Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0213

Kawża T-213/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — Brita vs EUIPO (Forma ta’ vit) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali — Forma ta’ vit — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(10(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 288, 26.8.2019, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — Brita vs EUIPO (Forma ta’ vit)

(Kawża T-213/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ vit - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(10(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 288/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Brita GmbH (Taunusstein, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-proprjetà intellettwali (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 (Każ R 1864/2017-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost mill-forma ta’ vit bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brita GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 166. 14.5.2018.


Top