This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CJ0565
Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 19 July 2012.#European Commission v Italian Republic.#Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 91/271/EEC — Urban waste water treatment — Articles 3, 4 and 10 — Collection systems — Secondary or equivalent treatment — Treatment plants — Representative samples.#Case C‑565/10.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Artikoli 3, 4 u 10 — Sistemi ta’ ġbir — Trattament sekondarju jew ekwivalenti — Impjanti ta’ trattament — Kampjuni rappreżentattivi.
Kawża C‑565/10.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Artikoli 3, 4 u 10 — Sistemi ta’ ġbir — Trattament sekondarju jew ekwivalenti — Impjanti ta’ trattament — Kampjuni rappreżentattivi.
Kawża C‑565/10.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:476
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C-565/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Artikoli 3, 4 u 10 — Sistemi ta’ ġbir — Trattament sekondarju jew ekwivalenti — Impjanti ta’ trattament — Kampjuni rappreżentattivi”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 22)
2. Ambjent — Trattament tal-ilma urban mormi — Direttiva 91/271 —Implementazzjoni mill-Istati Membri — Obbligu ta’ riżultat — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271, Artikoli 3, 4(1) u (3), u 10) (ara l-punti 30, 34, 40, 42-44)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3, 4 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26). |
Dispożittiv
1) |
Billi naqset: |
– milli tadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tiżgura li l-agglomerazzjonijiet ta’ Acri, ta’ Siderno, ta’ Bagnara Calabra, ta’ Bianco, ta’ Castrovillari, ta’ Crotone, ta’ Santa Maria del Cedro, ta’ Lamezia Terme, ta’ Mesoraca, ta’ Montebello Ionico, ta’ Motta San Giovanni, ta’ Reggio Calabria, ta’ Rende, ta’ Rossano, ta’ Scalea, ta’ Sellia Marina, ta’ Soverato, ta’ Strongoli (Calabria), ta’ Cervignano del Friuli (Friuli-Venezia Giulia), ta’ Frascati (Latio), ta’ Porto Cesareo, ta’ Supersano, ta’ Taviano (Puglia), ta’ Misterbianco et, ta’ Aci Catena, ta’ Adrano, ta’ Catania et, ta’ Giarre-Mascali-Riposto et, ta’ Caltagirone, ta’ Aci Castello, ta’ Acireale et, ta’ Belpasso, ta’ Gravina di Catania, ta’ Tremestieri Etneo, ta’ San Giovanni La Punta, ta’ Agrigento u s-subborgi tagħha, ta’ Porto Empedocle, ta’ Sciacca, ta’ Cefalù, ta’ Carini u ta’ ASI Palermo, ta’ Palermo u ż-żoni tal-madwar, ta’ Santa Flavia, ta’ Augusta, ta’ Priolo Gargallo, ta’ Carlentini, ta’ Scoglitti, ta’ Marsala, ta’ Messina 1, ta’ Messina u ta’ Messina 6 (Sqallija), li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000 u li jarmu f’ilmijiet riċeventi li ma humiex ikkunsidrati bħala “żoni sensittivi” skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008, jiġu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir tal-ilma urban mormi, b’mod konformi mal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva,
– milli tadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tiżgura li, fl-agglomerazzjonijiet ta’ Lanciano-Castel Frentano (Abruzzo), ta’ Acri, ta’ Siderno, ta’ Bagnara Calabra, ta’ Castrovillari, ta’ Crotone, ta’ Montebello Ionico, ta’ Motta San Giovanni, ta’ Reggio Calabria, ta’ Rossano (Calabria), ta’ Battipaglia, ta’ Benevento, ta’ Capaccio, ta’ Capri, ta’ Ischia, ta’ Casamicciola Terme, ta’ Forio, ta’ Massa Lubrense, ta’ Napoli Est, ta’ Vico Equense (Campania), ta’ Trieste-Muggia-San Dorligo (Friuli-Venezia Giulia), ta’ Albenga, ta’ Borghetto Santo Spirito, ta’ Finale Ligure, ta’ Imperia, ta’ Santa Margherita Ligure, ta’ Quinto, ta’ Rapallo, ta’ Recco, ta’ Riva Ligure (Liguria), ta’ Casamassima, ta’ Casarano, ta’ Porto Cesareo, ta’ San Vito dei Normanni, ta’ Supersano (Puglia), ta’ Misterbianco et, ta’ Scordia-Militello Val di Catania, ta’ Palagonia, ta’ Aci Catena, ta’ Giarre-Mascali-Riposto et, ta’ Caltagirone, ta’ Aci Castello, ta’ Acireale et, ta’ Belpasso, ta’ Gravina di Catania, ta’ Tremestieri Etneo, ta’ San Giovanni La Punta, ta’ Macchitella, ta’ Niscemi, ta’ Riesi, ta’ Agrigento u s-subborgi tagħha, ta’ Favara, ta’ Palma di Montechiaro, ta’ Menfi, ta’ Porto Empedocle, ta’ Ribera, ta’ Sciacca, ta’ Bagheria, ta’ Cefalù, ta’ Carini u ASI Palermo, ta’ Misilmeri, ta’ Monreale, ta’ Santa Flavia, ta’ Termini Imerese, ta’ Trabia, ta’ Augusta, ta’ Avola, ta’ Carlentini, ta’ Ragusa, ta’ Scicli, ta’ Scoglitti, ta’ Campobello di Mazara, ta’ Castelvetrano 1, ta’ Triscina Marinella, ta’ Marsala, ta’ Mazara del Vallo, ta’ Barcellona Pozzo di Gotto, ta’ Capo d’Orlando, ta’ Furnari, ta’ Giardini Naxos, ta’ Consortile Letojanni, ta’ Pace del Mela, ta’ Piraino, ta’ Roccalumera, ta’ Consortile Sant’Agata Militello, ta’ Consortile Torregrotta, ta’ Gioiosa Marea, ta’ Messina 1, ta’ Messina 6, ta’ Milazzo, ta’ Patti u ta’ Rometta (Sqallija), li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000 u li jarmu f’ilmijiet riċeventi li ma humiex ikkunsidrati bħala “żoni sensittivi” skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008, l-ilma urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir jiġi ssuġġettat għal trattament b’mod konformi mal-Artikolu 4(1) u (3) ta’ din id-direttiva; u
– milli tadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex l-impjanti ta’ trattament tal-ilma urban mormi mibnija sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 sa 7 tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008, ikunu ppjanati, mibnija, mħaddma u miżmuma biex jiżguraw operat suffiċjenti taħt il-kundizzjonijiet klimatiċi normali kollha tal-post fejn ikunu jinsabu u sabiex it-tfassil ta’ tali impjanti ta’ trattament jieħu inkunsiderazzjoni l-varjazzjonijiet staġunali tat-tagħbija fl-agglomerazzjonijiet ta’ Lanciano-Castel Frentano (Abruzzo), ta’ Acri, ta’ Siderno, ta’ Bagnara Calabra, ta’ Castrovillari, ta’ Crotone, ta’ Montebello Ionico, ta’ Motta San Giovanni, ta’ Reggio Calabria, ta’ Rossano (Calabria), ta’ Battipaglia, ta’ Benevento, ta’ Capaccio, ta’ Capri, ta’ Ischia, ta’ Casamicciola Terme, ta’ Forio, ta’ Massa Lubrense, ta’ Napoli Est, ta’ Vico Equense (Campania), ta’ Trieste-Muggia-San Dorligo (Friuli-Venezia Giulia), ta’ Albenga, ta’ Borghetto Santo Spirito, ta’ Finale Ligure, ta’ Imperia, ta’ Santa Margherita Ligure, ta’ Quinto, ta’ Rapallo, ta’ Recco, ta’ Riva Ligure (Liguria), ta’ Casamassima, ta’ Casarano, ta’ Porto Cesareo, ta’ San Vito dei Normanni, ta’ Supersano (Puglia), ta’ Misterbianco et, ta’ Scordia-Militello Val di Catania, ta’ Palagonia, ta’ Aci Catena, ta’ Giarre-Mascali-Riposto et, ta’ Caltagirone, ta’ Aci Castello, ta’ Acireale et, ta’ Belpasso, ta’ Gravina di Catania, ta’ Tremestieri Etneo, ta’ San Giovanni La Punta, ta’ Macchitella, ta’ Niscemi, ta’ Riesi, ta’ Agrigento u s-subborgi tagħha, ta’ Favara, ta’ Palma di Montechiaro, ta’ Menfi, ta’ Porto Empedocle, ta’ Ribera, ta’ Sciacca, ta’ Bagheria, ta’ Cefalù, ta’ Carini u ASI Palermo, ta’ Misilmeri, ta’ Monreale, ta’ Santa Flavia, ta’ Termini Imerese, ta’ Trabia, ta’ Augusta, ta’ Avola, ta’ Carlentini, ta’ Ragusa, ta’ Scicli, ta’ Scoglitti, ta’ Campobello di Mazara, ta’ Castelvetrano 1, ta’ Triscina Marinella, ta’ Marsala, ta’ Mazara del Vallo, ta’ Barcellona Pozzo di Gotto, ta’ Capo d’Orlando, ta’ Furnari, ta’ Giardini Naxos, ta’ Consortile Letojanni, ta’ Pace del Mela, ta’ Piraino, ta’ Roccalumera, ta’ Consortile Sant’Agata Militello, ta’ Consortile Torregrotta, ta’ Gioiosa Marea, ta’ Messina 1, ta’ Messina 6, ta’ Milazzo, ta’ Patti u ta’ Rometta (Sqallija),
ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3, 4(1) u (3) u 10 tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008.
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |