Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0017

Kawża C-17/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht München (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Jannar 2022 – HTB Neunte Immobilien Portfolio geschlossene Investment UG & Co. KG vs Müller Rechtsanwaltsgesellschaft mbH

ĠU C 198, 16.5.2022, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 198, 16.5.2022, p. 15–15 (GA)

16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht München (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Jannar 2022 – HTB Neunte Immobilien Portfolio geschlossene Investment UG & Co. KG vs Müller Rechtsanwaltsgesellschaft mbH

(Kawża C-17/22)

(2022/C 198/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HTB Neunte Immobilien Portfolio geschlossene Investment UG & Co. KG

Konvenut: Müller Rechtsanwaltsgesellschaft mbH

Domandi preliminari

1.a

a)

Mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)(b) u (f) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1) jirriżulta li, fil-każ ta’ soċjetà b’investituri pubbliċi, is-sehem fil-kapital tas-soċjetà ta’ soċju b’responsabbiltà għal ammonti żgħar, li ma huwiex personalment responsabbli u lanqas huwa l-amministratur, huwa suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit “interess leġittimu” għall-ksib ta’ informazzjoni dwar is-soċji kollha li għandhom ishma miżmuma indirettament minn fiduċjarju, rigward id-dettalji tagħhom u s-sehem tagħhom fis-soċjetà, u sabiex jiġi dedott obbligu kuntrattwali għal dan il-għan mill-ftehim tas-soċjetà,

b)

jew inkella, f’dawn il-kundizzjonijiet, l-interess leġittimu huwa limitat, għall-ksib, min-naħa tas-soċjetà, ta’ informazzjoni dwar id-detenturi ta’ ishma indiretti b’responsabbiltà għall-ammonti sinjifikattivi, iżda li għandhom parti minima li tal-inqas tippermettilhom jinfluwenzaw il-futur tas-soċjetà?

2.

a)

Huwa suffiċjenti, sabiex ma jkunx hemm ksur, fil-każ ta’ dritt illimitat (l-ewwel domanda (a)), tal-projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt li huwa inerenti għal tali dritt illimitat, jew sabiex issir deroga mil-limitu tad-dritt għal informazzjoni limitat (l-ewwel domanda (b)), li jkun hemm l-intenzjoni li jiġi stabbilit kuntatt sabiex issir konoxxenza, jiġu skambjati opinjonijiet jew jiġi nnegozjat ix-xiri mill-ġdid ta’ azzjonijiet,

b)

jew inkella l-interess għall-ksib ta’ informazzjoni jista’ jitqies bħala rilevanti biss fejn l-iżvelar tagħha jintalab għall-finijiet speċifiċi li jsir kuntatt ma’ soċji oħra sabiex jintalbu jikkoordinaw kwistjonijiet konkreti li dwarhom huwa meħtieġ kunsens fil-kuntest tad-deċiżjonijiet tas-soċji?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2


Top