This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0364
Case C-364/19: Request for a preliminary ruling from the Tribunalul Galați (Romania) lodged on 7 May 2019 — XU and Others v S.C. Credit Europe Ipotecar IFN S.A. and Credit Europe Bank NV
Kawża C-364/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Galați (Ir-Rumanija) fis-7 ta’ Mejju 2019 — XU et vs SC Credit Europe Ipotecar IFN SA u Credit Europe Bank
Kawża C-364/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Galați (Ir-Rumanija) fis-7 ta’ Mejju 2019 — XU et vs SC Credit Europe Ipotecar IFN SA u Credit Europe Bank
ĠU C 288, 26.8.2019, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Galați (Ir-Rumanija) fis-7 ta’ Mejju 2019 — XU et vs SC Credit Europe Ipotecar IFN SA u Credit Europe Bank
(Kawża C-364/19)
(2019/C 288/25)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Galați
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: XU, YV, ZW, AU, BZ, CA, DB, EC
Konvenuti: SC Credit Europe Ipotecar IFN SA u Credit Europe Bank NV
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 (1), kif ġew analizzati fis-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2017, Andriciuc et, C-186/16, EU:C:2017:703, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali għandha, fil-preżenza ta’ klawżola dwar ir-riskju tal-kambju li tirrifletti dispożizzjoni nazzjonali, tanalizza bi prijorità r-rilevanza tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva, jew tanalizza l-osservanza mill-professjonist tal-obbligu ta’ informazzjoni li huwa rregolat mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva, mingħajr ma twettaq analiżi minn qabel tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva? |
2) |
L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li l-konsumatur jiġi informat, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu, il-professjonist jista’ jinvoka d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva, b’tali mod li l-klawżola kuntrattwali dwar ir-riskju tal-kambju, li tirrifletti dispożizzjoni nazzjonali, tiġi eskluża mill-analiżi tan-natura inġusta? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).