italja) — Caffaro Srl vs Azienda Unità Sanitaria Locale RM/C (Tranżazzjonijiet kummerċjali — Direttiva 2000/35/KE — Ġlieda kontra ħlasijiet tardiv — Proċeduri ta' rkupru għal talbiet mhux ikkontestati)

ĠU C 285, 8.11.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Roma, l-Italja) — Caffaro Srl vs Azienda Unità Sanitaria Locale RM/C

(Kawża C-265/07) (1)

(Tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2000/35/KE - Ġlieda kontra ħlasijiet tardiv - Proċeduri ta' rkupru għal talbiet mhux ikkontestati)

(2008/C 285/14)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caffaro Srl

Konvenuta: Azienda Unità Sanitaria Locale RM/C

Fil-presenza ta': Banca di Roma SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Roma — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni, tad-29 ta' Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 200, p.35) — Proċeduri ta' rkupru għal talbiet mhux ikkontestati — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-iskadenza ta' terminu ta' 120 ġurnata mid-data tan-notifika tat-titolu infurzabbli sabiex ikun jista' jiġi rkuprat il-kreditu

Dispożittiv

Id-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 14 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 669/1996, tal-31 ta' Diċembru 1996, mibdul f'liġi, wara emenda, permezz tal-Liġi Nru 30, tat-28 ta' Frar 1997, hekk kif emendata mill-Artikolu 147 tal-Liġi Nru 388, tat-23 ta' Diċembru 2000, skond liema kreditur, li jkollu titolu ta' infurzar relatat ma' talba mhux ikkontestata miżmuma minn awtorità pubblika bħala remunerazzjoni ta' tranżazzjoni kummerċjali, ma jistax iwettaq eżekuzzjoni furzata kontra din l-awtorità qabel l-iskadenza ta' terminu ta' 120 ġurnata li jibda jiddekorri min-notifika tat-titolu ta' infurzar lil din l-awtorità.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


Top