Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0310

Kawża C-310/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis- 6 ta’ Ġunju 2013 — Novo Nordisk Pharma GmbH vs Corinna Silber

ĠU C 260, 7.9.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 19–19 (HR)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ġunju 2013 — Novo Nordisk Pharma GmbH vs Corinna Silber

(Kawża C-310/13)

2013/C 260/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenuta fl-ewwel istanza u rikorrenti fil-proċedura għal “Reviżjoni”: Novo Nordisk Pharma GmbH

Rikorrenti fl-ewwel istanza u konvenuta fil-proċedura għal “Reviżijoni”: Corinna Silber

Domandi preliminari

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 85/374 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, b’mod ġenerali, id-direttiva msemmija ma taffettwax is-sistema Ġermaniża tar-responsabbiltà fattwali tal-prodotti farmaċewtiċi bħala “sistema ta’ responsabbiltà speċjali”, minkejja li din is-sistema nazzjonali ta’ responsabbiltà tista’ tkompli tiġi żviluppata, jew minkejja l-fatt li l-Artikolu 13 tad-Direttiva 85/374 għandu jinftiehem fis-sens li l-elementi li jikkostitwixxu r-responsabbiltà fattwali tal-prodotti farmaċewtiċi, bħal dawk fis-seħħ fil-mument tan-notifika tad-Direttiva (30 ta’ Lulju 1985), ma jistgħux iktar jitwessgħu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257)


Top