This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0408
Case T-408/19: Action brought on 28 June 2019 — Mezzaroma v Parliament
Kawża T-408/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Mezzaroma vs Il-Parlament
Kawża T-408/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Mezzaroma vs Il-Parlament
ĠU C 288, 26.8.2019, p. 62–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/62 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Mezzaroma vs Il-Parlament
(Kawża T-408/19)
(2019/C 288/75)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Roberto Mezzaroma (Roma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola u L. Florio avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara ineżistenti jew tannulla kompletament il-miżura li dwarha r-rikorrent kien infurmat permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li biha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet tal-pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tad-determinazzjoni tal-pensjoni preċedenti; |
— |
tordna lill-Parlament Ewropew jħallas lura s-somom kollha miżmuma indebitament, flimkien mal-interessi legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u li l-Parlament Ewropew jiġi kkundannat li jimplimenta s-sentenza li ġejja u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiggarantixxi l-istabbiliment mill-ġdid u sħiħ immedjat tal-portata oriġinali tal-benefiċju tal-pensjoni; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.