This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0693
Case C-693/22: Request for a preliminary ruling from the Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (Poland) lodged on 10 November 2022 — I. sp. z o.o. v M.W.
Kawża C-693/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fl-10 ta’ Novembru 2022 – I. sp. z o.o. vs M. W.
Kawża C-693/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fl-10 ta’ Novembru 2022 – I. sp. z o.o. vs M. W.
ĠU C 35, 30.1.2023, p. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/36 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fl-10 ta’ Novembru 2022 – I. sp. z o.o. vs M. W.
(Kawża C-693/22)
(2023/C 35/43)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: I. sp. z o.o.
Konvenut: M. W.
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (1) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(a), (c) u (e) ta’ dan ir-regolament, u kif ukoll mal-Artikolu 6(3) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tippermetti l-bejgħ, fi proċedura ta’ eżekuzzjoni, ta’ database, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (2), li tinkludi fiha data personali, jekk is-suġġetti ta’ din id-data ma jkunux taw il-kunsens tagħhom għal dan il-bejgħ?
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459.