This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0757
Case C-757/22, Meta Platforms Ireland: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 15 December 2022 — Meta Platforms Ireland Limited v Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
Kawża C-757/22, Meta Platforms Ireland: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Meta Platforms Ireland Limited vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
Kawża C-757/22, Meta Platforms Ireland: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Meta Platforms Ireland Limited vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
ĠU C 104, 20.3.2023, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Meta Platforms Ireland Limited vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
(Kawża C-757/22, Meta Platforms Ireland)
(2023/C 104/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Meta Platforms Ireland Limited
Konvenut: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
Domanda preliminari
Ksur tad-dritt “b’riżultat tal-ipproċessar” fis-sens tal-Artikolu 80(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1), huwa invokat meta assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi tibbaża l-azzjoni tagħha fuq il-fatt li d-drittijiet ta’ persuna kkonċernata huma miksura għaliex l-obbligi ta’ informazzjoni previsti fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1), moqrija flimkien mal-Artikolu 13(1)(c) sa (e) tar-Regolament 2016/679 u li jirrigwardaw l-għan tal-ipproċessar tad-data personali ma ġewx osservati?
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.