This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0343
Case C-343/09: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 8 July 2010 (reference for a preliminary ruling from the High Court of Justice of England and Wales, Queen’s Bench Division (Administrative Court) — United Kingdom) — Afton Chemical Limited v Secretary of State for Transport (Reference for a preliminary ruling — Validity — Directive 2009/30/EC — Article 1(8) — Directive 98/70/EC — Article 8a — Atmospheric pollution — Fuels — Use of metallic additives in fuels — Limit for methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT) content — Labelling — Impact assessment — Manifest error of assessment — Precautionary principle — Proportionality — Equal treatment — Legal certainty — Admissibility)
Kawża C-343/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — (Ir-Renju Unit)) — Afton Chemical Limited vs Secretary of State for Transport ( “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Validità — Direttiva 2009/30/KE — Artikolu 1(8) — Direttiva 98/70/KE — Artikolu 8a — Tniġġis atmosferiku — Karburanti — Użu ta’ addittivi metalliċi fil-karburanti — Kontenut massimu ta’ methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT) — Ittikkettjar — Studju tal-impatt — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Ċertezza legali — Ammissibbiltà” )
Kawża C-343/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — (Ir-Renju Unit)) — Afton Chemical Limited vs Secretary of State for Transport ( “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Validità — Direttiva 2009/30/KE — Artikolu 1(8) — Direttiva 98/70/KE — Artikolu 8a — Tniġġis atmosferiku — Karburanti — Użu ta’ addittivi metalliċi fil-karburanti — Kontenut massimu ta’ methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT) — Ittikkettjar — Studju tal-impatt — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Ċertezza legali — Ammissibbiltà” )
ĠU C 234, 28.8.2010, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 234/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — (Ir-Renju Unit)) — Afton Chemical Limited vs Secretary of State for Transport
(Kawża C-343/09) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Validità - Direttiva 2009/30/KE - Artikolu 1(8) - Direttiva 98/70/KE - Artikolu 8a - Tniġġis atmosferiku - Karburanti - Użu ta’ addittivi metalliċi fil-karburanti - Kontenut massimu ta’ methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT) - Ittikkettjar - Studju tal-impatt - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Ċertezza legali - Ammissibbiltà)
2010/C 234/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Afton Chemical Limited
Konvenuta: Secretary of State for Transport
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Validità tad-Direttiva 2009/30/KE tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li temenda d-Direttiva 98/70/KE, rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass, u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 140, p. 88) — Validità f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ ttikettjar għall-karburanti li fihom addittivi metalliċi u f’dak li jirrigwarda l-iffissar ta’ limitu għall-preżenza tal-methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT) — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ trattament ugwali, u ta’ ċertezza legali
Dispożittiv
L-eżami tad-domandi ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 1(8) tad-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE, inkwantu jintroduċi artikolu ġdid, jiġifieri l-Artikolu 8a(2) u (4) sa (6), fid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill93/12/KEE.